Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Ommi ma Ommi smajt li David Casa beda jqatta' xagħru (jekk għandu). Hekk kif sema' kif labgħuh tal-istamperija. Mela tajjeb l-ewwel taw l-impressjoni li ser joħroġ Pierre Portelli u mbagħad fl-aħħar minuta infurmaw lil kulħadd li Pierre Portelli kien ser ikun kap tal- media u Clyde Puli tal-ġwież kien ser ikun segretarju ġenerali tal-PN. Lil Casa ngħidulu żomm sod, għax aħna warajk anke wara l-2019 meta aktarx ma terġax titla' fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Il-Bundy tagħna lkoll La darba qegħdin fuq dan is-suġġett nitkellmu fuq John Bundy ta' tagħna lkoll. Li wonder of wonders ta intervista lil Rachel Attard il-ġurnalista brillanti u indipendenti tal-gazzetti għalkollox mhux independent; The Independent. Jien lil John ngħidlu mhux aħjar toqgħod ftit kwiet. Għax jiena smajt li hemm kanuni akbar lesti għalik. Ma nafx tafx. Imma trid tifhem li fid-dinja trid tilgħab il-poker tajjeb u forsi trid tifhem li xi kultant għadma trid tkun taf kif tikolha. Jien ta' ħabib nissuġġerixxi li Bundy jagħmel dak li huwa tajjeb għalih – jintefa wara mikrofonu u jdoqq il-kanzunetta 'Pajjiż tal-Mickey Mouse.' Xi tgħid Mickey? Ir-Robert tagħna Vera niggustah lil Robert Abela sabiħ hux? Ma, kemm ikun sabiħ jittrenja fil-gym ma' dawk in-nisa kollha. Qed jgħiduli biex nistaqsih jekk għandux xi retainer ma' Transport Malta, jew l-MEP jew l-EneMed? Tafu li ma ridux ituni risposta. Isma' ma hemmx problema jekk ma jirrispondux, wara kollox dan gvern tagħna u nagħmlu li rridu. Charlon tal-każin U issa tiġrux għax id-dinja qed tinbidel. Pereżempju Charlon Gouder tat-trumbun li llum huwa avukat qed jiġi nnominat għall- każin Malti. Propost minn Joseph Gatt u David Camilleri. Iva hija dak għalija new labour, li titħallat mal-posh tal-każin. Olè! Il-Pierinu jfittex salarju Isma' jiena smajt waħda tajba tafux. Għasfur qalli li Pierinu Portelli kien qiegħed fuq salarju redikolu mal- Istandards. Salarju tal-ostra għal xi ħadd li qatt ma kiteb xejn. Issa jekk kien qed jaqla' ftit jew ħafna mhux daqstant importanti għax irnexxielu jagħmel dak li kellu jagħmel. Jiġifieri li jġib il-gazzetta Independent organu tal-Partit Nazzjonalista fixxa u mhux hekk biss li jgħin fl-istorja vvintata tal-Egrant. Issa oħra stennew li bħala head of media ser ibiddel in-Net f 'stazzjon mill-aqwa… In the meantime, Pierinu qed jiġri għand il-big boys biex jikseb salarju għalih! Il-familja ta' Karin Grech bi protest ġudizzjarju wara li allegatament intilfet xi evidenza ILFAMILJA ta' Karin Grech, li kienet inqatlet b'ittra bomba fl-1977, formalment qed iżommu lill-Avukat Ġenerali, il-Kummissarju tal-Pulizija u lid-Direttur Ġenerali tal- Qorti responsabbli għall- għajbien ta' evidenza. Fi protest ġudizzjarju, Dr Edwin Grech, martu u ibnu rrimarkaw kif l-inkjesta dwar il-qtil ta' Karin Grech għada għaddejja minkejja li għaddew 40 sena. Il-familja Grech qed isostnu li l-konvenuti huma responsabbli għan-nuqqas ta' progress fl-investigazzjoni u issa sar magħruf li biċċiet mill-envelop, li fih kien hemm l-isplussiv, intilfu mill-Qorti. Sostnew li dawn il-biċċiet setgħu tefgħu dawl ġdid fuq il-każ speċjalment bil- metodi forensiċi ġodda li ġew żviluppati f 'dan is-snin. Il-każ imur lura għall-1977, meta Dr Edwin Grech kien laqa' t-talba li jiġi lura Malta mir-Renju Unit waqt l-istrajk tat-tobba. Tliet xhur wara fit-28 ta' Diċembru tal-1977, ittra bomba li kienet magħmula minn envelop kannella li fih kien hemm pakkett, waslet fir-residenza tal-familja Grech. Kienet Karin Grech, li kellha 15-il sena, li fetħet il-pakkett u mietet bl-isplużjoni aktar tard fl-istess jum. Il-protest ġudizzjarju jsostni li minkejja l-indikazzjonijiet, assistenza u l-koperazzjoni tal-familja Grech ma kienx hemm progress u dawk responsabbli minn dan l-att barbaru baqgħu qatt ma nstabu. Miċħuda talba biex l-istadium nazzjonali jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabbilità ILQORTI ma aċċettatx it-talba tal-Kummissjoni Nazzonali Persuni b'Diżabbilità (KNPD) biex l-istess Qorti tordna lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA) tagħmel xogħlijiet fl-istadium nazzjonali f ' Ta' Qali sabiex dan ikun aktar aċċessibbli għall-persuni li jagħmlu użu mis-siġġu bir-roti. Erba' snin ilu l-KNPD kienet fetħet il-każ quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-MFA minħabba li n-naħa magħrufa bħala l-'enclosure' mhix aċċessibbli għall-persuni b'siġġu bir- roti. Il-KNPD ried li l-Qorti tiddikjara li l-MFA kienet qed tiddiskrimina kontra persuni b'diżabbilità u li tordna li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa biex ikun hemm aktar aċċessibbilità. L-MFA nsistiet li l-persuni b'siġġu bir-roti jistgħu jidħlu fl-istejdjum nazzjonali min- naħa tal-Millenium Stand u li għalhekk din it-talba mhix raġjonevoli. Perit ipprepara rapport bix- xogħlijiet li huma ta' hemm bżonn u dawk jammonta għal madwar €250,000. L-Imħallef Anna Felice li żaret l-istadium u eżaminat l-evidenza, qalet li wara li beda dan il-każ, ma jistgħux jiġu injorati miżuri li ttieħdu mill-MFA biex persuni b'diżabbilità jkollhom aċċess aħjar fin-naħa tal-'enclosure' u li hija l-parti tal-bar li mhix aċċessibbli f 'din iż-żona. Intqal li għalkemm l-esperti tal-Qorti kkonkludew li din il-parti mhix daqstant aċċessibbli, ma jfissirx lanqas li l-MFA qed tiddiskrimina kontra l-persuni b'diżabbilità. Intqal ukoll li hemm problemi loġistiċi u fit- twaqqigħ u l-bini mill-ġdid ta' din iż-żona tal-istadium peress li x-xogħlijiet iridu jsiru fix-xhur tas-sajf. Il-Qorti kkonkludiet li t-talba li jsiru xogħlijiet fl-istadium ma kinitx raġonevoli u rrimarkat li mhux kull inkonvenjenza hija diskriminazzjoni.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017