Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol DANILO - Jidher li Chelsea mhux se jkunu f 'pożizzjoni li jilħqu t-talba ta' £30.9 miljun li qed jitolbu Real Madrid għal Danilo. B'hekk issa daħlu fit-taqtiegħa għall-akkwist ta' dan il-player Manchester City li jridu difensur right-back ieħor wara li rnexxielhom jakkwistaw lil Kyle Walker għas-somm ta'£45 miljun. PAULINHO - Barcelona jinsabu lesti li jżidu l-offerta tagħhom għal Paulinho għal £30 miljun hekk kif qed jippreparaw biex ikollhom iktar taħdidiet maċ-Ċiniżi ta' Guangzhou Evergrande rigward dan it- trsaferiment. Iċ-Ċiniżi diġà rrifjutaw offerti ta' £20 miljun u £25 miljun għal dan il-player Brażiljan u ma jridux li jbigħu lil Paulinho f 'nofs l-istaġun. ALVARO MORATA - Għalkemm għadu fl-ewwel jiem tiegħu ma' AC Milan, jidher li Leonardo Bonucci diġà beda jħalli mpatt bħala captain tar-Rossoneri. Dan hekk kif għamel kuntatt ma' Alvaro Morata fejn appellalu biex jingħaqad ma' AC Milan u mhux ma' Chelsea. AC Milan għadhom ma ħabbru l-ebda ċifra ta' kemm jinsabu lesti li joffrulu iżda d-diriġenti tar-Rossoneri qed iqisu lil dan il-plejer bħala żieda importanti fl-attakk. RYAN KENT -Il-winger ta' Liverpool Ryan Kent jinsab viċin li jingħaqad b'self ma' Hull City. Kent qatta' l-aħħar staġun b'self ma' Barnsley u ssemma' li seta' jingħaqad ukoll ma' Birmingham City hekk kif qed ifittex li jakkwista post regolari mal-ewwel 11 ta' xi tim partikolari. Għalkemm Kent jista' jingħaqad ma' Hull City mingħand Liverpool, m'għandu jkollu x'jaqsam xejn mat-trasferiment ta' €8 miljuni li jidher li jinsab viċin u li jkun qed iġib lil Andy Robertson ma' Hull City. LUKA MODRIC - AC Milan jinsabu interessati li jakkwitaw lil Luka Modric iżda jistgħu qed ikunu qed jidħlu f 'battalja ma' timijiet oħra li wkoll jixtiequ s-servizzi ta' dan il-plejer ta' Real Madrid. Jidher li Modric ukoll jinsab ħerqan li jingħaqad ma'AC Milan iżda l-fatt li matul l-istaġun li ġej huma mhux se jkunu involuti fil-UEFA Champions League jista' jimpedixxieh milli jingħaqad mar-Rossoneri. NEYMAR - Neymar qed jiġi mħeġġeġ biex iħalli lil Barcelona minn wieħed mir-rappreżentanti tiegħu biex huwa jkun jista' joħroġ mid-dell ta' Lionel Messi. Dan il-player Brażiljan ingħaqad mal-Katalani fl-2013 u fadallu kuntratt magħhom sal-2021, bil-klawżola tar-release tiegħu preżenti tammonta għal €200 miljun. Manchester City, Manchester United, PSG u Real Madrid huma lkoll mistennija li jkunu interessati fl-akkwist ta' dan il-plejer jekk Neymar jesprimi x-xewqa li jħalli lil Barcelona. KOSTAS MANOLAS - Id-difensur Grieg ta' Roma, Kostas Manolas, jinsab fuq quddiem nett fil-lista ta' ismijiet biex jieħu post Leonardo Bonucci li ngħaqad ma' AC Milan fil-jiem li għaddew. Intant, qed jissemma' wkoll li d-difensur ċentrali ta' Lazio Stefan De Vrij ukoll jista' jsieħeb lill- Bianconeri għalkemm Manolas huwa l-favorit assolut biex jingħaqad mal-Bianconeri fil-jiem li għaddew. minn Cristian Antony Muscat IVAN PERISIC - Ivan Perisic jista' jingħaqad ma' Manchester United. Ir-Red Devils diġà għamlu offerta ta' £45 miljun għal dan il-plejer, liema offerta ma ġietx aċċettata min-Neroazzurri. Iżda r-Red Devils ma qatgħux qalbhom u jistgħu jagħmlu offerta oħra għal dan il-plejer fil-futur qrib hekk kif Jose Mourinho jisnab ħerqan li jakkwista lil dan il-winger Kroat akkost ta' kollox. YANNICK CARRASCO - Chelsea offrew kuntratt ta' ħames snin għall-attakkant ta' Atletico Madrid Yannick Carrasco b'salarju li għandu jammonta għad-doppju ta' dak li għandu preżentament mal- Madrileni. Antonio Conte jinsab iddisprat li jsaħħaħ l-attakk tiegħu matul dan is-sajf u xeħet ħarstu fuq l-internazzjonali Belġjan Carrasco wara li fallielu t-tragward ewlieni ta' Romelu Lukaku li spiċċa biex ingħaqad ma' Manchester United.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017