Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Balzan ......................... 2 Naxxar Lions ................ 0 BALZAN ħallew għall- aħħar biex jegħlbu l-isfida ta' Naxxar Lions bl-iskor ta' 2-0. Fl-20 minuta Balzan rebħu penalty meta l-captain ta' Naxxar Lions Angus Buhagiar miss il-ballun b'idu fil-kaxxa, biex kawża t'hekk spiċċa wkoll imkeċċi permezz ta' karta ħamra diretta. Iżda mill-11-il metru nkariga ruħu Bojan Kaljevic li naqas milli jitfa' l-ballun fix-xibka hekk kif ra lill-goalkeeper Awstrijakk ta' Naxxar Lions, Christoph Nicht, isalva tajjeb. Fis-66 minuta kien imiss lil Balzan li jispiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom Alfred Effiong wara li rċieva żewġ karti sofor fil- partita. Fit-82 minuta, Balzan marru fil-vantaġġ meta Paul Fenech għadda through pass lejn Alex Da Paixao Alves li dar tajjeb mad-difiża ta' Naxxar Lions u żmarkat quddiem Christoph Nicht tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka. Tmien minuti wara, Balzan irduppjaw l-iskor biex issiġillaw ir-rebħa meta Alex Da Paixao Alves għadda tajjeb lejn Paul Fenech li waħdu quddiem Christoph Nicht ra l-ballun jispiċċa f 'saqajn Alex Da Paixao Alves wara li ġie devjat, biex dan tal-aħħar mingħajr ebda diffikultà tefa' l-ballun f 'lasta vojta. Balzan Mintoff, Bezzina, Giglio de Oliveira, Bozovic, Serrano Valero, Da Paixao Alves, Lepovic, Ljubomirac, Fenech, Effiong, Kaljevic Naxxar Nicht, Buhagiar, Henriques Santos Caetano, Grech, Souza Duarte Junior, Verissimo Casarotto, Micallef, Belhadj, Bonnici, Diego Moser, De Jesus Messias minn Cristian Antony Muscat Hamrun S .......................0 Sliema W ........................1 SLIEMA Wanderers kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Ħamrun Spartans. Kienu l-Wanderers li ħolqu l-ewwel periklu wara sitt minuti meta Frank Temile xeħet cross fil-baxx għan-nofs lejn Nikola Milincenau li iżda waħdu quddiem il- goalkeeper avversarju, laqat il-ballun ħażin li finalment intemm barra. L-Ispartans irrispondew ħames minuti wara meta Alex Nilsson laqat il-ballun ħażin li ntemm barra mil-lasti tal-goalkeeper tal- Wanderers, Glenn Zammit. Sliema Wanderers fetħu l-iskor fil-41 minuta meta wara li rċieva minn korner ta' Frenci Qeros, għola tajjeb Goran Adamovic li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża mill- viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hamrun Spartans, ħarġu iktar aggressivi u bdew jidhru aktar determinati li jġibu l-iskor indaqs. Mas-siegħa logħob, Alex Nilsson, xeħet cross lejn Marco Criaco, li iżda mill-viċin ra d-daqqa ta' ras tiegħu tintemm ftit għoli. Erba' minuti biss wara, reġa' kien Marco Criaco, li ħoloq il- periklu din id-darba permezz ta' freekick insidjuż li iżda sab lil Glenn Zammit attent. Il-Wanderers wieġbu tliet minuti wara meta Nikolae Miinceau kellu xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa li mpenja lill-goalkeeper tal-Ispartans, Steve Sultana, li salva tajjeb. Fit-72 minuta, Hamrun Spartans, tilfu ċans tad- deheb li jġibu l-iskor indaqs meta s-sostitut Arthur Faria Machedo kellu xutt nofs għoli mill-viċin li ntemm ftit barra. Hamrun S. Sultana, Criaco, Zerafa, Micallef (Micallef 69'), De Castro, Galea (Faria Machedo 62'), Caruana, Espindola De Paula, Souza Da Silveira (Succi 80') , Camilleri, Nillson Sliema W. Zammit, Bianciardi, Temile, Qeros (Agius 90'), Scerri, Mintoff, Sansone (Aquilina 87'), Muchardi, Ni Nortey, Adamovic, Milincenau (Xuereb 80') Referi Trustin Farrugia Cann Balzan iħallu għall-aħħar biex jegħlbu lil Naxxar Lions Daniel Zerafa jip- prova jisraq il-ballun mingħand Frank Temile ALEX DA PAIXAO ALVES Skorja doppjetta personali f'din il-partita. Ingħaqad ma' Balzan mingħand Tarxien Rainbows matul is-sajf li għadda. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil-futbol lokali. Sliema Wanderers jiksbu rebħa minima fuq Ħamrun Spartans GORAN ADAMOVIC Skorja l-gowl tant importanti għal Sliema Wanderers. Huwa akkwist riċenti tal- Wanderers. Lagħab ukoll ma' Red Star Belgrade u FK Partizan. Ritratt - Dominic Borg Ritratt - www.balzanfc1937.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018