Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 Sports 30 Jiltaqgħu l-erba' Presidenti fl-istorja tal-Għaqda Ġurnalisti Sports ILĦAMIS 9 ta' Novembru kienet ġurnata speċjali għall-Għaqda Ġurnalisti Sports hekk kif kienet organizzata quddiesa ta' ringrazzjament fil-knisja tal-Omm tal-Parir it-Tajjeb f 'San Ġiljan. Il-Quddiesa kienet iċċelebrata mill-ewwel president tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Fr Hilary Tagliaferro, u kienet offruta għal ruħ il-membri kollha tal-Għaqda li ħallew din id-dinja. L-okkażjoni kienet waħda speċjali wkoll hekk kif għall- ewel darba sa mill-bidla tal- aħħar president tal-Għaqda Ġurnalisti Sports iltaqgħu għar-ritratt tal-okażjoni it-tliet presidenti preċedenti Fr Hilary Tagliaferro, Henry Calleja, Charles Camenzuli, u Sandro Micallef il- president attwali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Fr Hilary Tagliaferro u Henry Calleja kienu wkoll ppreżentati b'mod uffiċjali plakka kommemorattiva tal- okkażjoni bħala Presidenti Onorarji. Ritratt - Sunny Cuschieri Fr Hilary Tagliaferro u Henry Calleja imkien mal-Eżekuttiv u membri oħra tal-GĦĠS Arsenal jegħlbu lil Tottenham Hotspur d-Derby ta' Londra FIDDERBY tant mistenni ta' Londra, kienu Arsenal li ġewwa darhom fl-Emirates Stadium għelbu lil Tottneham Hotspur bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Shkodran Mustafi u Alexis Sanchez. Manchester City barra minn darhom għelbu lil Leicester City bl-istess skor ta' 2-0, bil-gowls għalihom jaslu minn Gabriel Jesus u Kevin de Bruyne. Chelsea barra minn darhom umiljaw lil WBA meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0, bl-awturi tal-gowls għalihom ikunu Alvaro Morata, Marcos Alonso u Eden Hazard li skorja żewġ gowls. Liverpool ġewwa darhom f 'Anfield għelbu lil Southampton bl-iskor ta' 3-0 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Philippe Coutinho u minn doppjetta ta' Mohamed Salah.AFC Bournemouth ġewwa darhom umiljaw lil Huddersfield Town meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0, bil-gowls għalihom jaslu minn Harry Arter u minn hat-trick personali ta' Callum Wilson. Burnley ġewwa darhom għelbu lil Swansea City bl- iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Jack Cork u Ashley Barnes. Intant, Crystal Palace u Everton, temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2, biz- żewġ gowls għal Crystal Palace jaslu minn James McArthur u Wilfried Zaha, waqt li min-naħa l-oħra l-gowls għat-Toffees waslu minn Baye Oumar Niasse u minn penalty ta' Leighton Baines. Dele Alli jgħaddi tajjeb minn bejn żewġ plejers ta' Arsenal RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 18 ta' Novembru Arsenal vs Tottenham Hotspur 2-0 AFC Bournemouth vs Huddersfield T. 4-0 Burnley vs Swansea City 2-0 Crystal Palace vs Everton 2-2 Leicester City vs Manchester City 0-2 Liverpool vs Southampton 3-0 WBA vs Chelsea 0-4 FIXTURES Il-Ħadd 19 ta' Novembru Watford vs West Ham U. It-Tnejn 20 ta' Novembru Brightin & Hove A. vs Stoke C. Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 19 ta' Novembru 12:30 Crotone vs Genoa 15:00 Benevento vs Sassuolo 15:00 SPAL 2013 vs Fiorentina 15:00 Sampdoria vs Juventus 15:00 Torino vs ChievoVerona 15:00 Udinese vs Cagliari 20:45 Inter vs Atalanta It-Tnejn 20 ta' Novembru 20:45 Hellas Verona vs Bologna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017