Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 ILPERSEKUZZJONI tal-Kristjani f 'ċertu pajjiżi laħqu l-ogħla livelli, fejn żdiedu l-attakki minn Gvernijiet li mhux tolleranti u minn gruppi fundamentali bħall-ISIS u l-Boko Ħaram. Dan jirriżulta mir-rapport tal-Fondazzjoni Aid to the Church in Need (ACN) dwar il-persekuzzjoni tal- Kristjani minħabba l-fidi fl-2015-2017. Ħafna mill-Kristjani f 'pajjiżi fil-Lvant Nofsani ma jkollhom l-ebda għażla ħlief jitilqu minn djarhom u jħallu kollox warajhom minħabba r-reliġjon li jħaddnu. Għalkemm in- numru preċiż tal-Kristjani ppersegwitati mhux magħruf, in-numru tal- imwiet naqas għal madwar 100,000 iżda l-vjolenza żdiedet bil-bosta. Fil-pajjiżi kollha fejn sar l-istħarriġ, l-oppressjoni u l-vjolenza kontra l-Kristjani żdiedet mill-2015. Fl-Iraq, is-sitwazzjoni tant iddeterjorat li waħda mill-aktar Knejjes antiki spiċċat fir-riskju li tinqered għal kollox. L-eżodu tas-Sirjani qed thedded il-Kristjaneżmu f 'partijiet fis-Sirja, b'mod speċjali f 'Aleppo li kienet waħda mill-ikbar komunitajiet Kristjani fil-Lvant Nofsani. Fin-Niġerja, gruppi fundamentalisti bħalma huma l-Boko Ħaram wettqu ġenoċidji kbar fuq il- Kristjani. Din iż-żieda fil- persekuzzjoni iżda dehret ukoll f 'pajjiżi oħra bħall-Indja u fiċ-Ċina. Mill-konklużjonijiet tar- rapport tal-ACN, fil- Korea ta' Fuq qed isiru atroċitajiet u torturi kbar kontra l-Kristjani u dawn jinkludu l-abort sfurzat biex ma jiżdiedx in-numru tal-Kristjani u oħrajn li jissallbu jew jinħarqu. Il-persekuzzjoni kontra l-Kristjani ssir għal raġunijiet differenti bħalma huwa l-fundamentaliżmu estrem ta' reliġjon oħra imma wkoll minħabba n-nazzjonaliżmu estrem li jkun qed jikber f 'xi reġjun jew belt partikolari ta' pajjiż fejn il-Kristjani jkunu f 'minoranza. Għat-tnedija ta' dan ir-rapport wasal Malta s-saċerdot minn Aleppo fis-Sirja, Fr Firas Lutfi li tkellem dwar l-esperjenza tiegħu fejn jipprovdi għajnuna umanitarja u pastorali b'mod speċjali fost it-tfal u l-familji Sirjani. Aleppo hija belt fis-Sirja nqerdet totalment minħabba l-gwerra li ilha għaddejja ħafna snin. Fr Firas Lutfi żar is-Santwarju Ta' Pinu u ltaqa' wkoll mar-Rettur Fr Gerard Buhagiar u ċċelebra wkoll Quddiesa fil-Bażilika tax-Xagħra. Illum Fr Firas Lutfi se jkun qed jiċċelebra Quddies fil-Parroċċa ta' San Girgor f 'Tas-Sliema fil-11.30 ta' filgħodu u fil- Parraċċa ta' Ġesù Nazzarenu f 'Tas-Sliema wkoll fis-7 ta' filgħaxija. Aid to the Church in Need tipprovdi għajnuna pastorali f '140 pajjiż differenti madwar id-dinja. Aħbarijiet 7'IJIEM ID-DISKUSSJONI FIL- PARLAMENT EWROPEW FUQ IS-SALTNA TAD-DRITT F'MALTA U AKTAR… ILLEJLA FIT-20:30 FUQ TVM2 Jonqos il-qtil tal-Kristjani iżda tiżdied il-ħruxija kontrihom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017