Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet ILKELB tassew huwa l-akbar ħabib tal-bniedem, però ċertu klieb joffru iktar minn sempliċiment kumpanija. Qiegħed nitkellem dwar il-klieb tal-assistenza, klieb imħarrġin speċifikament sabiex jipprovdu assistenza lil dawk li jbatu minn diversi kundizzjonijiet ta' saħħa bħal mard mentali, nuqqas ta' smigħ, diffikultajiet viżwali, awtiżmu, dijabete, problemi emozzjonali u diżabilitajiet oħra. Dawn it-tip ta' klieb huma faċilment identifikati bis- sidrija li jkollhom fuqhom. Sfortuntament, "sdieri simili mhux uffiċjali li qegħdin jinxtraw minn fuq is-siti elettroniċi qegħdin jikkawżaw ħafna problemi". Dan kollu velatu, Joanne Cremono f 'isem is-Service Dogs Malta Foundation, li mal-ILLUM, spjegat kif dawn l-aċċesorji foloz qegħdin ikunu ta' detriment għal minn veru jagħmel użu minn kelb ta' assistenza. "Joħolqu dubji f 'moħħ sidien ta' stabbilimenti u postijiet oħra fejn bil-liġi jistgħu jidħlu dawn il-klieb u għalhekk jfixklu ħafna lil min hu ġenwin", qaltilna Cassar. Hi kompliet tispjega kif "kull għalliem li jkun ma kelb ta' assistenza jkollu karta' ta' identità ffirmata mis-Segretarju tal- Fondazzjoni u ħafna drabi malli tintwera din il-karta tal-identità l-kelb jitħalla jidħol. "Min qed juża dawn l-aċċessorji foloz qed joħloq ħafna stress u problemi lil min verament għandu bżonn dan is-servizz", sostniet Cassar. Apparti minn hekk, mal- ILLUM, Cassar sostniet li sikwit, dawn il-klieb jiġu mwaqqfa milli jidħlu ġewwa stabbilimenti. "Ġieli anke jwaqqfu lill- għalliema tagħna li jkunu akkompanjata b'kelb li qed jiġi mħarreġ." "L-ikbar problema tagħna hi li l-kundizzjoni jew diżabbiltà ta' persuna b'kelb ta' assistenza mhux dejjem tidher u allura sidien ta' stabbilimenti ma jemmnux li hu kelb ta' assistenza u ma jħalluhx jidħol," saħqet Cassar. Hi kompliet tispjega kif, reċentement, żdiedu l-applikazzjonijiet għall-klieb ta' assistenza minn familja b'ulied li huma fuq l-ispettru tal- awtiżmu. Barra minn hekk, il- fondazzjoni qiegħda wkoll toffri, s-servizz ta' dog therapy sessions ma' dawn it-tfal b'attenzjoni individwali. Il- fondazzjoni qiegħda wkoll tagħmel sezzjonijiet regolari ġewwa skejjel ma' bosta tfal u żgħażagħ b'diffikultajiet ta' tagħlim. Madankollu, dawn il-klieb ma jiġux ikkwalifikati, mil-lejl għan-nhar, hekk kif normalment dan il- proċess jieħu madwar sena u nofs. It-taħriġ tal-klieb ta' assistenza huwa maqsum f 'tliet fażijiet. Il-kelb l-ewwel jitgħallem kif iġib ruħu sew imbagħad jibda jiġi mgħallem diversi kompiti differenti li fil-futur se jkun mistenni jagħmel mal-persuna b'diżabbiltà. Fl-aħħar nett, il-kelb jgħaddi minn fażi ta' tqabbil. Fejn jittlaqqa' mal-persuna li se jkun qed jibda jaħdem magħha. Għalkemm, il- proċess ġeneralemnt jieħu madwar sena u nofs dan jiddependi fuq diversi fatturi bħall-abbilità tal- kelb innifsu u t-tip ta' servizz speċifiku li jkun qed jitħarreġ għalih. Il-Klieb ta' Assistenza jiġu magħżula mit-twelid għat-taħriġ għax