Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 24 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Mil-lum jibda ż-żodijaku ta' Leo u dan ser ipoġġik f 'sitwazzjoni ta' riflessjoni dwar ir- relazzjoni tiegħek. Trid tuża moħħok u mhux qalbek dwar deċiżjoni li ser tieħu fl-imħabba. Għalkemm int persuna motivata, tagħmilx tibdil li ma hemmx bżonnu, jekk tħossok tajba kif int żomm ma' dak li hemm però l-bidu ta' dan iż-żodijaku ser ikun xi ftit iebes. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li se toffrilek forma ta' gwida din il-ġimgħa ġejja minn Libra Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Mil-lum jibda ż-żodijaku ta' Leo u dan hu żmien delikat minħabba li għadek trid tara kif tista' ttejjeb ir-relazzjoni tiegħek anke ma dawk li tiffrekkwenta spiss. Saħħaħ dak li għandek madwarek, tidħolx għal piż li ma tkunx tista' tlaħħaq miegħu. Imxi ma' dak li tiflaħ għax fil-bidu ta' dan iż-żodijaku se tiġi affaċjat bi sfida fejn ser ikollok tieħu deċiżjoni però itlob li tingħata żmien għar-riflessjoni. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li se toffrilek forma ta' gwida din il-ġimgħa ġejja minn Scorpio Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Mil-lum jibda ż-żodijaku ta' Leo u tħallix lilek innifsek twebbes rasek għax ma jiswa għal xejn. Trid tibbilanċja ftit. Prova ifhem dak l qed tħoss f 'qalbek u dan ikun aħjar sabiex proposta li ilek taħseb dwarha issa wasal iż-żmien li tibda twettaqha. Issa huwa l-mument għal dan aktar u aktar li beda ż-żodijaku ta' Leo li b'hekk int se tagħraf tibni spazju sew għalik u dan sabiex tkun tista' tagħti ftit ħin għalik innifsek. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li se toffrilek forma ta' gwida din il-ġimgħa ġejja minn Sagittarius Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Mil-lum jibda ż-żodijaku ta' Leo u tħallix lil dan il- bidu jreġġgħek lura f 'esperjenza tal-passat li se terġa' titqanqal u li dan mhux ser ikun tajjeb meta int qed terġa' tibni mill-ġdid. Irrifletti u agħraf li ma tistax tqabbel u titfa' lil kulħadd f 'keffa waħda. Ħadd mhu perfett. Tħarisx lejn il-perfezzjoni għax m'intix se ssibha aktar u aktar fil-bidu ta' dan iż-żodijaku ta' Leo li għandu jkun ix-xahar fejn int terġa' tibda tingrana fil-karriera jew xogħol li tagħmel. Ikkonċentra aktar. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li se toffrilek forma ta' gwida din il-ġimgħa ġejja minn Capricorn Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Mil-lum jibda ż-żodijaku ta' Leo u int trid tagħraf l-isfida tal-passat. Trid tagħraf toħroġ minnha rebbieħ għax għandek l-abbiltà kollha sabiex tagħraf takkwista dan trid tkun paċenzjuż. Dan anke biex tara l-proġett li investejt fih jikber, trid tagħraf tmexxih aktar u tressqu 'l quddiem għat-tkattir. Issa aktar u aktar f 'dan il-bidu taż-żodijaku ta' Leo għaliex għandu jwasslek sabiex tagħraf tikber fil-karriera tiegħek, imma agħraf ukoll kun kawt f 'min tafda. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li se toffrilek forma ta' gwida din il-ġimgħa ġejja minn Aquarius Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Mil-lum jibda ż-żodijaku ta' Leo, agħraf irrifletti tad-deċiżjoni li dejjem qed tersaq lejk. Għalkemm int qed iżżomm kemm tista' lura, il-mument tad- deċiżjoni hu dejjem riesaq sabiex il-bidla li int tixtieq twettaq tagħraf tagħmilha fil-mument ġust. Però ma trid tibża', int għand dritt f 'dak li temmen u aktar issa li beda ż-żodijaku ta' Leo, dan ser iġiegħlek timtela b'dak il-kuraġġ li tant għandek bżonn. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li se toffrilek forma ta' gwida din il-ġimgħa ġejja minn Pisces Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Mil-lum jibda ż-żodijaku ta' Leo stess u għalhekk trid tagħraf li għandek responsabbilità għal dak li ġej. Kun ta' bilanċ u ħu r-responsabbilità fuqek mingħajr ma tħalli lil ħaddieħor jimpressjonak. Il- parir li se tirċievi agħraf imxi fuqu u pprova imxi ma' dak li int ġejt iggwidati fih. Mhux żmien li tibdel aktar u aktar issa li f 'dan iż-żodijaku se tagħraf sfida ġdida għalik. Kun żgur li tagħraf tagħmel dak kollu li tista' b'għaqal. