Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 | illum Intervista 13 l-IVF...jien stess ġejt ibbuljata' Ritratt: James Bianchi l-Omm hija ġurnata li tweġġa' ħafna meta ma jkollokx tfal," sostniet Amanda waqt li stqarret li l-aktar li jweġġgħu, huma l-mumenti meta koppji oħrajn iħabbru li se jkollhom it-tfal. "Mhux li ma tkunx kuntenta għalihom, imma hi xi ħaġa li tweġġgħek għax hi xi ħaġa li trid inti. Anke issa li għandna t-tifel, xorta waħda tkun tixtieq li int tkun tqila meta xi ħadd jgħidlek li qed jistenna tarbija. Fl-aħħar mill- aħħar," iżżid tgħid Amanda, billi int ġenitur u kont tqila, xorta waħda infertili tibqa'. Ma nistax naqbad u ngħid, ħa nipprova għat-tfal forsi s-sena d-dieħla jkolli tifel." Hawnhekk, ikompli Anton li jgħid li jekk irid it-tfal, iridu jerġgħu jgħaddu minn dak il- proċess kollu li diġà għamlu. "U xorta jekk tagħmel IVF, dan ikun iebes daqs l-ewwel wieħed," iżid jgħid Anton, "għaliex la qed tipprova għat-tfal ovvjament tkun tridu u tkun dħalt b'ruħek u b'ġismek. La tkun dħalt għaliha, ma tkunx trid li tfalli...tixtieq is-suċċess." Fil-fatt dwar Jum l-Omm, Amanda tinsisti li iktar milli tfisser għaliha llum din il- ġurnata, kien idejjaqha qabel. "M'għamilna xejn speċjali għal Jum l-Omm din is-sena, għaliex għalija issa, kuljum huwa Jum l-Omm, u nħares lejn it-tifel u nieħu pjaċir," żiedet tgħid bi tbissima Amanda. 'Xejn ma kien jimporta ħlief li jien mara li ma jistax ikollha t-tfal' Amanda titkellem dwar l-infertilità bħala xi ħaġa kiefra li tibqa' l-unika ħaġa li tħaseb fuqha. "Jekk f 'ħajti jien dejjem għamilt il-miri u naħdem biex nilħaqhom, fl-infertilità, ma tista' tagħmel xejn biex tilħaq il-miri tiegħek. Meta tkun infertili, tkun sempliċiment infertili, m'intix la bint, la mara, xejn... Jien filgħodu kont inqum, u l-unika ħaġa li naħseb dwarha kien li ma jistax ikolli tfal. Ma nqumx u naħseb li jiena fuq ix- xogħol għamilt suċċess, jew li għandi żwieġ feliċi jew li qed nagħmel il-ġid. Xejn ma kien jimporta ħlief li jien mara li ma jistax ikollha t-tfal." Illum il-ġurnata, Amanda tgħid li t-tarbija ssalvalek ħajtek meta tkun għaddejja minn dawn il-proċessi. "Qabel, tagħmel x'tagħmel, xejn ma kien jikkuntentani. Illum il-ġurnata, inħares lejn it-tifel u għalija tista' taqa' d-dinja. U xejn ma jagħmilni iktar kuntenta milli nħares lejn it-tifel." 'Huwa tal-mistħija li titkellem dwar il-problema tiegħek' Lura f 'Mejju li għadda, Amanda kienet indirizzat il-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista sabiex titkellem dwar l-esperjenza tagħha issa li saret omm permezz tal-IVF. Imma fil-verità, kemm hi diffiċli li titkellem fil-pubbliku dwar problema daqstant personali tal- koppja? Għal dan, Amanda tgħid li mhix faċli titkellem dwar l-esperjenza tiegħek tal-IVF, għaliex fl-aħħar mill-aħħar, huwa falliment. "Hija diffiċli u tal-mistħija wkoll għaliex trid tikxef il-problemi tiegħek, u huwa għalhekk li ħafna nies ma jurux. Imma hija imbarazzanti li tmur tgħid lil xi ħadd li se tagħmel l-IVF." Meta mistoqsija dwar jekk taħsibx li għad hawn stigma fuq dawk il-persuni li jkunu għamlu l-IVF, Amanda u Anton jgħidu li l-istigma hemm għadha u m'hemmx edukazzjoni fuqha. "Kulħadd jisħti jitkellem dwarha u ma naħsibx li kien hemm