Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017| illum Aħbarijiet IL15 ta' Awwissu jfisser żmien ta' ċelebrazzjoni u rilassament għal bosta Maltin, iżda għas-sajjieda dan ikun ifisser il-bidu tal- istaġun tal-lampuki, il-ħuta sinonima mal-gżejjer Maltin, iżda ħuta li donnu f 'dawn l-aħħar snin il-provista tagħha f 'gżiritna kienet skarsa. L-ILLUM niżlet fil-lokalità ta' Marsaxlokk fejn tkellmet ma' bosta sajjieda u magħhom ippruvat tifhem is-sitwazzjoni tas-sajd għal-lampuki. Bosta sajjieda li tkellmu ma' din il-gazzetta spjegawlna kif is-sitwazzjoni tal-lampuki nbidlet maż-żmien. "Din kienet ħuta li fl-imgħoddi s-sajjieda Maltin biss kienu jistadu għalija, is-sitwazzjoni nbidlet hekk kif issa sajjieda Taljani, Spanjoli, Griegi u Tuneżini kollha qegħdin jistadu għaliha." sostna Carmel Bajada sajjied ta'esperjenza vasta. Tul dawn id-diskussjonijiet skjetti, spikkaw dettalji, ta' kompettizjoni ħarxa u kif ukoll illegali minn sajjieda barranin. Żewg sajjieda partikolari rrakontawlna l-episodji frekwenti tagħhom ma' sajjieda Tuneżini. "Dawn sikwit ikunu qegħdin jistadu fuq iċ-ċimi tagħhom", sostna wieħed mis- sajjieda pjuttost irrabjat. Iċ-ċimi huma ż-żoni fejn sajjied, bil-liġi jkun permess li jistad. Dan il-permess ma jiġix mogħti lis-sajjieda kif ġie ġie anzi, hemm proċess fejn is-sajjieda japplikaw għall- permess biex dawn ikunu jistgħu jistadu f 'distrett jew żona partikolari. Permess li jingħata lis-sajjieda bil-polza. Din iż-żona ma ġġib l-ebda garanzija ta' xi qabda ħut tajba hekk kif iddeskriviha sajjied partkiolari, "taf tiġik warda jew taf tiġik xewka." "Wara dan ix-xogħol kollu li tipprepara għal dan l-istaġun, toħroġ biex taqla' lira u ssib sajjieda oħra fuq iċ-ċima tiegħek…sikwit ikollna konfrontazzjonijiet ma' sajjieda Tuneżini, dawn ma jimxux mar-regoli li aħna u pajjiżi oħra tal-Ewropa nimxu magħhom." "Kieku nagħmlu xi ħaġa simili aħna, jittieħdu passi kontrina iżda fil-konfront ta' dawn is-sajjieda, qatt ma jsir xejn... il-lampuki fid-dgħajjes tat-Tuneżini qegħdin." Is-sajjieda rrakuntaw episodju xokkanti fejn darba fost l-oħrajn, 78 mil barra minn Malta, lemħu trawler li kien qiegħed tistad fiż- żona tagħhom. Meta dawn marru jikkonfrontawhom, is-sajjieda Tuneżini, insulentawhom u ma tawx kashom. Sussegwentement mas-sitt dgħajjes oħra ċċurkundawhom. "Ċempilna bit-telefown tas- satellita lill-awtorità Maltija, għidnilhom, x'kien ġara u biex kemm jista' jkun ma jdumux għaliex siegħa oħra toħorġu tfittxuna u tiġbruna minn wiċċ l-ilma. Xi sagħtejn wara l-awtoritajiet bagħtu ajruplan zgħir li ġġibet xi ritratti tad- dgħajjes, ftit tal-ħin wara beżgħu u telqu 'l hemm " qalulna s-sajjieda. "Iddejjaqna nirrapurtaw, iddejjaqna naħlu l-bżieq" qalulna sajjieda, "dawn mhumiex affarijiet ta' politika ilhom jiġru, però l-awtoritajiet qatt ma tawna avviż lura fuq x'jiġri f 'dawn ir-raporti ta' kunflitti mas- sajjieda Tuneżini." "Dan l-istaġun jagħti xiehda tal-problema, gawdejna gimgħa biss imbagħad kollox lejn Tuneż... skarsezza kbira, kulħadd sar jattaka għaliha l-lampuka," qalilna s-sajjied. Sajjied