Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Naxxar L ....................... 1 Lija A. .......................... 1 FILKONFRONT bejn Naxxar Lions u Lija Athletic, irrenja bilanċ assolut hekk kif dan il- konfront intemm fi draw ta'1-1. Kienu Lija Athletic li ħolqu l-ewwel periklu fit-12-il minuta meta minn pass ta' Bello Osagie, Erjon Beu kellu xutt tajjeb salvat minn Nicht fit-12-il minuta. Lija Athletic irnexxielhom jiftħu l-iskor fl-34 minuta meta Leejoe Schembri wara li rċieva minn pass tajjeb ta' Abubakar Bello-Osagie, ikkonkluda ġirja tajba fuq ill- lemin billi dar ma' difensur avversarju u għeleb lill- goalkeeper ta' Naxxar Lions, Christoph Nicht, permezz ta' xutt angulat. Fit-52 minuta, freekick ta' Bustos mil-lemin għadda ftit barra. Naxxar Lions ġabu l-iskor indaqs fil-61 minuta grazzi għal xutt b'saħħtu ta' Daniel Mateo Bustos li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Luke Bonnici. Fis-77 minuta, Naxxar Lions kienu sfortunati li ma marrux fil- vantaġġ meta xutt mix-xellug ta' Fenwick laqat sieq il-lasta b' Predrag Babic jikklerja l-ballun 'il bogħod minn kull periklu. Sitt minuti minn tmiem id-90 minuta, Naxxar Lions spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il- plejer El Hadji Oussenyou Ndoye wara li rċieva t-tieni karta safra, wara fawl li wettaq f 'nofs il-grawnd. Fit-88 minuta, Naxxar Lions, reġgħu resqu viċin li jirbħu l-partita permezz ta' daqqa ta' ras ta' Fenwick li spiċċat ftit għoli. Naxxar L. Nicht, Fenwick, Grech, Micallef, Bonnici, Nagaoka (Falzon 66'), Bustos, Buhagiar (Fenech 46'), Ndoye, Cascaval, Mendy Lija A. Bonnici, Babic, Muscat, Scerri, Beu, Schembri (Cassar 82'), Borg, Bello-Osagie, Clinch, Sidibe, Leeflang (De Souza Dias 78') Referi Trustin Farrugia Cann DANIEL MATEO BUSTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja l-gowl li ġab id-draw għal Naxxar Lions fil-61 minuta. Ingħaqad ma' Naxxar Lions matul dan is-sajf. Bilanċ assolut bejn Naxxar Lions u Lija Athletic Ritratt: Dominic Borg Azzjoni mill-konfront bejn Lija Athletic u Naxxar Lions

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017