titjib. Jista' jkun għax forsi kienet kwistjoni politika, imma jiena stess kont ibbuljata għax tkellimt," sostniet Amanda. Hawnhekk tgħid kif għandu jkun hemm iktar nies li jitkellmu dwar is-sitwazzjoni tagħhom għax "kulħadd irid il-bidla fil-liġi imma ħadd mhu lest li joħroġ għonqu. Bħalissa nħoss li jekk bil- kelma tiegħi tista' ssir xi bidla għal koppji oħra, għalfejn ma nitkellimx?" Hawnhekk, Anton jitkellem dwar id-diffikultà meta ma ssibx sostenn minn nies fuq il-post tax-xogħol, għaliex għall-kuntrarju ta' Amanda, Anton saħaq li kien isib il-problemi sabiex jingħata l-leave tiegħu, "mhix faċli għax ħadd ma jifhmek. Għalihom, la mhux mard, dan mhux mard." Amanda tgħid kif dan kollu jkompli jżid mal-istress li diġà jkollha l-koppja, "u allaħares ma sibtx sapport minn tax- xogħol, għax ara kemm tkun ikbar il-problema li kieku fuq moħħi kelli l-biża' li nista' nitlef ix-xogħol ukoll." Il-koppja Briffa żżid tgħid li hemm bżonn li n-nies ikunu iktar tolleranti, "persuna li għandha ħafna tfal u ma batietx għalihom, ma tistax tifhem lil xi ħadd li jagħti ħajtu biex ikollu tarbija." 'Ma nistax nifhem kif hawn min jopponi ċ-ċans biex koppji jsiru ġenituri' Rigward in-nies partikolarment nisa li jopponu metodi bħall-iffriżar tal-embrijuni jew saħansitra l-IVF minħabba kwistjonijiet etiċi jew morali, Amanda tgħid kif ħaġa bħal din ma tistax tifhimha. "Dawn in- nies kif għaddew minnha, u jafu kemm hi sabiħa t-tqala u fl-istess ħin, hawn ċertu affarijiet fid-dinja llum li nistgħu ngħinu iktar koppji jsiru ġenituri u nċaħħduhom minnha? Din hi xi ħaġa li qatt ma stajt nifhem," tispjega Briffa. Il-koppja Briffa kienet inizjalment marret tagħmel il-proċess tal-IVF barra minn Malta sabiex tkun tista' tibbenefika minn liġijiet differenti, partikolarment fejn jidħol l-iffriżar tal-embrijuni. Dwar dan is-suġġett, Amanda titkellem b'passjoni dwar għalxiex temmen li l-liġi f 'Malta għandha tinbidel f 'dan ir-rigward. Briffa tgħid kif meta mara tgħaddi mill-proċedura li jitteħdulha l-bajd għall-fertilizazzjoni, li hi proċedura li tirrikjedi li l-mara tkun imraqqda bil-loppju, jkollha bżonn li terġa' tiġi f 'tagħha u tikseb saħħitha lura qabel ma tiġi impjantata bil-bajd fertilizzat. Il-liġi f 'Malta ma tippermettix li l-bajd fertilizzat jiġi ffriżat allura, dan ikollu jiġi impjantat mill-ewwel kif jibda jikber, jiġifieri madwar tlett ijiem wara. Hawnhekk, Briffa tgħid li jkun iktar għaqli li kieku l-mara tingħata żmien biżżejjed sakemm din tkun fl-aqwa kundizzjoni għall- impjantazzjoni, u sadanittant, il-bajd fertilizzat ikun miżmum fil-friża. B'ċertu passjoni, Amanda tgħid kif temmen li ċertu koppji, minħabba l-problemi speċifiċi li jkollhom, jagħmlu l-proċess tal-IVF, kemm-il darba jagħmluh, xorta waħda ma jistgħux isiru ġenituri jekk il-liġi ta' pajjiżna dwar l-iffriżar tal-embrijuni ma tinbidilx u jiddaħħlu d-donazzjonijiet tal-bajd jew l-isperma. Amanda titkellem ukoll favur żieda fl-età tal-mara li tista' tagħmel IVF, u minn 43 titla' għal 45, għaliex temmen li kieku hi ma kellhiex tfal, kienet se tibqa' tipprova sakemm tagħtiha l-età. "Nemmen li hemm bżonn ta' bidla fil-liġi biex iktar koppji jsiru ġenituri," temmet tgħid Amanda.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017