Illum previous editions

illum 23 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/852415

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 23 ta' Lulju 2017 | illum Sports 35 tgħid iffurmajt ħbiberiji sodi li ħafna minnhom b'xi mod jew ieħor jagħmlu parti importanti minn ħajti. Irrakkontalna l-esperjenza tiegħek fid- drama lokali 'Strada Stretta'. 'Strada Stretta' hija waħda mill-iktar esperjenzi sbieħ ta' ħajti fejn tatni ħafna lura sa mill-bidu nett. Ħdimt ma' nies li tista' tgħid kienu qishom it-tieni familja tiegħi għal dawn l-aħħar sentejn. Meta nħares lura, issa li spiċċat is-serje, inħossni ffortunata li kelli parti minnha u rwol u karattru li ħadt pjaċir ninterpretah. Kelli xeni kemmxejn diffiċli wkoll biex wieħed jinterpreta però dejjem sibt l-għajnuna tad- diretturi u l-atturi li ħdimt magħhom biex finalment dejjem ħareġ ir-riżultat mixtieq. Naf li int issegwi mill-viċin ukoll il- futbol lokali fejn int partitarja ferventi ta' Valletta FC. X'tikkummenta fuq dan l-istaġun li jista' jitqies bħala wieħed diżappuntanti għall-Beltin? X'taħseb li mar ħażin għal Valletta FC? Fuq dan l-istaġun tal-futbol Malti ntemm ftit tal-ġimgħat ilu, nista' faċilment ngħid li kien hemm livell fejn it-timijiet komplew jersqu lejn xulxin. Il-Belt kienu ġejjin minn rebħ ta' kampjonat u matul dan l-istaġun ħabbtu wiċċhom ma' bosta problemi ta' plejers li ħallew il-klabb u oħrajn importanti ħafna li kienu mweġġgħa għal tul ta' żmien. Hija xi ħaġa diġà kbira li minkejja dan komplew sal-aħħar b'ċans li jerġgħu jirbħu l-Kampjonat. Il-Belt huwa klabb li kontra klabbs oħra li jikkuntentaw b'xi unur wara tant snin jippretendu dejjem li fl-aħħar tal-istaġun qisu bi dritt jintrebaħ xi unur prinċipali. Min ikun imdaħħal fl-isports jaf li fl-istess ħajja sportiva jiġu mumenti meta toħroġ rebbieħ u oħrajn li toħroġ tellief. Huwa f 'dan il-mument li joħroġ il-kobor tiegħek għax filwaqt li tirrikonoxxi t-tajjeb li jkun għamel l-avversarju tkun lest li tqum malajr biex tkompli l-battalja tiegħek. Titla' ssegwi lil Valletta fid-diversi stadia li fihom jilagħbu b'mod regolari? Nitla' nsegwi kull logħba dejjem fejn inkun nista', għaliex bl-impenji tiegħi, dan mhux dejjem ikun possibli. Imma jekk fiżikament ma nkunx il-grawnd, moħħi u qalbi hemm ikunu, f 'li jkun għaddej tul dawk id-90 minuta. Nemmen li sapporter mhuwiex dak biss li jitla' l-grawnd. Nifhem li mhux għal kulħadd din tkun possibli ta' kull ġimgħa. Però sapporter huwa dak li demmu jbaqbaq għall-arma li jemmen fiha, irrilevanti jersaq jew ma jersaqx lejn il-grawnd. Qed ngħid dan kollu għax ma rridx nagħti l-impressjoni li biex wieħed jissejjaħ sapporter denju jrid bilfors ikun preżenti fiżikament ta' kull ġimgħa ġewwa Ta' Qali. Xi tfisser il-familja għalik? Il-familja tfisser ħafna għalija. Il- familja hija mħabba, għaqda u dak il-fulkrum fejn kollox fil-ħajja ddur madwar. Il-familja għandha tkun hemm kemm fit-tajjeb kif ukoll fil- ħażin u flimkien jitgawdew mumenti sbieħ u memorabbli kif ukoll jingħelbu diffikultajiet li kapaċi ġġib magħha l-ħajja. Għandek xi idoli kemm fil-kamp sportiv kif ukoll f 'dak