Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 | illum Sports 35 barra minn xtutna u dan jiġi ffinanzjat u offrut mingħand min nikri l-karozza. Minkejja kollox ikolli nħallas minn buti spejjeż ta' vjaġġar u affarijiet oħra. Dan huwa parti mill-kampjonat. Meta niġi biex nikkompeti mal-Maltin, hemm livell mill-aqwa u għalhekk inħoss illi wieħed dejjem jitgħallem minn ħaddieħor. Jekk aħna nħajru lill-barranin jiġu hawnhekk, nemmen illi il-livell ser ikompli jżid. Xi nies isostnu illi d-drag racing huwa sport perikoluż. Xi tgħidilhom lil dawn in-nies? L-ewwel nett aħna niġru skont ir-regolamenti tal-FIA kif ukoll nikkonsultawmal-NHRA li hija l-ikbar assoċjazzjoni tad-drag racing. Lil sħabi ngħidilhom illi iktar inħossni komdu u sigur insuq id-dragster tiegħi milli nsuq karozza inferjuri u li ma tkunx konformi tal-FIA. Fi ftit kliem kull ħaġa li taqa' taħt l-FIA nistgħu ngħidu li hija sigura u li ma fiha l-ebda periklu. Ovvjament imbagħad għandu jiġi mis-sewwieq illi ma jitkessaħx u jimxi skont ir-regolamenti ħalli ma jkunx ta' periklu għal ħaddieħor. X'inhuma s-sagrifiċċji li jkollok tagħmel sabiex tipprattika dan l-isport? Li nista' ngħidlek illi jinvolvi ħafna stress. Biss biss ngħidlek illi kelli nsiefer tmien darbiet matul din is-sena. Qisu darba kull ħmistax ikolli bżonn immur biex nitħarreġ ħalli nkun dejjem aħjar u nkun ukoll ippreparat. Fl-istess ħin jien għandi x-xogħol tiegħi u hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil sħabi li jissapportjawni fil-mumenti meta jkolli xi kompetizzjoni jew avveniment tal- motorsport. Ma nistax ma nsemmix il-familja illi xi kultant tagħmel sagrifiċċji kbar għalija speċjalment il-mara li wkoll nirringrazzjaha tal-paċenzja li tieħu bija. Meta nsiefru aħna nkunu tim ta' 10 min-nies li wkoll ikollhom jabbandunaw ix-xogħol u l-familja sabiex jitilgħu miegħi. Għadek ma tafx kemm jinvolvi preparazzjoni sabiex tipprattika dan l-isport. Hemm ħafna truf illi jridu jiġu solvuti ħalli int tkun mija fil-mija meta tikkompeti. Irid ikollok trailer illi jġorr il-karozza biex imbagħad meta tasal hemm terġa żżarma ħalli tarma l-karozza. Għalhekk ngħid meta jkollok karozza topfuel, trid tkun lest għaliha u tkun ippreparat sabiex toħroġ l-aħjar tiegħek waqt is-sewqan. L-ironija hi illi qed tipprepara dan kollu għal ftit sekondi ta' tiġrija. Nixtieq biss illi għas-sagrifiċċji kollha li għamilt u għall-flus kollha li nfaqt biex wasalt fejn wasalt, niġi kkalkulat u apprezzat aktar għax wara kollox jien qed nirrapreżenta lil pajjiżi meta nikkompeti. X'emozzjonijiet ħassejt meta sirt champion Ewropew? Jien ili għaxar snin fid-drag racing u tista' tgħid illi tlajt tarġa tarġa sakemm wasalt għall-quċċata li dejjem xtaqt. Kont l-uniku bniedem illi kkompetejt f 'din il-klassi u meta tikkompeti kontra sewwieqa oħra illi ilhom għoxrin sena jew iktar jipprattikaw dan l-isport u tirbħilhom tħoss sodisfazzjon enormi. Kburi wkoll illi ksirt ħafna rekords mhux bħala ħin iżda bħala konsistenza. Kemm bkejt u fraħt kif irnexxieli nirbaħ dan it- titlu! Għal bidu lanqas ridt nemmen lil għajnejja! Ħafna personalitajiet barranin faħħruni filwaqt illi bdew jifirħuli għas-suċċess li ksibt. Tarak li tista' tirbaħ ic-Champion tad-dinja issa? Kulħadd jixtieq ikun champion tad-dinja. Jien nemmen illi kapaċi nikkompeti ma' sewwieqa oħra għalkemm dawn tal-aħħar għandhom budget li huwa għaxar darbiet iktar minna. Għalhekk il-problema tkun waħda finanzjarja peress illi biex titla' l-Amerika tiġik ħafna u ħafna flus u għalissa mhux possibbli dan kollu. Il-ħolm huwa sabiħ u min jaf forsi xi darba dan kollu jista' jsir realtà mqar li nikkompeti biss fil-kampjonat dinji! Kellimni dwar x'ħassejt meta rbaħt l-Isportiv tas-Sena. Dakinhar ħassejt ħafna emozzjonijiet kbar u apparti minn hekk rebaħ ukoll il-motorsport lokali għas-sagrifiċċji li jagħmlu s-sewwieqa u għallinqas il- wirjiet tagħna ġew ikkunsidrati minn dawk involuti fil-qasam sportiv. Nixtieq li bis-saħħa t'hekk nerġa' niġi kkunsidrat din is-sena peress li kont champion Ewropew. Kien hemm xi kummenti fejn intqal illi d-dragracing mhuwiex sport peress illi hija tiġrija ta' ftit sekondi. Kif tirribatti dawn il-kummenti? Ma naqbel xejn ma' dan il-kumment għax jien nitħarreġ daqs kull atleta ieħor, nippepara fiżikament u mentalment għal xi kompetizzjoni. Mela hemmhekk diġà għandek element sportiv. Apparti minn hekk irid ikollok kapaċità illi ssuq dawk it-tip ta' karozzi . Allura bl-istess argument Formula 1, Rally u Go Karts mhux sports ukoll? Allura għaliex mhux ukoll id-drag racing? Nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li jipprattikaw id-drag racing. Jien nemmen illi d-drag racing mhux sport irħis. Għalhekk nissuġġerixxi li jibdew mill-Go Karts għax jgħinek sabiex ikollok riflessi tajbin u tagħmel reazzjoni f 'ċerti mumenti tat-tellieqa. Apparti minn hekk dan l-isport jgħinek ħafna ħalli jkollok karattru sod u jikkalmak f 'mumenti fejn trid tieħu deċiżjoni mportanti. Meta int timxi b'ċertu serjetà fl-isport li tkun qed tipprattika, awtomatikament ikollok ir-rispett minn dawk kollha ta' madwarek. U huwa għalhekk illi l-isport jagħtik ċertu personalità. Ritratti: James Bianchi Ewropew tad-Drag Racing Twieled San Ġiljan -10 ta' Diċembru 1976. Huwa sewwieq Malti li tant għamel isem għal pajjiżna -aħħar xhur hekk kif trijonfa bħala Champion Ewropew tad- Drag Racing. Beda jipprattika l-awto-mobiliżmu permezz tal-Go Karts. Qabel beda jieħu sehem d-Drag Racing, kien jilgħab il-futbol. Duncan Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017