Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 | illum Intervista 13 reputazzjoni globali għas-servizzi finanzjarji' Dan biex inkunu nistgħu nilqgħu għal dawn ir-riskji. Waqt li qed inkunu prudenti, ma rridux li nitilfu opportunitajiet li jista' jkun hemm ta' innovazzjoni u żvilupp. Bħalissa qed naħdmu biex fil-bidu tas-sena d-dieħla nippubblikaw pożizzjoni formali fuq cryptocurrencies biex l-industrija tkun taf eżattament kif l-MGA ser tkun qed tissorvelja l-cryptocurrency. Għal dan il-għan, l-awtorità Maltija għal- logħob ser tkun qed taddotta dak li jissejjaħ sandboxed approach. L-idea hi li cryptocurrency, bħala forma ta' pagament tkun introdotta f 'qafas ikkontrollat għal perjodu ta' żmien biex ikun hemm żmien li fih tkun tista' ssir analiżi tal-kontrolli u l-liġi proposta biex imbagħad jiġi rfinat il-mod ta' kif ser ikun irregolat. B'dan il-mod ikun hemm aktar flessibilità biex jiġu mmaniġġjati r-riskji fost oħrajn. Huwa importanti li innovazzjonijiet bħal dawn joperaw f 'qafas regolat. Hemm riskji li jridu jiġu indirizzati biex nassi-guraw li dawn l-iżviluppi ma jippreġudikawx il- protezzjoni ta' min jilgħab, l-importanza tal-prevenzjoni ta' atti kriminali skont ir-raba' direttiva ta' kontra l-ħasil ta' flus, kif ukoll biex nissalvagwardjaw ir-reputazzjoni tal-ġurisdizzjoni Maltija. L-awtorità bħalissa qed taħdem biex tidentifika l-aħjar mizuri biex tiġi salvagwardjata l-industrija minn riskji simili iżda mingħajr ma toħnoq l-innovazzjoni jew użu leġittimu tal- cryptocurrencies. Dwar din nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex inħabbar li se jkun hemm proċess ta' kon-sultazzjoni li se jkun pilotat mill-MFSA sabiex inkomplu nespolaraw possi-bilitajiet f 'dan is-settur. X'se tkun il-ħidma tal-Awtorità tal- Gaming biex tara li jitwettaq il-proċess ta' żvilupp tas-settur tal-gaming? L-Awtorità taħdem il-ħin kollu biex dan is-settur ikompli jiżviluppa. Fl- aħħar snin saru numru ta' riformi fi ħdan l-awtorità biex ittejjeb u ssaħħaħ is-sistemi amministrattivi tagħha, il- kontrolli eżistenti u l-proċessi tagħha, sabiex tkompli tissaħħaħ dejjem aktar bħala regolatur. Dan jinkludi wkoll in- vestiment fir-riżorsi umana, f 'teknoloġiji sofistikati u f 'business intelligence tools biex iżżid il-kapaċitajiet tagħha ta' moniteraġġ u compliance. L-awtorità hija ffukata wkoll u qed taħdem biex iżżid il-protezzjoni tal-plejers u biex issaħħaħ l-integrità tal-logħob u tal- ġurisdizzjoni. Għal dawn l-aħħar xhur, l-Awtorità kienet qed taħdem fuq il-liġi l-ġdida li, kif ingħad aktar kmieni f 'din l-intervista, ser tkun qed issaħħaħ ir- rwol tar-regolatur, tnaqqas il-burokraziji, taddotta mod ta' kif taħdem li jkun 'risk based' u li tinkorpora l-liġijiet kollha relatati mal-gaming taħt liġi waħda. Din il-ħidma ser twassal biex l-awtorità tkun lesta għall-isfidi tal-futur. Ħidma oħra li qed tħalli impatt dirett fuq l-MGA hija t-traspożizzjoni fil-liġi tar-raba' direttiva kontra l-ħasil tal-flus. L-Awtorità qed taħdem mal-awtoritajiet rispettivi biex tassigura li jkun hemm implimentazzjoni konsistenti u proporzjonata tal-proviżjonijiet ta' din id-direttiva fil-liġi Maltija. L-awtorità qed taħdem ukoll fuq l-iniżjattiva li permezz tagħha ser ikun qed jitwaqqaf l-istitut Ewropew tal-Gaming f 'Malta fejn flimkien mal-MCAST ser ikun imniedi proġett li permezz tiegħu, l-MCAST ser tkun qed tiżviluppa korsijiet relatati ma' din l-industrija f 'karrieri li fihom hemm nuqqas ta' ħiliet