Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 Sports 30 "Aħna l-Għawdxin fejn ħa nipprattikaw it- Triathlon?" - Marvic Mizzi minn Cristian Antony Muscat MARVIC Mizzi huwa atleta li jipprattika t-Triathlon mir-Rabat, Għawdex. Għandu 36 sena u jikkompeti f 'xi tlielaq f 'pajjiżi oħra li jissejħu 'Ironman' b'distanzi twal. Jittrenja taħt il-gwida tal-kowċ Fabio Spiteri li sar jafu daqs erba' snin ilu. Għadu ġej minn Ateni fejn għamel full marathon u kienu tmien Għawdxin. F'Malta n-numru ta' nies li jipprattikaw it-triathlon qiegħed dejjem jiżdied iżda sfortunatament ġewwa Għawdex għadu limitat. Mizzi tana aktar dettalji: "Fejn nittrenjaw huwa difficli għalina u qatt ma sibna għajnuniet mill-ebda Gvern. Jekk immorru fis-sezzjoni tal-għawm ġewwa Għawdex ħlief il-baħar fis-sajf m'għandniex li jiena nħoss li hija inġustizzja kbira għalina. Nitla' darba fil-ġimgħa Malta biex niltaqa' mal-kowċ u nagħmel siegħa taħriġ fil-Pixxina Nazzjonali ta' Malta u hemm nuri li għandi din id-dedikazzjoni kbira lejn dan l-isport. Hemmhekk trid tkun biex tara pensjonanti fil-ħin liberu tagħhom imorru jgħumu u tfal tal-iskola jeħduhom bħala lezzjoni waqt l-iskola. U aħna l-Għawdxin fejn ħa mmorru nippratikaw dan l-isport? U kif ħa nbegħdu lin-nies mill- isptarijiet u l-mard? Inħossni mdejjaq meta nibda naħseb biss nixtieq kieku jsir jew jibda xi żvilupp dwar l-isport tal- għawm. Naqbżu fuq ir-rota tal-inqas bdejna nsibu rispett minn xufiera u jagħtuna dak iċ-ċans u jirrispettawna fit-toroq avolja xi kultant issib xi wieħed li ma jaċċettaniex. Fl-1 ta' Ġunju tal- 2015 kelli inċident fejn karozza saqet fuqi u kelli xorti minn Alla li għadni ħaj u bis-saħħa tat-tfajla tiegħi Doriann Farrugia u l-kowċ komplejt fejn kont ħallejt. Il-ġiri huwa l-isport li bdejt fil-bidu biex qtajt is-sigaretti u dħalt fid-dinja tal-isport. F'Għawdex in- numru ta' atleti dejjem qed jikber u jissaħħaħ ukoll. U trid tqis li meta niġu biex nittrenjaw fit-trakka għandna bżonn waħda ta' 400 metru li aħna f 'Għawdex nittrenjaw fit-trakka taż- Żwiemel u li mhix tajba għalkemm aħna nirraġunaw li la għandna lilha, niddubbaw biha. Aħna ġewwa Għawdex, għandna t-talent, qed nużawh u ma jgħinuniex biex inkabbruh," temm jgħid Marvic Mizzi. Marvic Mizzi -azzjoni Imniedi logo ġdid għall-Għażliet Sportivi Nazzjonali META fadal ftit iktar minn xahar għall-iSport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, li hu l-akbar avveniment annwali organizzat mill-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma' Sport Malta, ġie imniedi logo ġdid. Dan il-logo li huwa ddisinjat fuq dak tradizzjonali, ingħata dehra ġdida mid-disinjatur Samuel Agius Livori. Fih hemm il- kulur aħmar li hu sinonimu ma' Sport Malta, id-disinn dinamiku li jirrapreżenta l-attività sportiva u l-pinna tal-ġurnalist li jwassal lill- pubbliku l-avvenimenti sportivi nazzjonali. Għal din is-sena is-serata tal-iSport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, se tittella' nhar is-Sibt 17 ta' Frar fis-Sala tal-Konferenzi, f 'Dar il-Mediterrann, fil- Belt Valletta u tibda għall- ħabta tad-8:45 ta' filgħaxija. Serata ta' madwar sagħtejn li se tkun imxandra b'mod dirett fuq l-istazzjon TVM2.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018