Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 | illum Sports 31 IĊCHAMPION tal- Formula1 Lewis Hamilton, ikkritika lill-organizzaturi tal-GP fil-Brażil wara li membri tat-team ta' Mercedes ġie ppuntat pistola lejhom f 'Sao Paulo fil-jiem li għaddew. Saħansitra, ġew sparati tiri, waqt li vittma minnhom kellu pistola ppuntata lejn rasu f 'inċident li Hamilton iddeskriva bħala wieħed terrifiku. Ta' nota huwa l-fatt li waqt l-inċident, Hamilton, ma kienx fuq ix-xarabank li kienet qed iġġorr lit-tim ta' Mercedes. Persuni armati ċċirkondaw karozzi li kienu jappartjenu lit-timijiet tal-Formula 1, kif ukoll karozza tal-FIA, hekk kif ħallew iċ-ċirkwit ta' Interlagos f 'Sao Paolo madwar it-8pm. Għadu mhux magħruf x'inseraq iżda skont il- Mercedes, il-kriminali irnexxielhom jisirqu xi affaraijiet li kienu ta' valur kbir għat-tim. Ħadd ma weġġa' f 'dan l-inċident. Intant, fuq iċ-ċirkwit ta' Interlagos, Hamilton, ikkraxxja wara biss żewġ minuti hekk kif tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu li kienet għaddejja b'veloċità ta' 160 mil fis-siegħa u baqa' dieħel fil-barriera komposta mit-tyres. Meta kien qed jitkellem fuq dan l-inċident, Hamilton, qal li inċidenti ta' dan it-tip isiru sena wara l-oħra u li ma jistax ikun li l-FIA tippermetti li inċidenti ta' dan it-tip ikomplu jseħħu. Dan hekk kif jekk wieħed jagħti ħarsa lejn is-snin li għaddew, jista' faċilment jinnota inċidenti ta' dan it-tip. Immorru lura għall-2010, is- sena ta' wara li Jenson Button rebaħ it-titlu mondjali, fejn kien safa fil-mira ta' serqa armata bil-pulizija tkun pronta u jirnexxielha tarresta lill- aggressuri fil-ħin. Inċident simili seħħ matul is-sena li għaddiet fejn persuni membri tat-tim ta' Mercedes, ġew misruqa minn persuni armati qabel il-GP tal-Messiku. Inċident ieħor kien jinvolvi lill-kunjata tal-eks Kap tal- Formula 1 Bernie Ecclestone, Aparecida Schunk, li matul is-sena li għaddiet ġiet misruqa ftit qabel il-GP tal- Brażil fejn hija ġiet maħtufa u ġiet mitluba s-sommata' €28 miljun biex hi tiġi rilaxxata. Madankollu, wara diversi sforzi mill-awtoritajiet konċernati, hija ġiet meħlusa mingħajr ma ħallset ċenteżmu. Wara dan kollu, u speċjalment wara l-aħħar inċident, Lewis Hamilton, saħaq li ma jistax ikun li inċidenti ta' dan it-tip ikomplu jseħħu u l-FIA trid tintervjeni mmedjatament u tara li inċidenti bħal dawn jieqfu ħesrem. Is-sewwieq champion tad-dinja saħaq li għandu fiduċja fl-awtoritajiet tal-Formula 1 u jemmen li inċidenti ta' dan it-tip mhux se jkunu qed iseħħu iktar fis- snin li ġejin. Lewis Hamilton jikkritika lill-FIA It-Tim Nazzjonali tal-Weightlifting fis-Slovenja għall-11-il edizzjoni tal-kompetizzjoni għall-pajjiżi tal-Mediterran ITTIM nazzjonali Malti tal-Weightlifting, jinsab fis-Slovenja għall-11-il edizzjoni tal- kompetizzjoni għall-pajjiżi tal-Mediterran, kif ukoll għall-Open ta` Ljubljana. Il-kap tad-delegazzjoni Kurt Camilleri qed imexxi t-tim kompost minn tmien atleti, li jinkludu tliet nisa u ħames irġiel. In-nisa fit-tim huma Yazmin Zammit Stevens u Elisia Scicluna, flimkien mal-aħjar atleta fis-sezzjoni taż-Żgħażagħ Shelby Mangion Vassallo. In-naħa maskili tat-tim tikkonsisti min Kieran Mifsud, li reċentement għamel prestazzjoni eċċellenti fl-Albanija fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ. Ta' nota huwa l-fatt li Rodmar Pulis, għamel l-ewwel debutt tiegħu fix-xena internazzjonali wara injuries li kellu waqt il-Kampjonati Ewropej fl-2016. Mifsud u Pulis jinsabu akkumpanjati minn Matthew Camilleri, Anton Micallef u Andy Grech. Rodienne Balzan qed tassisti l-kompetizzjoni bħala uffiċjal tekniku. L-atleti qed jirrappreżentaw lil Malta f 'żewġ timijiet separati. Scicluna, Mangion Vassallo, Pulis, Grech, Micallef u Camilleri huma t-timijiet li qed jikkompetu bħala parti mill-kompetizzjoni tal-Mediterran, filwaqt li Zammit Stevens u Mifsud qed jikkompetu bħala tim fl-Open ta' Ljubljana. Kemm Zammit Stevens kif ukoll Mifsud bħalissa jinsabu fl-istadji bikrija tat-taħriġ preparatorju tagħhom għal- Logħob tal-Commonwealth tal-2018. Yazmin Zammit Stevens qiegħda titħarreġ f 'Ljubljana mal-kowċ tat-tim nazzjonali Sloven Damjan Canzek għall-ġimgħatejn sħaħ qabel il-kompetizzjoni. Il-kamp ta' taħriġ huwa wieħed minn ħafna kampijiet ta' taħriġ importanti li l-MWA qed torganizza biex tiżgura l-aħjar preparazzjoni għal- Logħob fil-ġejjieni. Iċ-Champion tad-Dinja tal-F1, Lewis Hamilton It-tim nazzjonali tal-Weightlifting s-Slovenja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017