Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 | illum Sports 29 Ritratt - Joe Bajada Suċċess kbir għal 'The Cyclist' t-tielet ġurnata tar-Road Race tal-2017 ILKLABB ta' Cyclist CC kompla jikkonferma li huwa l-aqwa klubb rebbieħ fil-preżent meta rnexxielu jirbaħ ħames tiġrijiet minn tmienja permezz ta' Christian Formosa (Elite); Stephanie Alden (Feminili); Nicholas Attard Montalto (Juniors); Joseph Micallef (Masters 50+) u ċ-ċiklista żgħira Kristina Spiteri (Taħt il-15-il sena Feminili). Dan kollu seħħ fit-tielet u l-aħħar ġurnata tal- Kampjonat Nazzjonali tat-Triq organizzat mill- Federazzjoni Maltija taċ- Ċikliżmu li nżammet nhar is-Sibt 15 ta' Lulju fil- limiti tal-Maqluba, Qrendi - Żurrieq. It-tiġrijiet l-oħra ntrebħu minn Nikol Micallef - Mosta AF Sign Studio CC (Taħt il-15 il-sena Maskili); Ivan Zammit – Birkirkara St Joseph SC (Masters 40+) u Emmanuel Camilleri - Mosta AF Sign Studio CC (Masters 60+). L-aħwa Formosa kisbu suċċess doppju grazzi għal ħidma kollettiva mit-tim tagħhom, fejn l-akkwist il-ġdid Christian Formosa kiseb rebħa oħra meta temm it-8 dawriet tiegħu f 'ħin ta' 2:07:50.28. Huwa spiċċa b'vantaġġ żgħir ta' 08.97 fuq ħuħ Maurice. Fit-tielet post spiċċa Etienne Bonello tat-Team Greens li daħal ħarira qabel Pierre Borg ta' Mosta AF Sign Studio CC f 'ħin ta' 2:07:51.65. Il-Kategorija femminili ntrebħet minn Stephanie Alden ta' The Cyclist li temmet is-sitt dawriet tagħha f 'ħin ta' 1:44:10.31. Hija spiċċat b'vantaġġ żgħir ta' 15-il sekonda fuq Michelle Vella Wood tat- Team Greens u 07:15.55 quddiem ċiklista oħra tat-Team Greens, Danica Bonello Spiteri. Nicholas Attard Montalto ta' The Cyclist kompla bid-dominanza tiegħu bi trippletta fil-Kategorija Juniors meta temm is-sitt dawriet tiegħu f '1:35:28.20. Sieħbu Isaac Spiteri spiċċa t-tieni f '1:40:13.83, filwaqt li Gianluca Camilleri ta' B'Kara St.Joseph SC daħal it-tielet f 'ħin ta' 2:05:13.49. Ivan Zammit ta' Birkirkara St. Joseph's kompla juri l-forma tajba tiegħu meta kiseb rebħa oħra fil- Kategorija tal-Masters 40+ meta spiċċa s-sitt dawriet tiegħu f 'ħin ta' 1:44:10.65. Kelvin Goodwin (Agones SFC) u Colin Tabone (Team Greens) spiċċaw warajh. Joseph Micallef ta' The Cyclist spiċċa l-erba' dawriet tiegħu fil- Kategorija Masters 50+ f 'ħin ta' 1:09:34.99 quddiem sħabu tal-istess klubb Peter Horton u Kenneth Zammit. Emmanuel Camilleri ta' Mosta AF Sign Studio CC spiċċa l-ewwel fil-Masters 60+ f 'ħin ta' 1:10:00.18. Wara t-tiġrijiet, iċ-ċiklisti rebbieħa kollha kienu ppreżentati bil-medalji minn John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali tal- Federazzjoni Maltija taċ- Ċikliżmu. It-tiġrija li jmiss hija l-aħħar waħda tal- Kampjonat Nazzjonali Time Trial li ser issir nhar il- Ħadd 23 ta' Lulju l-Miżieb. Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu tixtieq trodd ħajr lil parteċipanti kollha għall-isforz kbir li huma wettqu minkejja s-sħana qawwija, kif ukoll lill-uffiċjali u l-membri tal-klubbs għall- kollaborazzjoni sportija li mxew biha. Grazzi oħrajn lil ARRTS Timing System - Agones Sfc għax-xogħol ferm utli tagħhom, kif ukoll lil Kunsilli Lokali tal-Qrendi u ż-Żurrieq u lil Puliżija għal koperazzjoni tagħhom. Riżultati kollha Elite Maskili (8 laps) 1. Christian Formosa - The Cyclist 2:07:50.28 2. Maurice Formosa - The Cyclist 2:07:50.74 3. Etienne Bonello - Team Greens 2:07:51.65 Feminili (6 laps) 1. Steph Alden - The Cyclist 1:44:10.31 2. Michelle Vella Wood - Team Greens 1:44:25.61 3. Danica Bonello Spiteri- Team Greens 1:51:25.86 Juniors (6 laps) 1. Nicholas Attard Montalto - The Cyclist 1:35:28.20 2. Isaac Spiteri - The Cyclist 1:40:13.83 3. Gianluca Camilleri - B'Kara St.Joseph SC 2:05:13.49 Rebbieħa tal-Kategoriji l-oħra Taħt il-15-il sena Feminili (2 laps) 1. Kristina Spiteri - The Cyclist 00:35:54.66 2. Veronique Pace Asciak - Mosta AF Sign Studio CC 00:48:58.72 Taħt il-15-il sena Maskili (2 laps) 1. Nikol Micallef - Mosta AF Sign Studio CC 00:33:49.71 2. Matthew Galea - Mosta AF Sign Studio CC 00:33:58.68 3. Malcolm Vassallo - Mosta AF Sign Studio CC 00:34:03.89 Masters 40+ (6 laps) 1. Ivan Zammit - B'Kara St.Joseph SC 1:44:10.65 2. Kelvin Goodwin - Agones SFC 1:44:19.25 3. Colin Tabone - Team Greens 1:47:17.28 Masters 50+ (4 laps) 1. Joseph Micallef - The Cyclist 1:09:34.99 2. Peter Horton - The Cyclist 1:09:44.87 3. Kenneth Zammit - The Cyclist 1:09:50.75 Masters 60+ (4 laps) 1. Emmanuel Camilleri - Mosta AF Sign Studio CC 1:10:00.18 It-tim 'The Cyclist' rebbieħ tat-tielet ġurnata tar-Road Race tal-2017.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017