lokali ieħor li tkellem ma' din il-gazzetta qalilna li anke l-kompetizzjoni lokali żdiedet hekk kif din is-sena mal-120 dgħajsa lokali ħarġet għal-lampuki, figura li kważi rduppjat mis-sena l-oħra 'l hawn. 10 snin ilu, kilo lampuki kien jiswa 50 ċentezmu, illum il-ġurnata l-istess piż jiswiek €9, prezz li ma tantx qed jappella lill-familji Maltin li kienu jixtru din il-ħuta b'ħafna inqas flus. Iżda l-popolarità ta' din il-ħuta ma naqsitx mat-turisti hekk kif, bosta restoranti fiż-żona ta' Marsaxlokk qalulna li diversi turisti jistaqsu għal xi wieħed mill-platti tradizzjonali tal- lampuki. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter (Mhux) l-aqwa żmien għal-lampuki L-ILLUM tmur Marsaxlokk, u titkellem mas-sajjieda dwar l-istaġun tal-lampuki u l-isfidi li jiffaċċjaw fl-ibħra Maltin Lapuki, moqlijin, l-forn, f 'torta jew biz-zalza is-sajjieda Maltin jilmentaw dwar sajjieda Tuneżini li jistadu miċ-ċimi tagħhom L-ebda passi kontra Sant wara li ma obdiex lil Muscat fuq Busuttil MHUX se jittieħdu passi dixxiplinarji kontra l-Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant, wara li ma pparteċipax fil-votazzjoni għan-nomina ta' Simon Busuttil għall-kumitat tal- Qorti Ewropea. Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat kif l-eks Prim Ministru Alfred Sant ma pparteċipax f 'din il-votazzjoni u dan meta ftit jiem qabel f 'Bormla, il-Mexxej Laburista Joseph Muscat kien iddikjara li tkellem mal-MEPs Laburisti biex jivvutaw favur Simon Busuttil, għaliex għalih fejn ikun hemm nomini ta' Maltin għandu jkun hemm l-għaqda tas-sitt Ewroparlamentari. Bil- vot tiegħu, Alfred Sant mar kontra din id-dikjarazzjoni u l-istruzzjonijiet mogħtija lill- MEPs mill-Mexxej Laburista. Mistoqsi mill-ILLUM dwar id-deċiżjoni tiegħu, Alfred Sant qal li n-nuqqas ta' parteċipazzjoni fil-votazzjoni hija spjegazzjoni minnha nnifisha. Dan ifisser li Alfred Sant kien kontra li Simon Busuttil jiġi maħtur fil- kumitat li se jagħmel skrutinju tan-nomini tal-imħallfin fil- Qorti Ewropea. Mal-ILLUM, il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef qal li l-Partit Laburista kien konsistenti u żamm l-interessi nazzjonali l-ewwel u qabel kollox. Micallef qal li kwistjonijiet oħra pprova joħloqhom Simon Busuttil għax f 'aħbar pożittiva dwaru kien kapaċi jkun negattiv. Daniel Micallef kien qed jagħmel referenza għall-aħħar diskors ta' Simon Busuttil bħala Kap tal-partit fil-Konvenzjoni Ġenerali, meta saħaq li Joseph Muscat huwa politiku popolist għaliex għaċ-ċapċip tan-nies qal li l-MEPs Laburisti se jivvutaw favurih u minflok Alfred Sant ma pparteċipax. Simon Busuttil kien approvat għal din in-nomina mill- Parlament Ewropew b'556 vot favur u 82 vot kontra. Dan ifisser li 82% ta' dawk li xeħtu l-vot kienu favur din in-nomina. Fil-passat, il-Partit Nazzjonalista kien kontra n-nomini ta' Toni Abela u Leo Brincat f 'entitajiet Ewropej, liema nomini tressqu mill- Gvern Laburista. jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Dr Alfred Sant fil-Parlament Ewropew

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017