Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... VIRGIL VAN DIJK - Arsenal qed joffru offerta ta' £45 miljun għad-difensur ta' Southampton, Virgil van Dijk li qed jiġi segwit ukoll minn Liverpool. Il-manager tal-Gunners, Arsene Wenger, jinsab ħerqan li jsaħħaħ l-attakk tiegħu qabel jibda l-istaġun li ġej, u qed isegwi l-progress ukoll tal-attakkant ta' Celtic, Moussa Dembele biex jieħu post Alexis Sanchez li jidher destinat li jħalli lil Arsenal. Liverpopl dehru ferm viċin li setgħu jakkwistaw lil dan il-player, iżda issa fit-taqtiegħa daħlu wkoll Arsenal. ALEIX VIDAL - Id-difensur ta' Barcelona Aleix Vidal irrifjuta opportunità li jingħaqad ma' Juventus biex iservi ta' sostitut għal Dani Alves. Vidal kien akkwistat minn Barcelona bit-tama li jkun sostitut denju għal Dani Alves u issa qed jiġi segwit minn Juventus għall- istess għan. Dan wara li Dani Alves ħasad lill-partitarji ta' Juventus billi ngħaqad ma' PSG, kif ħasadhom ukoll Leonardo Bonucci li ħalliehom fil-jiem li għaddew biex jngħaqad mar- rivali ta' AC Milan. MARCO ASENSIO - PSG qed jippreparaw offerta ta' £150 miljun għall-attakkant ta' Real Madrid, Marco Asensio. Il-Pariġini għadhom qed isegwu b'interess lil Kylian Mbappe iżda jekk dan il-plejer jagħżel li jingħaqad ma' Real Madrid kif jidher li se jsir, imbagħad PSG ikunu qed idawru ħarsithom fuq Marco Asensio. Dan tal-aħħar qed jiġbed l-interess minn klabbs oħra maġġuri hekk kif kulma jmur iż-żmien qed ikompli jikber fil-potenzjal tiegħu. JACK WILSHERE - Arsenal irrifjutaw offerta ta' €6.2 miljun mingħand Sampdoria għal Jack Wilshere. Huwa mifhum li l-Gunners qed jitolbu s-somma ta' £8.8m miljun biex jaċċettaw li jċedu lil dan il-player. Madankollu, l-l-Blucerchiati jixtiequ ħafna li jakkwistaw lil dan il-plejer hekk kif jinsabu f 'tentattiv iddisprat li jsaħħu l-midfield tagħhom u jidher li se jkunu qed qed iżidu l-offerta tagħhom għal dik mitluba minn Sampdoria. Kollox qed jindika li dan it-trasferiment se jkun konkluż fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin. ANDREW ROBERTSON - Andrew Robertson ħalla l-pre-season tour li Hull City qed jagħmlu fil-Portugall biex jiddiskuti iktar dettalji rigward it-trasferiment potenzjali ta' £10 miljun għal ma' Liverpool. Il-manager ta' Liverpool, Jurgen Klopp qed jittama li jiffirma lil dan id-difensur left- back u jidher li t-taħdidiet jinsabu fi stadji avvanzati biex dan il-player jingħaqad ma' Liverpool. Jurgen Klopp qed ifittex li jsaħħaħ id-difiża tiegħu wara li matul l-aħħar staġun dehru diversi xquq fiha. NEMANJA MATIC - Wara li ħabbru l-akkwist ta' Mattia De Sciglio mingħand AC Milan, Juventus, iridu jsaħħu wkoll il-midfield tagħhom billi jiffirmaw lil Nemanja Matic, Steven Nzonzi jew William Carvalho. Matic huwa l-għażla preferita għal Massimiliano Allegri u huwa jinsab disponibbli għalihom dejjem jekk Chelsea ma jagħżlux li jbiegħuh lir-rivali ta' Manchester United. MARCO VERRATTI - Barcelona jinsabu lesti li jħallsu s-somma ta' €65 miljun flimkien mal-Kroat Ivan Rakitic f 'tentattiv iddisprat li jakkwistaw lil Marco Verratti mingħand PSG matul dan is-sajf. Il-manager ta' PSG, Unai Emery diġà kkowċja lil Rakitic ma' Sevilla u l-Katalani jistgħu jkuna ttentati li jbiegħu lil dan il- plejer biex jakkwistaw somma finanzjarja tajba u b'hekk ikunu f 'pożizzjoni li jakkwistaw lil Verratti. ALEXIS SANCHEZ - Iċ-ċansijiet li Arsenal iżommu lil Alexis Sanchez ħadu daqqa 'l isfel hekk kif PSG jinsabu f 'taqtiegħa għall-akkwist tiegħu. Dan il-plejer ilu jissemma' li jista' jsieħeb ukoll lil Manchester City mmexxija minn Pep Guardiola, waqt li huwa rrifjuta milli jiffirma kuntratt ġdid mal-Gunners. Jidher li wara Bayern Munich ma baqgħux interessati fl-akkwist ta' dan il-plejer, PSG, ikkuntattjaw lill-aġent tiegħu u jidhru viċini għall-akkwist tiegħu. TONI KROOS - Inter jinsabu ppreparati li jagħmlu offerta konsiderevoli għall-midfielder Ġermaniż ta' Real Madrid, Toni Kroos. In-Neroazzurri qed iħossu ċerta pressjoni mill-fatt li AC Milan qed jimpressjonaw lil kulħadd bl-akkwisti ta' ċertu isem li qed jagħmlu matul dan is-sajf u b'hekk huma ma jridux ikunu inqas. B'hekk Inter jinsabu lesti li jonoraw kull talba mitluba minn Real Madrid għall- akkwist ta' dan il-plejer ta' 27 sena, li jista' jkun qed iħalli lill-Galacticos fil-ġimgħat li ġejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017