Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 Sports 28 Minn Cristian Antony Muscat MANCHESTER City komplew jimpressjonaw u umiljaw lil Watford meta barra minn darhom għelbuhom bl-iskor kbir ta' 6-0, bil-gowls għalihom jaslu minn Nicholas Otamendi, Gabriel Jesus, penalty ta' Raheem Sterling, u hat- trick personali tas-solitu Sergio Aguero. Liverpool komplew jiddiżappuntaw meta ġewwa darhom f 'Anfield sfaw miżmuma minn Burnley fi draw ta' 1-1 bil-gowl għar-Reds jasal minn Mohamed Salah man-nofsiegħa logħob, waqt li kien Scott Arfield li fetaħ l-iskor għal Burnley tliet minuti biss qabel. Bl-istess skor intemmet il-partita bejn Huddersfield Town u Leicester City b'Laurent Depoitre jiftaħ l-iskor għal Huddersfield Town fis-46 minuta, waqt li Jamie Vardy ġab l-iskor indaqs għall-Foxes minn penalty fil-50 minuta. Newcastle United ġewwa darhom f 'St James Park kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Stoke City bl-iskor ta' 2-1 bl-awturi taż-żewġ goals tagħhom ikunu Christian Atsu u Jamaal Lascelles waqt li Xherdan Shaqiri kien ġab id-draw momentarju għal Stoke City fis-57 minuta. Southampton barra minn darhom għelbu lil Crystal Palace bl-iskor minimu ta'1-0 bil-gowl uniku għalihom jasal minn Steven Davis wara biss sitt minuti. WBA u West Ham United temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. Intant, fil-Kampjonat Serie A fl- Italja, Inter, komplew jikkonvinċu meta barra minn darhom għelbu lil Crotone bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu mijnn Milan Skrinjar u Ivan Perisic fit-82 u fid- minuta rispettivament. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 16 ta' Settembru Crystal Palace vs Southampton 0-1 Huddersfield T. vs Leicester City 1-1 Liverpool vs Burnley 1-1 Newcastle United vs Stoke City 2-1 Watford vs Manchester City 0-6 WBA vs West Ham United 0-0 FIXTURES Il-Ħadd 17 ta' Settembru 14:30 Chelsea vs Arsenal 17:00 Manchester U. vs Everton Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 16 ta' Settembru Crotone vs Inter 0-2 Il-Ħadd 17 ta' Settembru 12:30 Sassuolo vs Juventus 15:00 AC Milan vs Udinese 15:00 SPAL 2013 vs Cagliari 15:00 Napoli vs Benevento 15:00 Torino vs Sampdoria 18:00 ChievoVerona vs Atalanta 20:45 Genoa vs Lazio Manchester City jkomplu jimpressjonaw u jumiljaw lil Watford IS-SEWWIEQ żagħżugħ ta' Red Bull, Max Verstappen, kien ftit passi bogħod milli jsir l-iżgħar sewwieq li qatt rebaħ pole position, iżda x-xewqa tiegħu ġiet miksura mis-sewwieq Ġermaniż ta' Ferrari Sebastian Vettel li b'koinċidena, huwa s-sewwieq li għandu r-record tal-iżgħar sewwieq li rebaħ pole position fl-istorja, u li għadda lis-sewwieq Olandiż bi ftit inqas minn sekonda. Fit-tielet post se jkun qed jibda sieħeb Max Verstappen fuq Red Bull Daniel Ricciardo waqt li Kimi Raikkonen u speċjalment Lewis Hamilton iddiżappuntaw hekk kif se jkunu qed jibdew biss mir-raba' u mill- ħames post rispettivament. Valtteri Bottas fuq Mercedes, Nico Hulkenberg fuq Renault u Fernando Alonso fuq McLaren se jkunu qed jibdew mis-sitt, is-seba' u t-tmien post rispettivament. Sebastian Vettel jifraħ wara li rebaħ il-pole tal-GP ta' Singapore Vettel jikser ix-xewqa ta' Verstappen u jirbaħ il-pole ta' Singapore

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017