Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol PETER CROUCH - Il-kowċ ta' Stoke City Mark Hughes insista mal-ġurnalisti illi l-attakkant veteran Peter Crouch mhuwiex għal bejgħ. Hughes sejjaħ lil Crouch sabiex jgħin lill-attakk tat-tim u l-għażla tiegħu ġiet ippremjata hekk kif bil-gowl tiegħu xpruna lil Stoke għal draw drammatiku ta' 2-2 kontra Leicester.Il-plejer ta' 36 sena stqarr illi jinsab kuntent ma' Stoke u għandu x-xewqa illi jilgħab aktar. Huwa ngħaqad mal-klabb fis- sena 2011 u minn 210 dehriet skorja 58 gowl. Crouch, illi huwa magħruf għat-tul tiegħu, kiseb rekord hekk kif sar l-iktar plejer li skorja bir-ras fil-PremierLeague eżattament bi 52 gowl. JOSE MOURINHO - Hekk kif Manchester United huma mistennija jilagħbu disa' partiti fix-xahar ta' Diċembru, il-kowċ tagħhom Jose Mourinho qed jimmira sabiex jiġbor il-massimu tal-punti minn dawn il- logħbiet. Il-kowċ Portugiż ilu mingħajr Zlatan Ibrahimovic u Marcos Rojo għal dawn l-aħħar xhur waqt illi Paul Pogba u Michael Carrick ilhom ma jilagħbu minn Settembru. Minkejja kollox Mourinho żvela illi l-erba' plejers li jinsabu mweġġgħin qed jirkupraw tajjeb u għandhom jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tiegħu ftit tal- ġimgħat oħra. MOHAMMED SALAH - Jurgen Klopp jinsab kuntent bil-wirjiet illi qed jagħti l-plejer Eġizzjan Mohammed Salah ma' Liverpool. Dan il-plejer ġie akkwistat mir-Reds mingħand Roma fis-sajf illi għadda u qed iħalli impatt kbir f 'Anfield Road. Meta ġie intervistat minn LiverpoolEcho, Klopp ammetta illi Salah qabeż kompletament l-istennija tiegħu hekk kif qed ikun ferm tajjeb biex iservi lil sħabu blalen illi qed issarrfu f 'gowls. Salah, li ġie akkwistat b'kuntratt ta' €42 miljun , qed ipatti bil-kbir għan-nuqqas ta' żewġ plejers Philippe Coutinho u Sadio Mane illi huma mweġġgħin. RONALDO DWAR KANE - Skont l-istazzjon sportiv Ingliż Sky Sports, l-istilla ta' Real Madrid Cristiano Ronaldo mhux lest illi jaċċetta lill-plejer ta' Tottenham Harry Kane fil-possibilta' illi dan tal-aħħar jingħaqad mal-Merengues. Jidher illi Kane qed ikun segwit ferm mid-diriġenti ta' Real Madrid illi dan l-aħħar qed ibatu xi ftit fil-Liga Spanjola wara bidu tajjeb. Min-naħa tiegħu Ronaldo, illi ilu mal-Madrileni sa mis-sena 2009, sostna illi jkun aħjar illi jibqa' jilgħab ma' Karim Benzema milli jkollu lil Kane. Din l-istqarrija nkwetat mhux ftit lid-diriġenti tat-tim mill-kapitali Spanjola, illi jinsabu bejn ħalltejn x'għandhom jagħmlu f 'din iċ-ċirkostanza. VIRGIL VAN DIJK - Id-difensur ta' Southampton Virgil Van Dijk tkellem mal-gazzetta Ingliża, The Daily Echo dwar dak li għaddej minnu bħalissa mas-Saints kif ukoll ma naqasx illi jiċċara l-pożizzjoni tiegħu ma' dan it-tim. Fil-fatt Van Dijk kien pass 'il bogħod milli jingħaqad ma' Liverpool fis-sajf illi għadda iżda għal xi raġuni jew oħra dan it-trasferiment sfaxxa għal kollox. Meta mistoqsi dwar kif ħassu, Van Dijk stqarr illi issa dak huwa passat u bħalissa jinsab iffukat sabiex jgħin lil Southampton jitilgħu skaluna oħra fil-PremierLeague Ingliż. "Qed nagħti l-mija fil-mija tiegħi lill-klabb, qed naħdem qatigħ u rrid ngħin lil sħabi sabiex nirbħu l-partita li jmiss," qal il-plejer Olandiż. STEVAN JOVETIC - Southampton qed jikkunsidraw serjament illi jiksbu s-servizzi tal-attakkant Montenegrin ta' Monaco Stevan Jovetic skont ma' irrapurtat il-gazzetta Ingliża TheMirror. Jovetic ingħaqad mac-champions Franċiżi b'kuntratt ta' erba' snin fil-bidu ta' dan is-sajf għalkemm ma tantx qed jiġi nkluż mill-kowċ Leonardo Jardim. Jidher illi Jovetic qed togħġbu ħafna din l-idea tant illi jixtieq ikun protagonista ma' klabb illi jtih aktar ċans illi jilgħab. Southampton jinsabu fit-13-il post tal-klassifika tal-PremierLeague Ingliż u qed ifittxu attakkant sabiex isaħħu d-dipartiment offensiv tagħhom. ISLAM SLIMANI - Il-gazzetta bil-lingwa Franċiża L'Expression irrapurtat illi l-attakkant ta' Leicester City Islam Slimani jixtieq jitlaq lill-klabb f 'Jannar illi ġej. Il-plejer ta' 29 sena sabha diffiċli jibda mal-ewwel 11 taħt il-kowċ Craig Shakespeare u s-sitwazzjoni tiegħu ftit inbidlet hekk kif anke taħt il-manager il-ġdid Claude Puel mhux qed jirnexxielu jagħmilha mal-ewwel 11. F'dan ix-xenarju kollu, jidher illi Slimani marritlu l-paċenzja u huwa lest illi jitlaq lil Foxes sabiex isib postu ma' tim ieħor. Crystal Palace u Rennes qed jevalwaw il-possibilta' illi jixtru dan il-plejer li jiswa madwar €30 miljun. minn Cristian Antony Muscat MAROUANE FELLAINI - It-tim Tork ta' Besiktas jinsab interessat fil-plejer internazzjonali Belġjan MarouaneFellaini. Dan il-plejer se jkun bla kuntratt matul is-sajf li ġej u dan il-klabb ser jagħmel li jista' sabiex jipperswadi lil Fellaini jiġi magħhom. Anke Galatasary urew interess fil-plejer illi huwa magħruf għall-istil ta' xagħar illi għandu. Fellaini għandu 29 sena u ilu mar-Red Devils sa mis-sena 2013. Huwa lagħab 95 darba magħhom u skorja 11-il gowl. ADRIAN SEMPER - Watford għadhom kemm avviċinaw lil Dinamo Zagreb sabiex jakkwistaw lill- goalkeeper Kroat Adrian Semper mingħandhom. Semper, illi għad għandu biss 19-il sena, bħalissa qed jilgħab b'self ma' LokomotivZagreb u għaddej minn mument mill-aqwa hekk kif żamm il-lasta tiegħu bla mimsusa għal 22 darba minn 53 partita. Dan kollu ma ħarabx lid-diriġenti ta' Watford illi qed isegwu b'interess il-progress ta' dan il-plejer bit-tama li jirnexxielhom jiksbu l-firma tiegħu xahrejn oħra.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017