tar-reċtar? Fil-kamp sportiv l-idolu tiegħi huwa Javier Zanetti li baqa' jilgħab għall- flokk tat-tim tiegħu sal-aħħar minuta tal-karriera. Minbarra d-doti sportivi li għandu, wieħed jista' jgħid li huwa bniedem komplet anke fejn tidħol għajnuna għat-tfal inqas fortunati minn oħrajn li twieldu fil-kwartieri tiegħu fl-Arġentina. Huwa t-tip ta' bniedem li jiġbed l-ammirazzjoni ta' kulħadd inklużi tal-avversarji tiegħu. Fir-reċtar, ma nistax ngħid li hemm xi ħadd wieħed partikolari għax wisq nibża' li kif issemmi lil xi ħadd tkun qed tinsa lil ħaddieħor. Hemm bosta fil-kamp lokali li minn barra li ħdimt magħhom kienu ta' ispirazzjoni għalija biex inkompli fil-karriera tiegħi. Kif jirnexxielek tlaħħaq bejn ir-reċtar, xogħol u fencing? Ma nafx mod ieħor. Jien ħajti dejjem niġri minn ħaġa għal oħra. U sakemm ikolli ċ-ċans u l-ħajja tippermettili, hekk ħa nibqa'. Pjuttost inħossni stramba meta ma jkollix il-ġurnata mimlija. Is-sigriet ta' kollox huwa li tkun organizzat, jekk le tispiċċa żżid fl-istress u finalment wieħed jagħmel l-affarijiet li jħobb żgur mhux biex jispiċċa stressjat. Dik, u li tkun taf tgħid le jekk tara li mhux se tlaħħaq fl- iskeda tiegħek ta' kuljum. Bħal kollox, irid jinħoloq bilanċ bejn dak li tixtieq tagħmel u dak li huwa possibli twettaq. M'ilux rajnik tippreżenta wkoll is-serata finali ta' Sanremo Junior. X'kienet l-esperjenza hemmhekk? Kienet l-ewwel esperjenza tiegħi bħala prezentatriċi fejn nammetti li daqsxejn friefet kelli wkoll. Imma sibt għajnuna kbira u konna ppreparati u mħarrġin sew minn qabel fejn allura fil-lejl finali kont sodisfatta bir-riżultat u li nħares 'il quddiem b'entużjażmu jekk terġa' tiġini xi opportunità simili. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek kemm fil-fencing kif ukoll fir-reċtar? Jiena m'iniex xi waħda li nħobb nippjana bil-quddiem għal tul ta' żmien. Inħobb ngħix il-mument, u dak li nkun qed nagħmel nara li nagħmlu sew b'ħafna dedikazzjoni. Imbagħad bħalma dejjem ġara, ħaga ġġib lil oħra u r-rota tibqa' ddur. Li hu żgur li nista' ngħidlek, li hija x-xewqa tiegħi li kemm il-fencing kif ukoll ir-reċtar jibqgħu jagħmlu parti minn ħajti. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ biex jutilizzaw it-talenti tagħhom bl-aħjar mod li jistgħu kif għamilt int. Il-messaġġ tiegħi huwa li sakemm wieħed ikollu ċ-ċans jisfrutta dejjem it- talenti tiegħu bl-aħjar mod possibli, ma jaqta' qalbu qatt għaliex ostakli wieħed se jsib dejjem f 'kull settur tal-ħajja, u anzi propju l-ostakli li niltaqgħu magħhom noħduhom bħala spunt biex nissaħħu u jagħmluna bnedmin aħjar. Il-ħajja trid tgħixha qabel jiġi żmien fejn imbagħad tħares lura u jkun tard wisq biex forsi tagħmel dak li tkun stajt għamilt meta kellek iċ-ċans. għas-suċċess fir-reċtar Bdiet tipprattika l-fencing sena u tmien xhur ilu. Hija attriċi ewlenija f 'pajjiżna, bl-isport tal-fencing jimmotivaha bis-sħiħ biex tikseb suċċess konsiderevoli r-reċtar. Ftit tal-ġimgħat ilu kkompetiet f 'kompetizzjoni internazzjonali tal- fencing f 'Ingolstadt l-Ġermanja. DORIANA PORTELLI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 July 2017