fis-sitwazzjoni preżenti. Dan huwa wieħed mill-proġetti li ser ikun qed iwassal għal tkabbir fl-ekonomija diġitali ta' pajjiżna. X'qed nistennew bl-introduzzjoni tal- Blockchain? Għall-benefiċċju tal-qarrejja li jisimgħu ħafna bil-kelma 'blockchain' – tajjeb li nispjegaw x'inhi din il-blockchain. It-teknoloġija ta' blockchain hija siste-ma ta' database, fejn tinżamm l-informazzjoni permezz ta' programmi apposta. Permezz ta' din it-teknoloġija jistgħu jkunu mħaffa proċessi bħal: l-esekuzzjoni, l-infurzar u l-verifika ta' kuntratti, isiru ħlasijiet bejn bankijiet differenti, verifika ta' invoices kummerċjali u anke jinżammu rekords ta' awditjar li jgħinu sabiex tiħrax il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Dan flimkien ma' ħafna aktar. Din it- teknoloġija li dwarha pajjiżna saħanisitra se jkun wieħed pijunier biex ikollu anke back-end information, jew analytics, in- formazzjoni li tagħti informazzjoni fuq min qed jagħmel użu mit-teknoloġija, se tkun qed tgħin ukoll sabiex ikunu intraċċati l-ħtiġijiet tal-klijenti, ikunu maqbuda anomaliji fit-tranżazzjonijiet finanzjarji u jkun hemm preparamenti għal dak li jkun qed jiġri fis-suq. Dan huwa dak li qed naħdmu għalih, pajjiż pijunier mhux fir-reġjun jew kontinent tagħna iżda fuq binarju globali. Il-Blockchain se tintuża f 'setturi oħra bħas-Saħħa, l-Edukazzjoni u l-Qorti? Malta diġà ffirmat Memorandum of Understanding fil-qasam tal- edukazzjoni sabiex permezz tat-teknoloġija blockchain biex jibdew jiġu notarizzati ċ-ċertifikati akkademiċi. Konna l-ewwel pajjiż fid-dinja li għamilna dan. Dan bħala parti mill-viżjoni tal-Gvern dwar din it-teknoloġija sabiex iżid l-effiċjenza u t-trasparenza f 'diversi oqsma u servizzi mogħtija mis-settur pubbliku. Meta l-kredenzjali edukattivi jiġu notarizzati fuq il-blockchain, l-utent ser jikseb il-proprjetà totali kif ukoll il-portabbilità tal-istess kredenzjali, fil-preżent u l-futur. Hemm interess globali fuq dan il-proġett hekk kif ukoll l-Unjoni Ewropea elenkat il-proġett f 'Malta f 'rapport li għandu joħroġ fi ftit ġimgħat oħra. Għalkemm hemm pajjiżi bħall-Olanda u l-Estonja li ħejjew ċentri ta' riċerka u partnerships mas-settur privat biex janalizzaw kif il-blockchain tista' twassal għal tibdil għall-benefiċċju tal-partijiet interessati fil-qasam tal-edukazzjoni, Malta hija l-ewwel pajjiż li ser tkun qed toħroġ certifikati notarizzati fuq il-blockchain kif ukoll b'mezz tradizzjonali tal-karta. L-ewwel ċertifikati għandhom jiġu maħruġa qabel l-aħħar tas-sena. Bħala pajjiż ovvjament se nkunu qed nesploraw aktar setturi fejn tista' tiġi użata din it- teknoloġija. Il-Gvern kif qed jirnexxilu jattira u jespandi setturi relatati bħalma huma l-Fintech? Il-viżjoni tagħna bħala pajjiż hija dik li nkunu Ċentru ta' Eċċelenza fil- qasam tal-Fintech. Iridu nagħmlu dan għax iridu li ntejjbu l-ħajja tan-nies billi nipprovdu l-aħjar servizzi, iridu li jkun hemm aktar opportunitajiet li jwasslu għal aktar impjiegi, iridu nżidu l-effiċjenza. Dan kollu qed isarraf f 'aktar fiduċja anke f 'din l-industrija. Minkejja dan l-interess iżda, il-Gvern se jkun qed iħabbar fil-qrib task force oħra għal dan il-qasam kif ukoll għal qasam tar-regtech biex ikunu attirati lejn Malta kumpaniji ta' din ix-xorta. Din hija Malta li qed tlesti għall-futur u għall- ġenerazzjonijiet li jmiss. David Stellini Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni Silvio Schembri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017