Illum previous editions

illum 21 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/826632

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 21 ta' Mejju 2017 Sports 28 LIBLIET storiċi tal-Birgu, Bormla u l-Isla riċentement ospitaw l-ewwel edizzjoni tat-tellieqa tal-10 kilometri tal-Urban Jungle House of Sport li saret f 'din iż-żona. Għat-tellieqa attendew aktar minn 300 atleta, kollha ħerqana għal tellieqa f 'lokalita ġdida. It-tellieqa bdiet mill- Birgu, ħdejn Forti Sant'Anġlu u baqet sejra fid-direzzjoni ta'Bormla fejn hemm komplew jerħula lejn il-ponta tal-Isla. Wieħed seta jara lil atleti tal-kalibru ta' Mark Herrera, Alixader Schembri, Johan Galea u il-koppja Chris Bezzina u Lisa Bezzina. Josann Attard Pulis u Maria Gerada kienu wħud mill-aqwa atleti nisa Maltin li ħadu sehem. It- tellieqa laqat ukoll fosta atleti regolari li jieħdu sehem f 'dawn it-tlielaq li huma magħrufin għal għażla ta'lokalitajiet diversi u mhux tas-soltu f 'Malta. Kien ċar mill-bidu nett li Mark Herrera ma kienx biss qed jimmira għall-ewwel post fuq il-podju, iżda kien ukoll qed jifittex li jikseb vantaġġ konsiderevoli fuq l-atleti rġiel oħra. Herrera spċċa f 'ħin ta' 36 minuta u 19-il sekonda. Warajh kienu l-atleti Alexander Schembri, Johan Galea u Chris Bezzina li d-distakk ta' bejniethom kien biss ta' ftit sekondi. Kien Schembri li ta spinta determinata sabiex jidħol wara Herrera f 'ħin ta' 38 minuta u sekonda. Sprint miġġielda bejn Johan Galea u Chris Bezzina raw lil Galea jieħu tielet post sekonda biss qabel Bezzina. It-tellieqa tan-nisa kienet ser tkun ġlieda bejn Attard Pulis u Bezzina, li t-tnejn kien għadu kemm kkompetew fil-Malta Amateur Association Atletics Challenge 3, ġurnata qabel. Filwaqt Attard Pulis ħadet post fuq quddiem mil-bidu tat-tellieqa, Bezzina żammet ritmu tajjeb biżżejjed sabiex tgħaddi lil Attard Pulis fil- medda finali. Bezzina b'hekk żgurat rebħa oħra f 'din is-serje f 'ħin ta' 41 minuta u 17-il sekonda. Attard Pulis daħlet 30 sekonda wara Bezzina, filwaqt li fit-tielet post daħlet Maria Gerada f 'ħin ta' 44 minuta u 4 sekondi. L-organizzaturi huma grati għall-appoġġ provdut mill- Kunsilli Lokali ta' Bormla, Isla u Birgu, il-Pulizija tad-Distrett u Transport Malta, Urban Jungle House of Sport u Emvigee PR & Marketing. L-edizzjoni li jmiss tal-Urban Jungle House of Sport 10k Series se ssir nhar il-Ħadd 3 Settembru li ġej f 'Burmarrad. Reġistrazzjonijiet se jkun miftuħa dalwaqt. FIXTURES Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 21 ta' Mejju 16:00 Arsenal vs Everton 16:00 Burnley vs West Ham United 16:00 Chelsea vs Sunderland 16:00 Hull City vs Tottenham Hotspur 16:00 Leicester City vs AFC Bournemouth 16:00 Liverpool vs Middlesbrough 16:00 Manchester United vs Crystal Palace 16:00 Southampton vs Stoke City 16:00 Swansea City vs West Bromwich Albion 16:00 Watford vs Manchester City Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 21 ta' Mejju 15:00 AC Milan vs Bologna 15:00 Empoli vs Atalanta 15:00 Genoa vs Torino 15:00 Juventus vs Crotone 15:00 Sassuolo vs Cagliari 15:00 Udinese vs Sampdoria 20:45 Lazio vs Inter It-Tnejn 22 ta' Mejju 20:45 Pescara vs Palermo Maverick Vinales jirbaħ pole impressjonanti f 'Le Mans Franza MAVERICK Vinales fuq mutur Yamaha rebaħ pole positioon impressjonanti fuq iċ-ċirkwit ta' Le Mans fi Franza meta għadda bi ftit lis-sewwieq fuq l-istess mutur Yamaha, Valentino Rossi. Iżda l-aktar sewwieq li ssorprenda kien is-sewwieq Franċiż Johann Zarco fuq mutur Monster Yamaha Tech 3 li se jkun qed jibda fit-tielet post, b'Cal Crutchlow fuq LCR Honda se jkun qed jibda mir-raba' post, ftit qabel iċ-champion renjanti Marc Marquez fuq Repsol Honda u Andrea Dovizioso fuq mutur Ducati. It-Tliet Ibliet jospitaw armata ta' atleti fit-tellieqa 10k tal-Urban Jungle House of Sport Lisa Bezzina Mark Herrera Ritratti - Angie Conti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 May 2017