Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet SKONT informazzjoni pprovduta fiċ-ċensiment tal- 2011, f 'Malta hawn madwar 24,000 elf ruħ illitterati, jiġifieri 5% tal-Maltin m'għandhomx l-abbilità li jiktbu u jaqraw bil-Malti. F'dawl ta' dan kollu l-gazzetta ILLUM, tkellmet mad-direttur tal-Istitut Paulo Freire, Fr Edgar Busuttil, li hu flimkien mal-Istitut ilhom żmien jaħdmu sabiex jgħinu iktar nies joħorgu mill-problema tal-illiteriżmu. L-Istitut Paulo Freire taż- Żejtun twaqqaf mill-Ġiżwiti Maltin bl-għan li jippromwovu l-litteriżmu, l-iżvilupp tal- komunità, l-iżvilupp tat-talenti, filwaqt li jgħin biex tisaħħaħ il-kunfidenza ta' kull individwu, speċjalment dawk li huma vulnerabbli fis-soċjetà. L-istitut hu responsabbli għal diversi attivatijiet edukattivi, kemm formali kif ukoll informali li huma mmirati għat- tfal u għaż-żgħażagħ.Fosthom il-proġett tal-litteriżmu għat- tfal u ż-żgħażagħ u dak tal- litteriżmu emozzjonali għat-tfal. Mal-ILLUM, Busuttil sostna li sfortunatament, "hi inkwetanti, li f 'Malta għandna dawn in-nies kollha illitterati." Hu kompla jispjega kif din iċ-ċifra taf tkun riżultat ta' bosta fatturi fosthom, l-efffet ta' problemi soċjali li huma evidenti madwar il-pajjiż, diffikultà ta' ċertu kundizzjonijiet bħalma huma d-dyslexia, filwaqt li skontu jista' jkun ukoll każ ta' xi individwu li ma tax każ l-edukazzjoni formali. Busuttil kompla jispjega, li l-litteriżmu jista' joħloq il-faqar f 'pajjiżna. "L-istitut Paulo Freire, iħares lejn kull individwu b'mod ħolistiku. Mhuwiex fl-interess tagħna biss li persuna titgħallem tikteb u taqra sewwa, iżda naraw fatturi oħra bħalma hi s-sitwazzjoni ekonomika ta' dak li jkun." Is-servizzi li joffru fl-Istitut Paulo Freire huma mfittxija sew hekk kif id-direttur spjegalna li hemm lista ta' stennija twila, ta' individwi li jixtiequ jattendu xi sezzjonijiet ta' taħriġ. "Bħallisa, għandna madwar tmien voluntiera li jgħallmu hawnhekk, l-ikbar problema li naffaċċjaw hi, li domanda qatt ma tlaħħaq mal-provvista li l-Istitut jista' joffri." Id-direttur qalilna li, ħafna mil-programmi ta' taħriġ provduti mill-Istitut huma bbażżati fuq attenzjoni mogħtija individwalment, hekk ikun hemm iktar attenzjoni offruta lill-individwi. Għalliema, li jixtiequ joffru servizzi tagħhom bħala voluntiera, għandhom jikkuntattjaw lid-direttur tal- Istitut, Fr Edgar Busuttil. Intant, il-ġimgħa l-oħra, l-Istitut Paulo Freire flimkien mal-Fondazzjoni Vodafone Malta nedew l-għodda diġitali ġdida bil-Malti bl-isem ta' Iċ-Ċavetta. Din hija l-għodda diġitali hija mmirata lejn adulti u żgħażagħ li qed jaffaċċjaw problemi relatati mal-esklużjoni soċjali u sfidi oħra biex isibu impjieg. Il-mira ewlenija ta' din l-għodda diġitali hija li persuna tkun tista' titgħallem ħiliet bażiċi fil-qari kif ukoll fil-kitba bil-Malti. Iċ-Ċavetta hija mfassla f 'forma ta' kors li jikkonsisti fi 32 attività, li huma maqsumin fuq livell elementari u li jibqgħu jiżdiedu sakemm jaslu għal- livell avvanzat. Din l-għodda diġitali hija meqjusa bħala l-unika waħda preżenti ta' din ix-xorta li hija speċifikament magħmula għall-adulti u ż-żgħażagħ. Din l-għodda diġitali onlajn tgħin f 'dan il-kuntest billi tippreżenta l-qari u l-kitba b'mod ferm iżjed attraenti liż-żgħażagħ u tinkoraġġixxi wkoll il-ħiliet fis-settur tal-informatika mal- persuni li huma akbar fl-età. Mill-aħħar ċensiment li sar fl- 2011, jirriżulta li f 'Malta hawn 24,000 persuna li ma jafux jiktbu jew jaqraw. Iċ-Ċavetta huwa servizz bla ħlas permezz tas-sit elettroniku www.cavetta.org.mt kif ukoll permezz ta' app li tinsab fl- 'istores' tal-mowbaljs App Store tal-Apple fuq iOS u Play Store tal-Google fuq sistemi Android. 5% tal-Maltin illitterati Nitkellmu mad-direttur, tal-Istitut Paulo Freire, li joff ri għajnuna lil bosta individwi li huma illiterati. C M Y CM MY CY CMY K Press Law Print Ads Final-MJCL.pdf 1 17/11/2017 10:37

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017