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li se toffrilek forma ta' gwida din il-ġimgħa ġejja minn Aries Leo huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Mil-lum jibda ż-żodijaku ta' Leo. Aspett tajjeb hu li dan il-bidu ser iservi sabiex int tikkonċentra aktar dwar ir-relazzjoni tiegħek. Hekk issaħħaħ aktar il-qagħda ta' bejnietkom. Jekk għandek xi ħsieb dwar xi xiri ta' xi dar, dan iż-żmien jaf ikun tajjeb imma waqt li għandek tmur għal parir ġenwin, tmurx għall-ewwel dar. Il-bidu taż-żodijaku ta' Leo ser ikun ferm tajjeb u għaqli għalik għax jaf joffrilek opportunità fil-karriera li tiftaħlek kapitlu ġdid. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li se toffrilek forma ta' gwida din il-ġimgħa ġejja minn Taurus Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Mil-lum jibda ż-żodijaku ta' Leo li għalkemm int tinsab xi ftit bejn ħaltejn tajjeb li tħares 'il quddiem u mhux tibqa' mwaħħal mal-passat. Agħraf it- tajjeb li int il-ġurnata tal-lum għandek xi ħsibijiet ta' tibdil ġewwa fik li jafu jkunu xi ftit ambizzjużi imma jekk int tħossok komdu f 'dan imxi f 'dak li tħoss speċjalment issa li beda dan iż-żodijaku ta' Leo fejn int għandek tagħraf sabiex fejn int kapaċi tkompli tkabbar dak li hemm madwarek. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li se toffrilek forma ta' gwida din il-ġimgħa ġejja minn Gemini Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Mil-lum jibda ż-żodijaku ta' Leo li għandek tagħraf tilqa' xi ostaklu li jista' jinqala' madwarek ovvjament dan mhux se jawgura tajjeb jekk int ma tagħrafx sew dak li vera hemm bżonn isir. Taf li kull bidla li tiġi fiha s-sagrifiċċji tagħha u trid tkun lest min-naħa tiegħek li tagħti prova ta' dan kollu aktar u aktar issa fil-bidu ta' dan iż-żodijaku li minn issa sejjer tibni pedament għal dak li ġej. Agħraf ibni fis-sod ħalli tilqa' aktar. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li se toffrilek forma ta' gwida din il-ġimgħa ġejja minn Cancer Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mill-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Mil-lum jibda ż-żodijaku ta' Leo u dan sejjer iġib bidla lejk. Tistenniex li b'din il-bidla l-affarijiet ħa jinbidlu mil-lum għal għada. Agħraf agħti ċans sakemm jinħass l-effett tagħha. Ikun tajjeb li tibda tagħraf aktar x'inhu l-vera bżonn ta' madwarek u b'dan il-mod int tagħraf aktar lilek innifsek aktar u aktar issa fil-bidu ta' dan iż-żodijaku fejn int trid tagħraf sew biex tibda tħares 'il quddiem b'aktar pożittività. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li se toffrilek forma ta' gwida din il-ġimgħa ġejja minn Leo Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Mil-lum jibda ż-żodijaku ta' Leo u dan sejjer iġib miegħu ostakli li dan l-aħħar bdew ħerġin fir- relazzjoni tiegħek sabiex tagħraf issib tarfhom qabel ma jikkumplikaw ruħhom. Trid tagħraf min huma l-ħbieb vera madwarek u dan ikun tajjeb għalik sabiex in tkun taf fejn qiegħed aktar u aktar issa fil-bidu ta' dan iż-żodijaku ta' Leo li se joffrilek opportunità sabiex il-biża' li kellek tiġi megħluba u b'hekk int tagħraf aktar x'hemm madwarek. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li se toffrilek forma ta' gwida din il-ġimgħa ġejja minn Virgo Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon Trid tkun taf kemm il- kristalli huma ta' bene ċju kbir l-ħajja tagħna? Attendi l-klassijiet t' informazzjoni u tagħrif dwar il- kristalli. Tista' tagħżel sabiex tkun parti minn klassi ta' 7 persuni jew għall-kumdità tiegħek f 'sessjonijiet individwali. Għal aktar informazzjoni kkuntatani fuq 99013600 1. Leo huma magħrufi n kemm huma umli 2. L-aktar jum pożittiv għall-istilla ta' Leo huwa t-Tlieta 3. L-aktar jum negat- tiv għall-istilla ta' Leo huwa l-Erbgħa 4. L-aktar Qamar Kwinta ta' fortuna għall-istilla Leo huwa dak ta' April 5. L-aktar New Moon ta' oppurtunità u mħabba għall-istilla ta' Leo huwa dak ta' Jannar 6. Numri favoriti mal-istilla ta' Leo huma : 5, 17, 23 u 35 7. L-aktar xahar pożittiv għall-istilla ta' Leo huwa dak ta' Jannar 8. L-aktar xahar negattiv għall-istilla ta' Leo huwa dak ta' Marzu 9. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb 10. L-aktar żmien ideali għall-istilla ta' Leo huwa Mejju 11. L-aktar stilla ideali għal Leo hija Taurus 12. L-aktar perjodu romantiku għall-istilla Leo huwa Ottubru 13. Nies famuzi li jagħlqu żmienhom taħt l-istilla ta' Leo huma: Jennifer Lopez , Ben Affl eck , Sandra Bullock, Barack Obama, Madonna, Napuljun u Alfred Hitchcock

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017