Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 F tit xhur ilu tfakkar il- 50 anniversarju minn meta l-Parlament Ingliż approva l-liġi li tippermetti l-abort fil-pajjiż. Tul dawk il-50 sena seħħew il-għadd enormi ta' 8, 894, 355 abort. David Steel, il-membru Liberali li ppreżenta l-liġi, stqarr hu nnifsu li ma kienx qed jistenna ammont hekk kbir. Fost id-diversi tifkiriet kien hemm ukoll xi knejjes li daqqew mota ta' niket dakinhar tal-jum li fih ħabat l-anniversarju. Dak iż-żmien kien għadu għaddej dibattitu dwar meta tibda l-ħajja tal-bniedem, bil-jeddijiet kollha li jmorru magħha. Illum huwa fatt medikament stabbilit u aċċettat li l-ħajja ta' bniedem ġdid, indipendenti u identifikabbli tibda tabilħaqq mal-waqt tat-tnissil. Minn hemm jibda l-jedd għall-ħajja. Lord Alton Lord Alton, membru prominenti Kattoliku tal-Parlament kiteb nota interessanti fir-rivista Catholic Herald:- "Ippruvali li l-ħajja ma tibdiex mat-tnissil u jien inbiddel il-fehma tiegħi dwar il-ħarsien ta' ħajja ġdida. Sakemm dan ma jsirx, jien se nissokta ninsisti fuq l-artiklu 3 tad-Dikjarazzjoni Universali tal-Jeddijiet tal-Bniedem – kull bniedem għandu l-jedd għall-ħajja, u nittama li qabel jgħaddu 50 sena oħra l-liġijiet u prinċipji tagħna jkunu jirriflettu dawn il-veritajiet". Mijiet ta' Maltin Jekk wieħed iħares ftit lejn iċ-ċifri li juru kemm seħħew aborti fl-Ingilterra, fosthom mijiet ta' aborti minn Maltin, wieħed jagħraf li l-mewt permezz t'abort seħħet kull 3 minuti jew seħħew 20 mewt kull siegħa. Jagħraf ukoll kemm somom enormi ta' flus ingħataw biex istituzzjonijiet privati jkunu jistgħu wkoll jagħmlu l-abort. U jagħraf ukoll li l-qdusija tal-ħajja tal- bniedem sabet ruħha mormija fil-laned taż-żibel Huwa fatt magħruf li l-abort qed ikun ipprattikat bil-għan li ċerti persuni li jkunu se jitwieldu b'ċerti diżabilitajiet ma jitħallewx jaraw id-dawl tax-xemx. Dawk id-29 Fil-kitba tiegħu Lord Alton ta ġieħ lil dawk il-membri tal- Parlament Ingliż – 29 fil-għadd – li vvotaw kontra t-tieni qari tal-liġi proposta għax basru li l-abort jekk isir legali se jintuża mhux bħala xi ħaġa rari u eċċezzjonali imma se toħloq industrija ġdida u qerrieda li tkun tiswa l-belli liri. Lord Alton stqarr ukoll li l-Ġurament Ippokratiku li soltu jieħdu t-tobba u li jikkundanna ċar l-abort qed jitwarrab mill-korsijiet tal- mediċina. Anke x-xjenza Anke x-xjenza qed tagħmel reviżjoni tal-ideat li qed ixxerred. F'editorjali tal- magazin 'Nature' kien hemm din ix-xhieda:- "Id-dinja tiegħek issawret fl-ewwel 24 siegħa wara tnissilek. Fejn ikunu rasek u saqajk, liema naħa se jkun dahrek u liema naħa żaqqek. Dawn kollha ħarġu ċari fil-minuti u fis- sigħat wara li l-isperma u l-bajda ngħaqdu flimkien". Il-jedd għall-ħajja Fid-diskussjoni li ssir dwar l-abort trid toħroġ ċara li l-jedd għall-ħajja jiġi l-ewwel. 