Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum Inċident ikrah iwaqqafha mit-triathlon iżda mhux mill-pożittività lejn il-ħajja minn Cristian Antony Muscat ROXANA Cordina għandha 20 sena u ilha disa' xhur li waqfet tieħu sehem fit- Triathlon f 'Malta minħabba inċident ikrah li kellha li għalkemm waqqafha mit- triathlon, ma waqqafhiex mill-pożittività lejn il-ħajja. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Roxana nnifisha fejn tatna iktar dettalji rigward dan l-inċident u kemm għallimha tapprezza iktar il-ħajja u tħares lejha minn lenti differenti. Hija stqarret li: "Kien it-8 ta' Awwisu 2016, u kont ippreparata għal waħda mil-kompetizzjoni tat-Triathlon tas-sajf. Għalija kienet importanti ħafna, għaliex kienet l-ewwel kompetizzjoni bir-regoli tal- unjoni ewropeja li qatt ħadt sehem fiha. Kienet esperjenza li nibqa inġor tul ħajjti! Għal-ewwel darba kelli ħin ħafna tajjeb b'hekk, filwaqt li kont qegħda lura d-dar bdejt naħseb biex nipprepara għal kompetizzjoni oħra. Pero dan ma kellux iseħħ. Kien id-disa ta Awwisu l-għada li ħadt sehem fl-Aquathlon Malta Championship'. Filgħaxija kelli mmur għal rehearsal fi program internazzjonali. Konna grupp ta nies żgħir, xogħolna kien li nagħmlu stunt differenti kull darba li nattendu. X'ħin wasalt fuq il-post qaluna li l-istunt tal-ġurnata kienet tinvolvi li naqbżu mill-għoli. Spjegawlna li rridu nitilgħu fuq ċatra, li kellha l-bibien jinfetħu permezz ta' buttuna li tiġi kkontrollata mid-direzzjoni peró ma nkunux nafu meta jkunu ħa jinfetħu. Kulħadd kien preparat, il-livelli tal-għoli kienu jvarjaw u fil-fatt bdejna mit-tielet sular u bqajna telgħin. L-aħħar waħda kienet sitt sulari fejn hemm hekk sar l-inċident! Kont naf li il-bieb tiegħi kien ħa jinfetaħ l-ewwel. Preparajt ruħi u x'ħin infetaħ ma ipanikkjatx kont kalma, pero fettili ħarist l-isfel u x'ħin rajt dak l-għoli neħħejt il-pożżjoni u ġejt fuq dahri. X'ħin ħassejt id-daqqa taħt l-ilma ma stajtx niċċaqlaq, ma stajtx nitkellem l-unika ħaġa kienet li ħargitli demma. Il-bugħadas li kien bħala sigurta fil-baħar ġie ħdeja u induna li ma stajt niċċaqlaq ħlief idi. Telani fuq l-art u ġew l-infermira jiċċekjawni u qaluli biex imur dritt il- clinka. Hekk għamilt pero fil-stess ħin, infurmajt lil ħabieb tiegħi Shawn Meilak xogħlu huwaphysiotherapist u igwidani biex imuur il- klinika u nżommu infurmat. Sa dan it-tant wasalt il-klinka u tagħwni titqiba biex ittafi l-uġieħ u ħaduli x-rayu irreferewni l-isptar għal aktar testijiet. L-għada mort tkellimt miegħu u x'ħin ra x-ray qalli li jista ikun għandi fracture, spjegali li aħjar nerġa' nkellem tabib, u li għandi bżonn il- mistrieħ. Komplejt nattendi għal aktar testijiet fl-isptar. Bil-kemm stajt nimxi u bdejt naqta' ftit qalbi. Bdejt inħoss li tlift kulma bnejt fl-isport, l-affarijiet bażiċi ma stajtx nagħmilhom. Bil-mod bdejt ninduna li hemm bżonn niġġieled ma' ġismi, Hawnhekk is-sapport ta' Shawn kien kbir. Niftakar kien jgħidli biex nistrieħ u nipprova nagħmel eżerċizzji ħalli nirkupra kemm jista' jkun malajr. Wara ġimgħatejn irnexxieli nerġa' nibda nimxi b'mod normali. Però t-trawma kienet għadha ġejja! Għal ftit żmien bdejt inħossini nirkupra fiżikament għalkemm kien ikolli ħafna uġieħ ta' ras. Maż-żmien l-uġieħ beda jinbidel f 'rabja u beda jaffetwali l-burdati. Domt ftit ma tkellimt dwarha għaliex mhux kulħadd jifhem is-sitwazzjoni. Ħafna drabi jkollok bżonn nies li jew esperjezawha jew inkella għaddew min xi ħaġa simili. Iddeċidejt li nitkellem ma' Danica Bonello Spiteri li kienet il-kowċ tiegħi. Kont ili nittrenja magħha għal xi sena u nofs, u kienet taf dwar l-inċident. Ikkuntattjajtha biex nitkellemu ftit għax kont naf li kienet lesta li tgħinni. Spjegajtilha xi bdejt inħoss u dak li bdejt ngħaddi minnu. Għidtilha li ġieli ppruvajt nittrenja però l-uġieħ kien ikun kbir wara. Hi spjegatli li il-muskoli ta' ġismi huma iebsin u jaffettwaw mentalment. Kont għaddejja minn frustrazzjoni minħabba li moħħi ma setax jaċċetta li rrid il-mistrieħ, u li ma nistax nipprattika it-tliet dixxiplini, jiġifieri l-atletika, l-għawm u ċ-ċikliżmu, iżda li kelli nieqaf għax kienet qed issir il-ħsara minflok. Kont qed nara ħafna negattività fid-dinja u fija, li min tliet dixxiplini ma stajt nagħmel xejn ħlief li nagħti kuraġġ lil min għadu jippratikah. Kienet u għadha tibqa' għafsa ġo qalbi. Xtaqt naqsam din l-istorja tiegħi għal ħaddieħor li forsi għaddejjin min xi sitwazzjoni simili, biex ma jaqtgħux qalbhom iżda jfittxu l-għajnuna meħtieġa, jagħmlu kuraġġ u jemmnu li l-pożittività teżisti u qiegħda madwarna - irridu nkunu aħna li nfittxuha. Il-Mulej tani ċans ieħor f 'din id-dinja għaliex kieku ried joħodni miegħu ħadni. Tgħallimt inħares lejn il-ħajja bħala opportunità li ngħin lil ħaddiehor f 'esperjenzi bħal dawn, waqt li napprezza li kelli ċans ieħor li forsi persuni oħra ma kellhomx. Fil-ħajja trid tkompli għaddej - ma tistax tieqaf, iżda trid tħares 'il fuq u tara s-sabiħ li għandek madwarek. Ma nistax nieqaf ngħix u niffoka fuq l-inċident u l-affarijiet li ma nistax nagħmel li kont nagħmel qabel, iżda nagħti kuraġġ li min jista' jipprattika t-triathlon, u ngħinu jemmem fih innifsu u jkompli japprezza kull ġurnata li għanda fid- dinja," temmet tgħid Roxana Cordina. Roxana Cordina Roxana Cordina fl-azzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017