Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... JUAN MATA - Real Madrid tefgħu l-interess tagħhom fil-winger ta' ManchesterUnited Juan Mata. Il-futur tal-attakkant Spanjol f 'Old Trafford jinsab f 'dubju wara li l-kuntratt tiegħu jiskadi fl-aħħar ta' dan l-istaġun u ma jidhirx interessat illi jġeddu. Huwa tħalla barra mill-aħħar partita illi ManchesterUnited lagħbu kontra Chelsea u b'hekk jidher illi f 'Jannar il-plejer Spanjol jista' jiċċaqlaq. Mata tista' togħġbu l-idea illi jerġa' jirritorna fis-Santiago Bernabeu fejn beda l-karriera tiegħu ma' Real Madrid Castilla fil-passat. PHILIPPE COUTINHO- Il-klabb Katalan ta' Barcelona qed jagħmel offerta ta' £105 miljun bil-għan illi jakkwista lill-attakkant ta' Liverpool, Philippe Coutinho. Skont il-gazzetta Sport, il-Blaugrana, illi ilhom jiġru wara l-firma tal-Brażiljan għal dawn l-aħħar xhur, introduċew offerta ġdida bil-għan illi din id-darba jġibuha żewġ. Minkejja illi Liverpool kontinwament irrifjutaw kull offerta illi offrew il-Katalani, jidher illi hemm xaqq dawl illi ż-żewġ partijiet jirranġaw bir-Reds illi madankollu qed jistennew somma ta' £132 miljun lira ta' flus kontanti sabiex forsi jħallu lil Coutinho jitlaq. SAMUEL UMTITI - Il-kowċ ta' Manchester United Jose Mourinho għandu l-intenzjoni illi jipperswadi lid-diriġenti tar-Red Devils sabiex jakkwistaw lil Samuel Umtiti mingħand Barcelona. Il-Portugiż huwa ħerqan illi jżidu mal-iskwadra diġà kompetittiva tal-United u ħafna qegħdin isostnu illi jista' jkun is- sostitut ideali tad-difensur l-ieħor Victor Lindelof illi ftit qed jibrilla fil-partiti li qed jilgħab mat-team ta' Old Trafford. Umtiti jista' jkun is-soluzzjoni hekk kif Mourinho qed ifittex plejer solidu li jkun jista' jwaqqaf lill-attakkanti avversarji fi triqithom għall-goal. MESUT OZIL - Skont il-ġurnali Ingliż The Daily Star, Arsenal qed jippretendu s-somma ta' £30 miljun mingħand Manchester United sabiex jiksbu l-firma tal-plejer internazzjonali Ġermaniż Mesut Ozil. Il- Gunners issa huma determinati illi jieħdu l-flus tal-istilla ta' 29 sena minħabba li l-kuntratt tiegħu jiskadi fl-aħħar ta' dan l-istaġun u fin-nuqqas ta' ftehim, il-plejer ikun jista' jitlaq b'xejn lejn klabb ieħor. Fid-dawl ta' dan kollu, id-diriġenti ta' Arsenal qed jaħdmu qatigħ sabiex jikkonkludu dan il-ftehim. NEYMAR - Xi xnigħat illi qed jaslu minn Pariġi qed jgħidu illi l-akkwist multi-miljunarju ta' PSG Neymar qed idaħħal ċertu tensjoni fid-dressing tal-klabb mill-kapitali Franċiża. Wara l-inċident ta' xahar u nofs ilu meta Neymar kellu xi jgħid mal-Urugwajan Edinson Cavani dwar min ser jagħti l-penalty, l-affarijiet xejn ma birdu anzi l-qiegħa kompliet tisħon mhux ħażin. Ħafna kritiċi tal-futbol Franċiż qed isostnu illi Neymar serva aktar biex jifred milli jgħaqqad it- tim hekk kif il-karattru xi ftit kburi tiegħu xejn m'hu jinżel għasel ma' sħabu l-plejers. JANN-FIETE ARP - It-tim illi qed jimpressjona mhux ftit dan l-istaġun kemm fil-kampjonat Ingliż kif ukoll fil-UEFA Champions League Tottenham Hotspur qed isegwi l-progress tal-attakkant ta' Hamburg Jann-Fiete Arp. Dan il-plejer qed ikun imfittex minn diversi klabbs Ewropej kemm minħabba l-eta' żgħira li għandu, 16-il sena, kif ukoll għax impressjona mhux ftit fid-dehriet tiegħu mal-klabb Ġermaniż. Hu lagħab ukoll mat-tim ta' taħt is-17-il sena tal-Ġermanja fit-Tazza tad-Dinja li saret fl-Indja hekk kif skorja ħames gowls f 'din il-kompetizzjoni. HERRERA U MARTIAL - Id-diriġenti u skawts ta' Barcelona Robert Fernandez u Urbano Ortego segwew b'attenzjoni xi plejers ta' Chelsea u ManchesterUnited waqt il-logħba ta' bejniethom illi ntlagħbet fil-jiem li għaddew. Id-duo ilhom iduru madwar l-Ewropa sabiex isibu plejers ideali biex jingħaqdu mal-Blaugrana.Waqt din il-partita, il-favoriti ta' Fernandez u Ortego kienu Ander Herrera u Anthony Martial ta' Manchester United. Barcelona ilhom għal ħafna xhur jippruvaw isibu sostitut denju ta' Neymar illi ngħaqad ma' PSG matul is-sajf li għadda. ARTURO VIDAL - Il-gazzetta popolari Ingliża The Metro żvelat illi Chelsea qed jerġgħu juru interess fil-plejer ta' nofs il-grawnd ta' Bayern Munich Arturo Vidal. Il-klabb minn Londra qed jaħseb biex jittanta xortih fuq dan il-plejer lejn l-aħħar ta' dan l-istaġun hekk kif Antonio Conte jidher ħerqan illi jerġa' jikkowċjaliċ-Ċilen wara l-esperjenza tiegħu ma' Juventus. Iċ-Champions tal-Bundesliga min-naħa tagħhom jistgħu jinnegozjaw lill-plejer ta' 30 sena anke minħabba l-fatt illi ftit qed isib postu fit-team immexxi minn Jupp Heynckes. HECTOR BELLERIN - Juventus qed jippjanaw illi jkellmu lid-difensur ta' Arsenal Hector Bellerin fit- tentattiv illi jakkwistaw is-servizzi tiegħu. Dan kollu żvelah is-sit Taljan TuttoMercatoWeb.it illi kompla jgħid illi rappreżentant tal-plejer Spanjol diġà ltaqa' mad-diriġenti tal-Juventus sabiex jitkellmu dwar trasferiment possibbli. Bellerin għandu 22 sena u filwaqt illi kiber fl-akkademja ta' Barcelona lagħab ukoll b'self ma' Watford qabel ma' ngħaqad mal-Gunners fis-sena 2013. Huwa lagħab mitt logħba bil-flokk tal- Gunners u skorja erba' gowls magħhom.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017