jkunu klieb b'temperament kalm imma li għandhom kurżità u l-kapaċità li jitgħallmu. Madankollu, 4 minn kull 10 biss jiġu kkwalifikati. Kull razza ta' klieb tista' tiġi mħarrġa għal dan ix-xogħol iżda hemm xi razez li huma ħafna aktar imfittxija minn oħrajn, bħal 'labrador retrievers'. Intant, il-ġimgħa l-oħra, tlett iklieb Buddy, Harley u Faith, iggradwaw minn taħriġ speċjalizzat, li permezz tiegħu se jkunu qed jgħinu lil tlett itfal bil- kundizzjoni tal-awtiżmu. Is-Service Dogs Malta Foundation immexxija minn Joseph Stafrace twaqqfet biss tliet snin ilu u toffri bla ħlas dawn il-klieb lill-familji li għandhom bżonnhom. It- taħriġ jiswa mal-€15,000. F'diskors waqt din l-okkażjoni speċjali, stafrace qal li fil-ġejjieni il-fondazzjoni għandha pjan sabiex toffri taħriġ għal klieb li joffru assistenza għal persuni bid- dijabete u forom oħra ta' diżabbilità. 'Il qudddiem se nħarrġu klieb għal persuni neqsin mis-smigħ, persuni li jużaw siġġu tar-roti, u noffru wkoll 'pet therapy'". lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter POSTIJIET TA' TRAINEE LAWYERS FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI L-Uċċju tal-Avukat Generali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Trainee Lawyer. L-applikanti magħżula jigu impjegati fuq bazi full-time u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegha l-gimgħa. Kull min japplika għandu jkollu grad ta' Duttur tal-Liġi. Applikazzjonijiet u l-Curriculum Vitae għandhom jintbagħtu lil: Amministrazzjoni (JobsPlus 591/2017) Uċċju ta'l-Avukat Generali Il-Palazz, Misrah San Gorg Il-Belt, Valletta jew Email: ag@gov.mt Mhux aktar tard minn nhar il-Gimgha l- 1 ta' Dicembru sa nofsinhar. postijiet oħra fejn bil-liġi jistgħu jidħlu dawn il-klieb u għalhekk jfixklu ħafna lil min hu ġenwin", qaltilna Hi kompliet tispjega kif "kull għalliem li jkun ma kelb ta' assistenza jkollu karta' ta' identità ffirmata mis-Segretarju tal- Fondazzjoni u ħafna drabi malli tintwera din il-karta tal-identità l-kelb jitħalla "Min qed juża dawn l-aċċessorji foloz qed joħloq problemi lil min verament għandu bżonn dan is-servizz", sostniet Cassar. Apparti minn hekk, mal- ILLUM, Cassar sostniet li sikwit, dawn il-klieb reċentement, żdiedu l-applikazzjonijiet għall-klieb ta' assistenza minn familja b'ulied li huma fuq l-ispettru tal- awtiżmu. Barra minn hekk, il- fondazzjoni qiegħda wkoll toffri, s-servizz ta' dog therapy b'temperament kalm imma li għandhom kurżità u l-kapaċità li jitgħallmu. Madankollu, 4 minn kull 10 biss jiġu kkwalifikati. Kull razza ta' klieb tista' tiġi mħarrġa għal dan ix-xogħol iżda hemm xi razez li huma ħafna aktar imfittxija minn oħrajn, bħal 'labrador retrievers'. Intant, il-ġimgħa Sdieri 'foloz' joħolqu ħafna problemi lill-klieb tal-assistenza Il-kelb l-ewwel jitgħallem kif iġib ruħu sew imbagħad jibda jiġi mgħallem diversi kompiti differenti li fil-futur se jkun mistenni jagħmel mal- persuna b'diżabbiltà

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017