Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 Sports 32 Il-mibki iżda qatt minsi, Alex Vella. Summer Camp organizzat minn Mqabba FC Youth Nursery FIL-ĠIMGĦAT li għaddew, ġie fi tmiemu s-Summer Camp 2017 organizzat minn Mqabba FC Youth Nursery. Kienu 12-il sessjoni konsekuttivi ta' taħriġ b'differenza għat-tfal subien u bniet bejn l-4 u t-12-il sena mifruxa fuq seba' ġimgħat. Din is-sena reġa' kellna numru sabiħ ta' tfal li għoġobhom iqattgħu parti mill-ħin tal-vaganzi tagħhom magħna. Dan in-numru jkompli jimla lin-Nursery bil- kuraġġ biex fil-futur jiġu organizzati Summer Camps oħrajn. Konxji mill-fatt li l-involviment fi sports differenti sa minn età żgħira jista' jħalli impatt pożittiv fuq l-iżvilupp fiżiku u atletiku tal-persuna, din is-sena tfassal programm similili ghal dak tas-sena ta' qabel. Fil-fatt minbarra s-soltu taħriġ tal-futbol ġie organizzat taħriġ f 'dixxiplini differenti li għal ħafna mit-tfal kienet l-ewwel esperjenza tagħhom. It-taħriġ tal- futbol kien wieħed intensiv fejn kellna anke taħriġ speċjalizzat. It-tfal kollha ngħataw attenzjoni individwali għaliex kull wieħed u waħda minnhom joffrulna sfida. Waħda mis-sessjonijiet b'differenza kien taħriġ tal-judo. Din is-sessjoni saret bil-kollaborazzjoni ta' Tignè Judo Club ġewwa l-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop. Ma nistax ma nirringrazzjax lil Sensei Joseph Muscat għall- għajnuna kbira tiegħu. Kellna wkoll sessjoni ta' Break Dance Hip Hop organizzat ġewwa s-sala ta' Mqabba FC. Grazzi kbira tmur lil Street Elements, b'mod partikulari lis- sur Liston Bongailas u s-sinjorina Charlene Grange tal-impenn professjonali tagħhom waqt is-sessjoni. Kellna wkoll taħriġ fir-rugby li kulma jmur qed jikber fil-popolarità f 'pajjiżna. Attivitajiet oħrajn b'differenza kienu l-fun games kif ukoll il-human table soccer ġewwa l-5-a- side pitch ta' Mqabba FC. Ma setax jonqos ukoll li għal darb'oħra mmorru nipprattikaw il-beach soccer fuq ir-ramel ta' Pretty Bay f 'Birżebbuġa. Is-Summer Camp ta' din is-sena ġie fi tmiemu b'diversi water games li kull sena jkunu mistennija mit-tfal. Dan il-programm vast niżel tajjeb mat-tfal u l-ġenituri tagħhom tant li kellna ħafna kummenti pożittivi. Dan kollu jimla lil Mqabba FC Youth Nursery bl-enerġija li tkompli għaddejja bil- ħidma tagħha għall-ġid tat-tfal u tgħinhom isiru individwi aħjar. Mqabba FC Youth Nursery temmen fit-tfal kollha li jattendu magħha u ma tħalli lil ħadd barra. Għan-Nursery tagħna, it-tfal mhumiex sempliciment numru u fil- fatt tikkonċentra l-isforzi tagħna fuq kull wieħed u waħda minnhom. L-akbar sodisfazzjon tagħna jkun meta naraw li l-ambjent sportiv u ta' familja offrut minn Mqabba FC Youth Nursery qed iħalli impatt pożittiv fuq il-persuni li jiffrekwentawha, jiġifieri t-tfal, ġenituri, kowċis u amministraturi. Fl-aħħar nett ringrazzjament partikolari jmur lill-kowċ Elvin Sciberras għall- koordinazzjoni kif ukoll lill-kowċ Kurt Polidano li kien inkarigat mit- taħriġ fil-kategorija taż- żgħar. Ringarazzjament ukoll lill-kowċ Patrick Tanti u l-Headcoach il- gdid Michael Degiorgio kif ukoll ringrazzjament specjali lil Benoit Azzopardi, Ian Farrugia, Clayton Sciberras u Leon Delia għall-għajnuna tagħhom waqt it-taħriġ. Għal aktar tagħrif, ritratti u filmati wieħed jista' jidħol fil-paġna uffiċjali ta' Mqabba FC Youth Nursery fuq Facebook, www.facebook. com/mqabbafcyn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017