Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 | illum Sports 35 dejjem ħa tidher 'competition ready' u tapprezza ġismek dejjem. Il-kompetizzjonijiet tagħkom kif jintrebħu? Naf li jkun hemm ġurija li tiġġudika r-rebħ ta' dawn il- kompetizzjonijiet. Fuq xiex tgħaddi l-ġudizzji tagħha? Il-ġurija tikkunsidra l-kriterja tal- kategorija partikolari u tara li l-atleta għandha struttura tajba b'simetrija u proporzjon, iġġib ruħha b'mod eleganti u femminili fuq il-palk u turi kunfidenza fl-ippużar. Naf ukoll li qabel il-kompetizzjonijiet ma tieklu u tixorbu kważi xejn fejn kważi tiġu 'dehydrated'. Huwa minnu dan? Nieklu dejjem - qatt ma tieqaf tiekol, tnaqqas ħafna iva lejn l-aħħar imma qatt ma nkunu mingħajr ikel. U bħala dehydration ftit sigħat biss ikun hemm u għan-nisa mhix daqshekk essenzjali lanqas. Hemm biżżejjed konkorrenza minn persuni żgħażagħ għal dan l-isport? Illum il-ġurnata għamilna avvanzi kbar. Fil-fatt, lokalment qed ikollna 'l fuq minn 100 atleta li jieħdu sehem fiż-żewġ kompetizzjonijiet annwali: il- Kampjonati Nazzjonali u 'The Battle'. Xorta waħda nemmen li għandna fejn inżidu l-konkorrenza. Kif tqabbel ir-riżorsi li fihom titħarrġu f 'Malta meta mqabbla ma' dawk li nsibu barra minn Malta? Illum il-ġurnata għandna gyms mgħammrin b'mod tajjeb ħafna. Li nemmen li jonqosna huwa iktar għajnuna mill-Gvern sabiex iktar atleti jistgħu jipprattikaw l-isport b'iktar professjonalità. Il-media f 'pajjiżna ttikom bizzejjed exposure u pubbliċità? Sfortunatament mhux daqshekk meta mqabblin ma' sports oħrajn. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala 'bodybuilder' li tieħu sehem fil- kategorija tal- 'Bikini Fitness'? Jien nixtieq dejjem navvanza u nitla' barra min Malta nirrapreżenta lil pajjiżna u nagħmel isem tajjeb għalina f 'dan l-isport bħala mara fil-bikini fitness. Għaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ speċjalment tfajliet li qegħdin jaħsbuha biex jibdew jipprattikaw il-'bodybuilding', fosthom il-kategorija li int tieħu sehem fiha - dik tal-'Bikini Fitness'. Taqtgħux qalbkom għax dan huwa sport sabiħ ħafna. Sibu kowċ tajjeb, tħarrġu sew u b'dedikazzjoni u żommu dieta tajba jekk tibdew taraw riżultati effettivi li jagħti dan l-isport. Ġaladarba titla' fuq il-palk u tħoss dik l-emozzjoni, fl-opinjoni tiegħi m'hawnx isbaħ minnha. Huwa sport li jtik sodisfazzjon kbir u li jibdlek kemm minn barra kif ukoll minn ġewwa! mhux għall-irġiel biss Hija bodybuilder ewlenija f 'Malta li tispeċjalizza l-kompetizzjoni tal-Bikini Fitness Hija xhieda ċara li tabilħaqq il- bodybuilding m'għandux jitqies bħala sport tal-irġiel biss Innutat bidla drastika f 'ħajjitha minn meta bdiet tipprattika l-bodybuilding Angie Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017