Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Elezzjoni2017 13 Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 | illum 2017 Għall-Maltin kollox isir kwistjoni politika' Resident ieħor stqarr mal-ILLUM li fi lwaqt li hija ħaġa tajba li l-power station qalbet għall- gass, fi l-verità qatt ma tista' tosserva diff erenza f 'daqqa waħda wara li għaddew ftit ġranet biss. "Fl-istess ħin, tul is-snin, tant żdiedu l-karozzi, li l-arja xorta mniġġsa minħabba fi hom. Aktar kienet tagħmel sens li ntefqu r-riżorsi fuq sistema ta' trasport pubbliku suret in-nies għax il-karozzi joħolqu ħafna aktar tniġġis mill-power station," tenna dan ir-resi- dent. Huwa qal li fi 11–il sena qatt ma jiftakar li dejqu jew eff etwah id-duħħan tal-power station b'xi mod partikolari, mhux daqs kemm idejqu u jeff ettwah it-tniġġis mill-karozzi. Hu żied jgħid li fi lwaqt li tajjeb li sar il-biddla għall-gass, jaħseb li "għalina li noqogħdu mal-baħar, minħabba r-riħ li jagħmel u l-arja tal-baħar stess, xorta ma tantx għamlet diff erenza, daqskemm se tagħmel eff ett pożittiv fi l-każ tar-residenti tal-Marsa u l-għeluq tal-power station t'hemm." "Il-problema hija li għalina l-Maltin kollox isir kwistjoni politika, u minfl ok nużaw moħħna u nagħmlu l-prijoritajiet sew, inħarsu aktar lejn x'se jġib l-aktar voti. Jien inqabbilha ma' dgħajsa qed tegħreq din. Kieku jkollok żewġ toqob l-ewwel għandek tipprova ssodd il-kbira mbagħad iż-żgħira." 'Jiġri x' jiġri, Marsaxlokk u Birżebbuġa jridu jagħmlu sagrifi ċċji għall-pajjiż...' Kumment ieħor li laqat lil din gazzetta b'mod partikolari kien minn resident ta' Birżebbuġa li fi lwaqt li laqa' l-bidla għall-enerġija prodotta bil-gass bħala pass 'il quddiem għal Malta u għall-ambejnt b'mod ġenerali, jibqa' dejjem il-fatt li jiġri x'jiġri, għall-ġid tal-pajjiż kollu, ir-residenti ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa dejjem iridu jkunu dawk li jiġu sagrifi kati. Dan ir-resident sostna li "almenu permezz tal-bidla għall-gass, il-kontijiet tad-dawl raħsu wkoll. Bħas-soltu, f 'kollox hemm il-vantaġġi u l-iżvantaġġi." Minbarra li semma li l-eff etti tal-Freeport fuq ir-residenti ta' Birżebbuġa, "huma agħar minn erba' power stations," huwa qal ukoll li għad-dilettanti tad-dgħajjes, speċjalment dawk tal-qlugħ li jgħixu Birżebbuġa u Marsaxlokk, it-Tanker se jeff etwa l-passatemp tagħhom b'mod negattiv għaxi issa "bilkemm nistgħu nagħmlu korsa tat-tlielaq għax dik il-parti tal-port saret kollha 'no go zone'." Huwa temm jgħid li f 'dawn il-każi trid dejjem tara l-ġid nazzjonali wkoll, avolja għal dan il-ġid "dejjem aħna t'hawn isfel immorru l-agħar." Ir-residenti li tkellmu ma' din il-gazzetta, xtaqu li ma jurux isimhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017