Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018| illum Aħbarijiet Żieda ta' €4,300 fil-paga medja Maltija f '10 snin FLAĦĦAR 10 snin il-paga medja annwali (average annual basic salary) f 'Malta żdiedet bi ftit aktar minn €333 kull xahar. Fil- fatt il-paga medja Maltija żdiedet b'€4,300 mill-2008 sat-tielet kwart tas-sena l-oħra, meta l-paga medja f 'pajjiżna kienet tilħaq is- €17,858. Iż-żidiet kienu kontinwi u prattikament tal-istess daqs, għalkemm skont iċ-ċifri tal-Labour Force Survey jirriżulta illi l-akbar żidiet seħħew bejn is-snin 2009 u 2010, kif ukoll bejn is-snin 2015 u 2016. Bejn l-2009 u l-2010 l-paga medja f 'pajjiżna żdiedet b' €670 fis-sena, minn €13,833 għal €14,505. Bejn l-2015 u l-2016 il-paga medja żdiedet b'€690 fis-sena, minn €16,559 għal €17,253. Sat- tielet kwart tas-sena 2017 il- paga medja Maltija kienet ta' €17,858 li hija ftit iktar minn €600 mis-sena 2016 kollha. Intant skont informazzjoni mogħtija minn Jobs Plus jirriżulta illi l-persentaġġ ta' ħaddiema li jaħdmu fis-settur pubbliku fuq bażi 'full-time' fl-2016 kien fl-inqas livell. Matul dik is-sena kienu ftit inqas minn kwart, jew 24.7%, ta' dawk kollha f 'impjieg 'full-time' li jaħdmu mal-Gvern. Min- naħa l-oħra 75.3% kienu jaħdmu mal-privat. Iż-żieda f 'dawk li jaħdmu mal-privat u t-tnaqqis fil-persentaġġ ta' dawk li jaħdmu f 'entità tal-Gvern jew parastatali, kienet waħda kontinwa mis-sena 2008 lil hawn. Fl-2008 kien hemm 28.5% tal-ħaddiema fultajm li kienu jaħdmu mas-servizz pubbliku u 71.5% li kienu jaħdmu mas-settur privat. Din l-informazzjoni hija biss relatata ma' persentaġġi u għalkemm il- persentaġġ ta' nies jaħdmu mal-Gvern naqas b'madwar 4%, dan ma jfissirx illi naqas in-numru. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Edward Scicluna għall-mistoqsijiet Parlamentari tad-Deputat Laburista Clayton Bartolo. 84 persuna tirriżenja mill-forzi tal-ordni fl-2017 MATUL is-sena 2017, 84 membru tal-Korp tal-Pulizija u membru tal-Forzi Armati rriżenjaw qabel ma kienu laħqu għaddew il-25 sena ta' servizz. Ċifri żvelati fil-Parlament juru kif kienu b'kollox 24 membru tal-Korp tal-Pulizija li rrizenjaw qabel m'għaddew il-25 sena ta' servizz, filwaqt li kienu 60 dawk li daħlu fil-Forzi armati u telqu qabel m'għamlu l-perjodu li jwassal għall-pensjoni tas-servizz. Interessanti kif ftit inqas minn nofs dawk li matul l-2017 irriżenjaw mill-Forzi Armati kienu rekluti, u allura suldati ġodda. Intant matul din is-sena se jkunu qegħdin jitilqu mill-Korp 27 membru, uħud permezz ta' riżenji u oħrajn permezz ta' rtirar bil-pensjoni. Matul dan ix-xahar biss se jirriżenjaw jew jispiċċaw mis-servizz 12-il Pulizija, filwaqt illi matul is-sena dan in-numru se jvarja, minn xejn għal erbgħa f 'xahar. Il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia fil-Parlament qal illi l-ammont ta' persuni li se jispiċċaw mis-servizz matul l-2018 jirrapreżenta ftit inqas minn 1.2% tal-ammont globali ta' pulizija. Qal ukoll illi bħala kontinġenza matul din is- sena se jsiru reklutaġġi oħrajn. Farrugia fakkar ukoll illi se jkunu b'kollox 17 dawk l-għases madwar il-pajjiż li se jsir xi forma ta' manutenzjoni fuqhom. Dawn jinkludu, fost oħrajn, dik ta' Bormla, il-Qawra, in-Naxxar, il- Ħamrun, iż-Żurrieq u Tas-Sliema. Dwar l-għases u l-pulizija li rriżenjaw fl-2017 il-Ministru Farrugia kien qed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad- Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami. Dwar Pulizija li se jispiċċaw mis-servizz fl-2018, kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat tal- Partit Demokratiku Godfrey Farrugia. Workers

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018