Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Hibernians ......... 1 Birkirkara .......... 0 HIBERNIANS kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Birkirkara, bil-gowl uniku għalihom jasal minn penalty ta' Clayton Failla. Kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel periklu wara tliet minuti, meta xutt minn qagħda ideali ta' Fabiano Montero De Oliveira ntemm għoli minn fuq il-lasti difiżi mill-goalkeeper internazzjonali tal- Pawlisti, Andrew Hogg. Hibernians wieġbu fis-17-il minuta permezz ta' Marko Sahanek li wara li rċieva minn through- pass tajjeb, kien sfortunat meta ra t-tentattiv tiegħu jaħbst ma' sieq il- wieqfa bid-difiża Karakariża tkun pronta u tikklerja l-ballun f 'corner. L-Istripes wieġbu fit-32 minuta meta Ryan Scicluna għadda tajjeb lejn iż-żagħżugħ Jake Grech, li lbieraħ kien qed jiċċelebra l-20 sena tiegħu li minn ġol-kaxxa ra t-tentattiv tiegħu jintemm barra. Hibernians tilfu ċans tad-deheb li jmorru fil-vantaġġ fil-45 minuta, eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima meta l-captain Clayton Failla, ittanta xortih permezz ta' xutt dijagonali minn barra l-kaxxa li iżda ħabat ma' sieq il-wieqfa. Il-Pawlisti ħarġu ferm aggressivi fil- ftuħ tat-tieni taqsima u fil-51 minuta rebħu penalty hekk kif Lucas Maia waqqa' lil Rodolfo Soares fil-kaxxa. MiIl-11- il metru, inkariga ruħu Clayton Failla, li ma żbaljax hekk kif permezz ta' xutt fil-baxx, tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka. Madankollu, Hibernians, qalgħu daqqa ta' ħarta fl-64 minuta hekk kif huma spiċċaw jilagħbu b'10 players meta tkeċċa għalihom il-player Rui Da Gracia Gomes, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita. Erba' minuti wara, Ryan Scicluna, għall-Istripes kellu xutt fil-baxx minn pożizzjoni ideali jiġi salvat migħajr wisq diffikultà minn Andrew Hogg. Fit-73 minuta, kien imiss lil Birkirkara, li jispiċċaw jilagħbu b'10 players meta tkeċċa għalihom Lucas Maia, ukoll wara li rċieva żewġ karti sofor. Hibernians Hogg, Da Gracia Gomes, Degabriele (Dos Santos 71'), Vella, Soares, Dias, Failla, Bezzina (Mbong 84'), Lima, Agius, Sahanek (Filho Morgan 79') Birkirkara Schranz, Attard, Vukanac, Maia, Andelkovic, Scicluna (Attard 87'), Grech (Montebello 67'), Da Silva Goncalves Junior, Fernandez De Brito (Herrera 76'), Zammit, Montero De Oliveira Referi Matthew Degabriele MARCO SAHANEK Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' Hibernians matul is-sajf li għadda. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Hibernians jiksbu rebħa minima fuq Birkirkara Ritratt - Christine Borg Kurt Zammit jirbaħ il-ballun bir-ras minn fuq Marcelo Dias

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017