Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 | illum Sports 27 minn Cristian Antony Muscat Tarxien R ........................1 Lija A ..............................2 LIJA Athletic dawru telfa f 'rebħa ta' 2-1 kontra Tarxien Rainbows. Fis-26 minuta Tarxien Rainbows ħolqu l-ewwel periklu meta x-xutt ta' Samba Tounkara kien imtajjar b'diffikultà mill- goalkeeper Martinelli. Minuta wara Schembri ta' Lija Athletic wettaq fawl fil-kaxxa fuq Azzopardi u r-referi Stefan Pace kien pront u ordna penalty. Mill-11-il metru nkariga ruħu Ricardo Silva Faria li ma żbaljax hekk kif tefa' l-ballun naħa u l-goalkeeper avversarju n-naħa l-oħra. Fit-52 minuta Lija Athletic, irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs meta wara li rċieva minn korner ta' Erjon Beu, Ousmane Sidibe kien pront u tefa' l-ballun fix-xibka. Tmien minuti wara, Lija Athletic skorjaw il-gowl tant importanti tar-rebħa meta Erjon Beu minn qagħda tajba u b'ċertu abilità tefa' l-ballun fix-xibka. Fid-79 minuta, kompla jberraq għal Tarxien Rainbows, meta l-awtur tal-gowl uniku għalihom, Ricardo Faria rċieva t-tieni karta safra biex b'hekk tkeċċa u r-Rainbows spiċċaw jilagħbu b'10 plejers. Tarxien R. Vella, Scicluna, Baker (Dieye 65'), Grech, Radovanovic, Mitrev, Agius (Cipriott 75'), Azzopardi (Brincat 78'), Calin, Silva Faria, Tounkara Lija A. Martinelli, Sidibe, Babic, Saavedra (Clinch 46'), Sammut, Scerri, Schembri, Celis (Sammut 72'), Hirose, Kooh Sohna, Beu Referi Stefan Pace minn Cristian Antony Muscat Mosta ...................... 1 Zejtun C ................... 2 ZEJTUN Corinthians kisbu rebħa ferm drammatika ta' 2-1 kontra Mosta biex b'hekk kisbu l-passaport għas- semi-finali tal-FA Trophy. Kienu Mosta li ħoqlu l-ewwel periklu wara biss ħames minuti meta cross-shot ta' Leonardo Ferreira Il-Corinthians komplew jattakkaw u fit-13-il minuta freekick ta' Neil Tabone ntemm ftit barra. Il-Mostin reġgħu ħolqu l-periklu wara kwarta logħob permezz ta' xutt angulat ta' Leonardo Ferreira li iżda sab lill-goalkeeper tal-Corinthians, Dunstan Zarb, attent u dawwar tajjeb f 'korner. Il-Corinthians bdew juru logħob tajjeb u fetħu l-iskor fis-37 minuta meta fost taħwida fil-kaxxa Adam Smeir mill-viċin għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras tefa' l-ballun fix-xibka. Fis-86 minuta, Mosta, qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom permezz ta' karta ħamra diretta, Zac Brincat, wara li deher jagħti daqqa ta' minkeb lil Neil Tabone. Iżda Mosta ġabu l-iskor indaqs fid-90 minuta meta minn indeċiżjoni fid-difiża tal-Corinthians, Leonardo Ferreira, mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Iżda kienu Zejtun Corinthians li inkredibbilment ħarġu rebbieħa meta fil-ħin miżjud, Clayton Giordmaina, indirizza kross sabiħ lejn Johan Alberto Castano li permezz ta' xutt mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Mosta Vella, Ferreira, Tanti, Dos Santos, Magro, Mansi, Farrugia, Ifeanyi Nworah (Frendo 71'), Xuereb (Brincat 53'), Maric, Veronese Zejtun C. Zarb, Albanese, Scozzese, Giordmaina, Camilleri, Tabone, Elhussieny, Farrugia (Dalli 53'), Sato, Castano, Smeir (Vella 65') Referi Ishmael Barbara SPORTSillum Lija Athletic idawru telfa f 'rebħa Azzjoni mill-konfront bejn Zejtun Corinthi- ans u Mosta ERJON BEU Twieled fl-Albanija fit-13 ta' Lulju 1991 u għandu 26 sena. Skorja l-gowl tant importanti li tefa' lil Lija Athletci fil-kwarti tal-finali tal-FA Trophy. Jilgħab fl-irwol ta' attakkant. Rebħa drammatika għal Zejtun Corinthians ADAM SMEIR Skorja l-ewwel gowl tal- Corinthians f'din il-partita. Ingħaqad ma' Zejtun Corinthians mingħaand Rabat Ajax fil-ġimgħat li għaddew. Huwa skorer prolifiku fejn isib ix-xibkab'mod kostanti. Ritratt - Dominic Borg Ritratt - Domenic Aquilina / MFA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018