Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 Minn Brussell 14 Mill-qiegħ għall-quċċata DIN il-ġimgħa qed jiġi ċċelebrat is-27 anniversarju minn meta l-omosesswalità tneħħiet mill-klassifika ta' mard mill-WHO. Sadattant f 'dawn l-aħħar tliet deċennji l-omosesswalità bdiet dejjem tiġi aktar aċċettata fis-soċjetà dinjija u l-omosesswali bdew aktar jiġu inklużi fis- soċjetà, inqas 'bullied', fejn anke diversi pajjiżi tawhom l-istess drittijiet tas-soċjetà etrosesswali. Il-Presidenza Maltija f 'din il-ġimgħa fejn fi Brussell tiġi ċċelebrata b'mod mill-aktar qawwi d-dinja tal-LGBTIQ uriet l-avvanz kbir li għamlet Malta f 'erba' snin. Fejn fl-istess ġurnata l-ILGA ( International Lesbian, Gay, Bisexual, Trans and Intersex Association) ikklasifikat lil Malta fil-quċċata tal-aktar pajjiż li għandu liġijiet u politika li tagħmel impatt pożittiv fuq il-ħajja ta' persuni LGBTI. U dan meta wieħed iqis li sa ftit snin ilu konna klassifikati fil-qiegħ nett. Il-presidenza Maltija kompliet turi s-saħħa tagħha f 'dan is- settur meta organizzat dibattitu fil-Bozar fejn kien hemm sala mimlija nies minn kull aspett ta' persuni LGBTI li ġiet msejħa l-Clours of the Rainbow. Barra dan Malta ħadet sehem fil- Gay Pride parade fi Brussell b'banner u anke b'T Shirts apposta u fl-istess Bozar u anke fil-Kunsill Ewropew ittellgħet wirja ta' ritratti eċċezzjonali meħuda mill-artist Malti Kris Micallef. L-ILLUM attenda sew għad- dibattitu fejn fih ħa sehem il- persuna li kien xprun għal-liġi ta' unjoni ċivili f 'Malta, Silvan Agius, Ministru mill-Knisja Protestanta li jgħid li hu gay u jieħu sehem fid-dating agency tal-gays, ġurnalista lesbjana u Mahmoud Hassino, Sirjan maħrub mill-gwerra għax kien imfittex mir-reġim biex jiġi arrestat. Barra hekk l-ILLUM tkellem ukoll mal-artist żagħżugħ Kris Mikallef. 'Kien ir-referendum tad- divorzju li fetaħ il-bieb għal-libertajiet ċivili' – Silvan Agius "Wara li dħalna fl-Unjoni Ewropea l-affarijiet bdew jinfetħu bil-mod iżda politikament mhux biżżejjed. Kien ir-referendum tad- divorzju li fetaħ il-bieb għal-libertajiet ċivili. Qabel minħabba l-kultura tagħna qatt ma konna noħolmu li l-minoranza tista' tingħata leħen mill-maġġoranza." Dan kien il-bidu tad-diskors ta' Silvan Agius meta kien mistoqsi kif inbidlet Malta minn lejl għal nhar f 'dawk li huma libertajiet ċivili. Sadattant Silvan kompla li wara dan ir-referendum saret elezzjoni ġenerali fejn waħda mill-proposti elettorali kienet dwar l-unjoni ċivili. "Bil-Prim Ministru u l-Ministru Helena Dalli jaħdmu biex għaddiet din il-liġi. Bħalissa għaddejja wkoll kampanja elettorali u ż-żewġ partiti qed jwiegħdu żwieġ bejn persuni LGBTIQ." Silvan kien mistoqsi wkoll jekk il-Partit Laburista dak iż-żmien użax il-kommunità gay biex jirbaħ il-voti u kienet aktar proposta ta' opportuniżmu milli għax vera jemmen f 'dawn il-liġijiet. Il-kelliem Malti ma qabilx ma dan, "Il-kommunità tagħna kienet insinjifikanti u żgħira wisq biex tagħmel differenza f 'min jirbaħ elezzjoni. Filwaqt li kien hemm ħafna aktar li ma tantx jaqblu maż-żwieġ jew għaqda tal-gays li setgħu allura vvutaw kontra." Silvan hu magħruf bħala l-perit ta' dawn il-liġijiet li saru f 'Malta iżda Silvan qal li ma kienx waħdu biex saru dawn il-liġijiet, "Jien kelli r-rwol tiegħi, iżda ma kontx waħdi. Irrid nsemmi persuna mill- aktar speċjali f 'dan ir-rigward, Gabi Calleja. Gabi żammet il-moviment ħaj, kompliet tiġġieled kullimkien għal dawn id-drittijiet fejn deher li kollox kien imwaħħal. Hu faċli li tmur fi spazju u tibda tpinġi bil- kuluri tal-qawsalla u tpinġi dak li trid. Iżda meta trid tpinġi fost l-poplu kollu fejn m'hemmx wisq spazju u tkompli tiġġieled biex tagħmel il-pittura tiegħek fejn hemm min mhux qed iħallik, allura hemmhekk hi r-rebħa. Iva l-moviment tal-LGBTIQ ta' Malta għandu mertu kbir f 'dak kollu li sar. Jien għażilt li nirritorna Malta minn Brussell biex tidħol din il-liġi ma kienx faċli meta tkun taf li s-soċjetà Maltija ma kinitx għadha miftuħa biżżejjed. Iżda emmint li nistgħu nagħmluha speċjalment li kellna moviment politiku warajna." Kien hemm mistoqsija interessanti dwar kif Malta hi l-uniku pajjiż li m'għandux l-liġi tal-abort fl-Ewropa u lanqas il-liġi tal-krematorjum u fl-istess ħin qiegħda l-ewwel fejn jidħlu gays, lesbians, trans eċċ. "Tistennewx Malta li tkun post fejn il-ħaxix hu ħadrani aktar minn ta' kulħadd. Is-sigriet kien li aħna ħdimna ħafna u x-xogħol kbir tana l-frott. Meta ġejna mogħtija l-opportunità, ridna nikapitilizzaw minnha. Illum għandna l-aqwa liġi minn 49 membru tal-Kunsill, fejn għandna l-politiċi kollha warajna, parti mill-Knisja Kattolika wkoll hi warajna, tant li l-Arċisqof mar fuq it-televiżjoni Maltija jgħid 'ħobbu lil uliedkom huma kif inhuma, jekk jinzertaw li huma gay jew lesbjani, bisesswali, trans eċċ, ħobbuhom bħalma ħabbejtuhom minn dejjem." John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt Colours of the Rainbow: Malta tmexxi dibattitu fi Brussell dwar il-kreazzjoni tal-LGBTIQ f 'soċjetà inklussiva Żewġ irġiel magħqudin fl-imħabba taħt wiċċ il-baħar Kris Micallef l-artist b'wirja mill- aqwa 'Underwater Love' fil-Bozar fi Brussell Dwarna with Mariella Dimech every Tuesday at 21.00 on TVM2

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017