Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

illum | Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 RIĊERKA li saret minn Net Check GmbH, kumpanija Ġermaniża ewlenija u indipendenti li tispeċjalizza fil-performance testing ta' netwerks tal-mowbajls (www. netcheck.de), uriet b'mod konkret li GO għandha l-aħjar netwerk ċellulari f 'Malta. Ir-riċerka, li saret madwar it-territorju Malti kollu, żvelat ukoll li s-servizz tal-internet ċellulari ta' GO hu ferm aktar veloċi minn dak ta' kwalunkwe kompetitur ieħor. Ir-riċerka ta' Net Check kopriet tliet oqsma ewlenin; il-kopertura tan-netwerks, il-kwalità tal-vuċi, u tad-dejta. B'mod ġenerali rriżulta li GO tinsab fuq nett, partikolarment fl-internet ċellulari, fejn instab li n-netwerk ta' GO uriet vantaġġ sinifikanti fuq in-netwerks kompetituri. Fil-fatt, f 'żoni urbani, in-netwerk tal-internet ċellulari bil-4G ta' GO joffri veloċità medja ta' dawnlowd ta' 85.4 Mbps meta mqabbel ma' 56.8 Mbps tal-kompetitur li daħal fit-tieni post. Barra miż-żoni urbani, GO toffri veloċità medja ta' dawnlowd ta' 79.0 Mbps, meta mqabbla ma' 55 Mbps tal-kompetitur li gie t-tieni. Dawn ir-riżultati kienu bbażati fuq 6,000 kampjun ta' servizzi tal-internet ċellulari u 2,000 kampjun ta' servizzi tal- vuċi meħuda simultanjament għal kull operatur fuq rotta ta' aktar minn 400 kilometru madwar Malta u Għawdex. Attila Keszeg, Kap Eżekuttiv ta' GO plc, qal: "Din hi l-ewwel riċerka fuq skala tassew nazzjonali minn kumpanija ta' reputazzjoni li saret dwar il-kwalità tan-netwerks ċellulari f 'Malta. Naturalment, ninsabu kuntenti li r-riżultat juri li GO hi l-aqwa. Il-fatt li n-netwerk 4G ta' GO ta riżultati li huma b'mod sinifikanti aħjar minn dawk tal-kompetituri tagħna hu dovut għall-fatt li n-netwerk ta' GO hu l-uniku wieħed f 'Malta fejn ir-radio base stations, li permezz tagħhom jingħata u minnhom jiddependi s-servizz, huma kollha konnessi permezz tal-fibre." Il-fatt li, b'mod indipendenti, GO ngħatat ċertifikat li għandha l-aktar internet ċellulari veloċi f 'Malta jagħtina aktar motivazzjoni biex inżidu r-ritmu tagħna. Sa minn Diċembru tal-2016, GO kienet f 'pożizzjoni li tniedi 4G+. Dan is-servizz se jiġi attivat hekk kif jigu allokati l-meded ta' frekwenza meħtieġa. Għal quddiem, GO hi determinata li tibqa' n-netwerk l-aktar veloċi madwar Malta. Dan hu l-impenn tagħna: aħna l-aktar veloċi u se nibqgħu l-aktar veloċi." Wieħed jista' jaqra r-rapport ta' Net Check minn fuq il-websajt tagħhom. Dan ir-rapport jagħti dettalji dwar il-parametri varji li kienu inklużi fir-riċerka. Fost dawn kien hemm is-saħħa u l-kopertura tas-sinjal, kemm it-telefonata qabdet malajr, ir-rati ta' suċċess tat-telefonti, il- kwalità tas-smiegħ tad-diskors, il-veloċitajiet tad-dawnlowd tal- paġni mill-web, u l-veloċitajiet tal-aplowd u dawnlowd ta' fajls. Ir-rapport jispjega ukoll il-weighting li Net Check rabat ma' kull settur sabiex jasal għall- punteġġ finali tan-netwerks. Biex ikun iċċelebrat il-fatt li GO hi l-aktar netwerk veloċi f 'Malta, il-kumpanija se toffri 10GB addizzjonali ta' dejta 'l fuq mill-offerti eżistenti għall-ewwel 30 jum lill-klijenti kollha ta' 'Pay Monthly', sew jekk huma klijenti ġodda, qed iġeddu jew li jixtiequ jtejbu Limitless 1+, Limitless 2+, jew Limitless 3+. Din l-offerta se tibqa' valida sal-31 ta' Awwissu 2017. 23 Kummerċjali Zucchero lura Malta f 'Awwissu Il-kantant Taljan ta' fama internazzjonali Zucchero Fornaciari, li biegħ aktar minn 60 miljun diska mad-dinja kollha, se jerġa' lura Malta għal kunċert sħiħ bħala parti mill-Black Cat World Tour 2017 tiegħu. MUSIC Hall Events dan l-aħħar ħabbru li l-kantawtur Taljan Zucchero se jkun qed jagħti kunċert sħiħ fil-miftuħ fl-MFCC f 'Ta' Qali nhar is- Sibt 5 ta' Awwissu. Bħala parti mill-Black Cat World Tour 2017, il-kantant se jkanta diski mill-album tiegħu li ħareġ fl-2016 Black Cat, kif ukoll xi wħud mid-diski ikoniċi li ħareġ tul is-snin bħal 'X colpa di chi?', 'Diavolo in me', 'Baila (Sexy Thing)', u 'Il volo'. L-aħħar darba li ta kunċert sħiħ hawn Malta kien matul iċ-Chocabeck World Tour fl-2011. Zucchero huwa famuż madwar id-dinja bħala missier il-blues Taljan, u bir-raġun, għax matul l-aħħar tletin sena biegħ 'il fuq minn 60 miljun diska u rebaħ għadd ta' premjijiet, fosthom żewġ World Music Awards, sitt IFPI Europe Platinum Awards, erba' Festivalbar Awards, disa' Wind Music Awards, u anke nomina għal Grammy Award. Il-kunċert f 'Malta se jkun qed isir wara t-tour dinji li għamel suċċess kbir u li matulu ta 120 kunċert fuq perjodu ta' 12-il xhar, fosthom żewġ kunċerti li nbiegħu kollha fil-prestiġġjuża Royal Albert Hall ta' Londra u 21 kunċert fl-Arena di Verona – li huwa numru rekord għall- Arena f 'dak li għandu x'jaqsam mat-tours. Il-biljetti għall-kunċert tal-5 ta' Awwissu fil-parti l-miftuħa tal-MFCC f 'Ta' Qali jistgħu jinkisbu minn TicketLine.com. mt. L-erba' tipi ta' biljetti huma: Bronze bil-wieqfa, (bil-prezz ta' €30 għal min jixtrihom kmieni u €40 wara) Silver bil-wieqfa (€60 imbagħad €77), Gold bil-qiegħda (€90 imbagħad €110), u Platinum VIP (€ 150 ghal €180 , welcome drink u canapés malli tidħol, CD ta' Zucchero, ritratt ta' Zucchero u tiltaqgha' ma' Zucchero nnifsu). Għal aktar tagħrif dwar il- kunċert ta' Zucchero f 'Malta, żuru l-paġna ta' Facebook ta' Music Hall Events jew www.ticketline.com.mt GO bl-aktar netwerk veloċi 10GB addizzjonali ta' dejta 'l fuq mill- offerti eżistenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017