Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 MATUL l-aħħar erba' snin, din il- gazzetta kitbet numru mhux żgħir ta' analiżi li trattaw il-persuna politika ta' Simon Busuttil, Kap tal-Partit Nazzjonalista sal-bieraħ u Kap tal-istess partit għal erba' snin skorruti. Din hija l-aħħar darba li l-gazzetta ILLUM se tkun qed tħares lejn il- figura ta' Simon Busuttil bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista f 'analiżi konklussiva tal-ħidma tiegħu fl- ogħla kariga tal-istess partit. Liema kienu l-aqwa mumenti ta' Busuttil f 'dawn l-aħħar erba' snin? X'kienu dawk id-deċiżjonijiet li saħħewh u liema kienu dawk id-deċiżjonijiet li dgħajfuh? Il- karatteristiċi tiegħu fit-tmun tal- PN li se jiddeterminaw fl-annali tal-istorja l-ġudizzju dwaru u l-intenzjonijiet li se jagħmluh Kap tal-PN li dwaru għad irid isiru diskussjonijiet u dibattiti twal. Il-Korruzzjoni: L-akbar kruċjata ta' Busuttil Il-politiku jeħtieġ jagħraf x'inhuma l-għodda li bihom jista' jaħdem u li permezz tagħhom jista' jirbaħ elezzjoni. Il-korruzzjoni, bħala għodda politika biex tiġġieled lill-avversarju, ma ntagħżlitx minn Busuttil imma waqgħet fuq ħoġru grazzi għal żewġ kwistjonijiet partikolari: il-każ tal-esproprijazzjoni ta' Triq Zekka mingħand Gaffarena u l-każ tal- kontijiet fil-Panama tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff tal-PM Keith Schembri. Fiż-żewġ każijiet, Simon Busuttil b'suċċess kbir, wassal biex tpinġiet stampa ta' Gvern korrott ('L-aktar Gvern korrott fl-istorja') u biex tkun mobilizzata sezzjoni kbira tal-popolazzjoni kontra Gvern Laburista. Minkejja r-riżultat elettorali, il- kampanja bla waqfien tal-PN fuq medda ta' sentejn fuq dawn il-każi ħalliet il-frott tagħha, anke jekk mhux frott numeriku. L-ewwel, Busuttil irnexxielu jkisser l-immaġini politikament immakulata ta' Joseph Muscat. Sa qabel ma feġġew dawn il-każi, ftit jekk xejn kien hemm skuntentizza bl-operat tal- Gvern u ftit jew xejn kien hemm dubji fuq il-persuna politika ta' Muscat. Qabel Busuttil fetħilha fuq dawn il-każijiet, Muscat kien l-għażla awtomatika ta' eluf kbar ta' votanti. Wara li Busuttil u l-PN immobilizza b'suċċess lil eluf fuq din il-kwistjoni, Muscat tkissirlu l-qoxra u l-ġebel li kien qed jintefa' fid-direzzjoni tiegħu issa beda jolqtu. Din ma kinitx rebħa numerika, imma rebħa morali li r-riżultat tagħha qiegħed idur xi mkien taħt il-kurrenti tas-suċċess elettorali qawwi li kiseb il-Partit Laburista f 'Ġunju. It-tieni, Simon Busuttil uża l-kwistjonijiet ta' Gaffarena, imma b'mod speċjali tal-Panama biex jerġa' jirrijinforza għeruq mill-aktar demotivati wara t-telfa li sofra l-PN fl-2013. Huwa ta kawża, raġuni għall-eżistenza għal dawk l-eluf ta' Nazzjonalisti li kemm fl-2009, notevolment fl-2013 u anke fl-2014 sofrew telfiet b'distakki ta' madwar 36,000 vot. L-għajta kienet li l-PN għandu snin twal ħafna fl-oppożizzjoni u li ma kellu ebda ċans jirbaħ elezzjoni fl-2018 (meta kienet skedata l-elezzjoni). Busuttil għaraf dan is-sentiment, u b'suċċess dawru f 'wieħed ta' tama. Lejn nofs il- leġiżlatura, ħafna bdew jemmnu li l-PN jista' jirbaħ. Ma rebaħx, vera. Imma jekk se tipprova twassal vapur fil-port ma jistax ikollok ekwipaġġ li f 'nofs oċean diġà qata' qalbu. Kieku Busuttil daqq l-irtirata u ma beniex forza li tidentifika lilha nnifisha miegħu u mal-kawża tiegħu, il-PN kien jitlef b'marġini ikbar minn 36,000 u kien ikun f 'periklu serju li jiżżarma għal kollox. Egrant: Riskju li sploda f 'wiċċu Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, kellha żewġ nasbiet li fixklu mhux għenu lil Busuttil u l-kampanja tiegħu. L-ewwel, u probabbilment l-aktar li għamlet Arrivederci Simon Busuttil... l-aħħar 'Busuttil kien Kap fl-agħar perjodu għall-PN, kważi kważi mill-eżistenza tiegħu. Il-ħeġġa għall-PN kienet minima fost l-elettorat u l-aptit għal Gvern Nazzjonalista kien minimu wkoll' agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'L-għajta kienet li l-PN għandu snin twal ħafna fl-oppożizzjoni u li ma kellu ebda ċans jirbaħ l-elezzjoni fl-2018. Busuttil għaraf dan is-sentiment, u b'suċċess dawru f 'wieħed ta' tama'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017