Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 Aħbarijiet Mozzjoni tal-PD għall-ħarsien tad- drittijiet tat-trabi mhux imwielda Jesmar Baldacchino IDDEPUTAT Parlamentari tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia ressaq mozzjoni biex jinħatar kumitat tad-drittijiet tal-ħajja u dinjità tal-bniedem. Il-Partit Demokratiku fi stqarrija saħaq li l-Parlament huwa l-post ideali biex id-drittijiet tat-tfal mhux imwielda jiġu diskussi mal-awtoritajiet, is-soċjetà u l-akkademiċi. Permezz tal-mozzjoni Farrugia qiegħed jipproponi kumitat, magħmul mill-Ispeaker u tliet membri tal-Gvern u l-Oppożizzjoni, li jistħarreġ l-liġijiet u jitħadded mal-partijiet kollha għad-drittijiet tat-trabi mhux imwielda mill- konċipiment sat-twelid. Qabel il-waqfien għas-sajf tal-Parlament, Godfrey Farrugia kien kiteb lill-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fejn kien talab il-ħolqien ta' kumitat bħal dan. Il-Partit Demokratiku qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien aċċetta din il-proposta iżda mhux l-istess il- Prim Ministru. L-istqarrija tal-PD tenfasizza li l-partit huwa tal- opinjoni li d-dinjità ta' kull bniedem mhix biss dritt fundamentali imma hija l-bażi reali tad-drittijiet fundamentali. Tinħatar it-taskforce li se tagħti l-pariri dwar l-istrateġija nazzjonali tal-blockchain ILGVERN waqqaf Taskforce li se tagħti l-pariri dwar l-istrateġija Nazzjonali tal- Blockchain. It-Taskforce se tkun responsabbli biex tanalizza l-proposti filwaqt li se tressaq ir- rakkomandazzjonijiet tagħha biex il-Gvern ikollu idea ċara ta' kif għandha tkun implimentata l-istrateġija Nazzjonali tal-Blockchain bil-għan li l-opportunitajiet li f 'dan il-qasam jibdew jimmaterjalizzaw. It-Taskforce għall-Blockchain se tkun immexxija minn Vincent Muscat, Segretarju Permanenti fi ħdan is- Segretarjat li se jkun assistit minn Steve Tendon (espert tal-Blockchain), Dr Ian Gauci (espert Legali) , Joseph Cuschieri (Chairman tal- MGA), Loui Mercieca (Espert tal-Blockchain), Wayne Grixti (Inġinier fi ħdan il-MITA ), Carlo Stivala (Espert Finanzjarju) and Mario Borg (Ekonomista). Fi stqarrija mis-Segretarjar Parlament responsabbli mis- Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kien spjegat li f 'dawn l-aħħar xhur is-Segretarjat Parlamentari ltaqa' m'għadd ta' msieħba interessati fit- teknoloġija blockchain. Filfatt, wara li f 'April ta' din is-sena l-Kabinet approva l-Istrateġija Nazzjonali għall- Blockchain, min-naħa tas- Segretarjat bdiet ħidma sabiex jinbeda l-proċess għal sejħa ta' proposti minn seba' kumpaniji kkunsidrati bħala fost l-akbar fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Minbarra li se tkun qed tesplora l-opportunitajiet li toffri t-teknoloġija Blockchain, partikolarment fejn għandu x'jaqsam effiċjenza fis-settur pubbliku, il-Gvern qed iħares biex 'il quddiem li jitwaqqaf regolatur li jirregola t-teknoloġija blockchain u dan abbażi ta' qafas legali. Dan jgħin biex tinħoloq ekosistema ideali għal dawk interessati li jinvestu fit-teknoloġija Blockchain. Filfatt huma bosta l-investituri lokali u internazzjonali li huma interessati li jinvestu u għaldaqstant il-Gvern huwa lest li jkompli jisma' l-ideat innovattivi li se jwasslu biex it- teknoloġija blockchain tkun ta' kontribut qawwi u li tixpruna l-ekonomija diġitali ta' pajjiżna. Il-Gvern innota l-interess tal-Kummissjoni Ewropea biex twaqqaf Forum ta' Osservatorju ta' Blockchain fejn ikunu jistgħu jiġu ġġenerati opinjonijiet dwar il-potenzjal ta' din it-teknoloġija filwaqt li ssir konsultazzjoni għal qbil ta' standard għal din it-teknoloġija. Il-Gvern qed jilqa' dan l-interess mill- Kummissjoni Ewropea fl- ambitu tiegħu li jfassal politika dwar l-użu tal-blockchain li tkompli ssaħħaħ l-innovazzjoni u l-kunfidenza f 'din it- teknoloġija. Jitħabbar it-tieni kandidat għat-tmexxija tal-Partit Demokratiku TIMOTHY Alden se jkun it-tieni kandidat li jitfa' ismu għat-tmexxija tal- Partit Demokratiku wara Anthony Buttigieg. Alden, li kien kandidat f 'isem il-Partit Demokratiku fl-aħħar elezzjoni ġenerali qed jisħaq li l-għan prinċipali tiegħu huwa li jkompli jinbena l-momentum li nqabad diġà favur it-tielet forza politika fil-Parlament Malti. "Jekk inħallu l-mentalità tal-politika tal-futbol warajna, jista' jkollna l-bidla li neħtieġu li hija pożittiva, mhux sempliċiment bidla biex ngħidu li bdilna. Il- viżjoni tiegħi għall-Partit Demokratiku," ikompli jisħaq Alden, "huwa li dan il- partit iservi ta' pont." Huwa jinsisti għall-politika fejn is-suċċess huwa kkalkulat b'kwalità ta' ħajja aħjar, u permezz tar-rispett. "Insew kliem ta' politika negattiva jew pożittiva. Li ma tkunx negattiv huwa biss mod ta' kif il-Gvern jistaqsik biex ma tikkritikahx. Ejja nitkellmu minflok, fuq il-politika ġusta," isostni l-kandidat għat-tmexxija tal-PD. Fl-ewwel kummenti tiegħu dwar ir-raġuni għalfejn hu se jkun qed jitfa' n-nomina għat-tmexxija tal-PD, Alden jisħaq dwar l-importanza tar-rispett u rikonoxximent ukoll lejn dawk il-Maltin li jikkomunikaw bil- lingwa Ingliża u l-bżonn li l-immigranti jiġu integrati aħjar fis-soċjetà Maltija. "Ejja nkissru l-illużjoni li hemm biss żewġ modi ta' kif isiru l-affarijiet, li hemm biss żewġ timijiet. Fil-fatt, suppost ikun hemm tim wieħed biss, tim Malta," itemm jgħid Alden.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017