24 Biogra ja minn Alfred Consiglio G eorge Howell twieled fil-15 ta' Ottubru 1833 f 'Wrington, Somerset, l-Ingilterra. Huwa kien il-kbir fost tmint itfal ta' bennej. Howell studja fi skola primarja fi Bristol sa ma kellu tnax-il sena, u wara beda jaħdem ma' missieru, li kellu kumpanija żgħira fl-industrija tal-bini. F'ġimgħa kien jaħdem tnax-il siegħa bħala wieħed li jagħti l-qatran, u wara bħala ħaddiem tat-tqegħid taċ-ċangaturi. Huwa kien iħobb jaqra, u fost il-kotba, il-favoriti tiegħu kienu 'Book of Martyrs' ta' John Foxe u 'The Pilgrim's Progress' ta' John Bunyan. Howell kien jobgħod ix-xogħol ta' bennej, u għalhekk beda jaħdem ta' skarpan. Ħafna min-nies li ħadem magħhom kienu Kartisti attivi, u ressquh lejn ġurnali radikali fosthom in-'Northern Star' u r-'Red Republican'. B'riżultat t'hekk, huwa ssieħeb mal-moviment kartist fl-1848. Kollegi oħrajn kienu Metodisti, u Howell attenda xi laqgħat tagħhom f 'Wrington Chapel, u sar predikatur lajk. Huwa mar jgħix Londra fl-1854 fejn reġa' beda jaħdem ta' bennej minħabba li ma setax isib xogħol ta' skarpan. Howell kien jattendi laqgħat politiċi radikali fejn iltaqa' ma' Marx, George Holyoake (1817-1906), Charles Bradlaugh (1833-1891) u Frederic Harrison (1831- 1923). Huwa ssieħeb mal-Operative Bricklayers' Society fl-1859, u lagħab parti fi strajk b'appoġġ għal ġurnata xogħol ta' disa' sigħat. Flimkien ma' Robert Applegarth (1834-1924) huwa sar trejdunjonist ewlieni, u kien "blacklisted" mis-sidien għal ħames snin. Howell kien elett fl- eżekuttiv tal-London Trades Council (LTC) fl-1861 u nħatar is-segretarju tal- LTC. Huwa involva ruħu fil-kampanja għal vot għal kulħadd, u nħatar segretarju tar-Reform League fl-1865. Howell organizza dimostrazzjonijiet f 'Londra fl-1866 u fl-1867, u lagħab parti importanti fil-kampanja tal-Att ta' Riforma tal-1867. Huwa ma kienx sodisfatt bir-riforma, u kompla jikkampanja għal vot għal kulħadd. Fl-1871 huwa nħatar segretarju tat-Trades Union Congress (TUC), u kkontribwixxa regolarment għall-ġurnal trejdunjonist "The Bee-Hive", u wkoll ippubblika numru ta' kotba matul is-snin tal-1870. Howell ikkontesta l-elezzjonijiet tal-1868 u l-1874 iżda ma kienx elett. Fl-1885 ġie elett bħala liberali għal Bethnal Green North East, Londra. Fil- parlament huwa tħabat biex jgħaddi l-'Merchant Shipping Act' tal-1894. Huwa ma kienx elett fl- elezzjoni tal-1895. Huwa rtira mill-ħajja pubblika minħabba saħħa, u t-TUC tah £1650 biex jixtri assigurazzjoni. Huwa miet fis-16 ta' Settembru 1911. George Howell (1833-1911) DUN ANG SEYCHELL 8,894,355 abort f '50 sena Jekk wieħed iħares ftit lejn iċ-ċifri li juru kemm seħħew aborti fl- Ingilterra, fosthom mijiet ta' aborti minn Maltin, wieħed jagħraf li l-mewt permezz t'abort seħħet kull 3 minuti jew seħħew 20 mewt kull siegħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018