Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 Sports 28 Azzjoni mill-konfront bejn Mosta u Senglea Athletic Ritratt - Christine Borg minn Cristian Antony Muscat Mosta ........................... 2 Senglea A...................... 1 MOSTA kkonvinċew bis- sħiħ u għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta' 2-1. Kienu Senglea Athletic li ħolqu l-ewwel periklu wara għaxar minuti meta Rene Caseres ra x-xutt tiegħu mill- viċin jistampa mal-mimduda. Madankollu, kienu Mosta li fetħu l-iskor fit-23 minuta meta Thomas Veronese indirizza cross mix-xellug lejn Zac Brincat li daħal bħal vleġġa u tefa' l-ballun wara l-goalkeeper Giulio Cetrangolo. Is-Sengleani rrispondew fil- 41 minuta meta Julian Leyton xeħet kross lejn Jonathan Bondin li kellu d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tiġi salvata mill-goalkeeper żagħżugħ Mosti, Andreas Vella. Fl-44 minuta, Senglea Athletic, ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Gonzalo Nicolas Virano li wara li rebaħ ballun f 'nofs il-ground, avvanza ftit, qabel venven xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa li ntemm fir- rokna tax-xibka. Senglea Athletic fallew ċans tajjeb li jaqilbu l-iskor favurihom fit-52 minuta meta wara li rċieva minn cross tajjeb mil-lemin ta' Terence Vella, il-ballun spiċċa f 'saqajn Ryan Dalli li ra x-xutt tiegħu mill-viċin jaħbat max-xibka minn barra. Is-Sengleani komplew fuq l-offensiva u fid-59 minuta, xutt minn tarf il-kaxxa ż-żgħira ta' Terence Vella ntemm għoli. Mosta wieġbu fid-69 minuta meta Thomas Veronese permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa ra lil Giulio Cetrangolo jsalva parzjalment, biex mir- rebound Kyle Frendo xeħet għoli. Mosta skorjaw il-goal tar-rebħa fis-86 minuta meta wara li rċieva minn freekick ta' Thomas Veronese, għola tajjeb Davide Mansi, li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix-xibka. Mosta Vella, Ferreira (Frendo 90'), Brincat (Fenech 90'), Veronese, Magro, Mansi, Farrugia, Biondo (Frendo 56'), Bilbao Zarate, Maric, Rodriguez Ekani Senglea A. Cetrangolo, Bondin, Leyton, Terracciano, Uyi, Garzia, Vella (Del Negro 53'), Virano, Dalli (Sammut 69'), Caseres, Vella Referi Fyodor Zammit Ass. Referees William Debattista, Peter Abela Mosta jikkonvinċu u jegħlbu lil Senglea Athletic GONZALO NICOLAS VIRANO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' Senglea Athletic matul is-sajf li għadda. Skorja l-uniku gowl għas- Sengleani f'din il-partita li kien wieħed mill-isbaħ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017