Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 | illum Sports 33 PHILIPPE COUTINHO - Liverpool huma lesti li jagħtu l-flus lura lil dawk il-partitarji li laħqu xtraw il-flokk numru 10 tal-Brażijan Coutinho. Dan tal-aħħar ingħaqad ma' Barcelona u b'hekk ħalla lil diversi partitarji diżappuntati illi għallinqas ma baqax sal-aħħar tal-istaġun magħhom. Kelliem mill-klabb ta' Merseyside qal illi dawk li laħqu xtraw il-flokk ser jiġu kkumpensati b'vawċer ta' 50 lira sterlina. MICHY BATSHUAYI - Seville huma ħerqana illi jieħdu b'self sal-aħħar tal-istaġun lill-attakkant ta' Chelsea Michy Batshuayi. Dan il-plejer Belġjan ta' 24 sena ftit qed isib bibien miftuħa matul dan l-istaġun mill-kowċ Antonio Conte u dan il-fatt qed jinkwetah mhux ftit hekk kif jixtieq jilgħab aktar biex jintgħażel mat-tim nazzjonali għat-Tazza tad-Dinja tas-sajf illi ġej. Batshuayi ilu ma' Chelsea għal sena u nofs u lagħab biss 31 partita filwaqt illi skorja 7 goals. ANTOINE GRIEZMANN - L-attakkant ta' Atletico Madrid Antoine Griezmann qed jiġi avvinċinat minn Manchester United sabiex eventwalment jingħaqad magħhom. Il-player Franċiż sar jaf b'dan kollu u ġie rrapurtat illi qed jitlob €450,000 fil-ġimgħa sabiex jaċċetta din l-offerta. Anke Barcelona jinsabu attirati minn dan il-plejer illi sar l-idolu tal-poplu Franċiż wara l-aħħar wirjiet tiegħu mat-tim nazzjonali kif ukoll għax qed jiskorja goals importanti. THEO WALCOTT - Theo Walcott huwa determinat illi jħalli temporanjament lil Arsenal u jmur jilgħab b'self ma' xi tim ieħor sabiex ikollu ċans jiġi mgħajjat għat-tim nazzjonali Ingliż għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja fis-sajf illi ġej. Peressli l-kowċ Arsene Wenger ftit qed jinkludih mal-ewwel ħdax qed iġiegħel lil dan il-plejer ta' 28 sena jittanta xortih x'imkien ieħor. Walcott ser jiskadilu l-kuntratt fl-aħħar ta' dan l-istaġun u għadu bejn ħalltejn jekk iġeddux jew le. MESUT OZIL - Juventus huma lesti illi jippruvaw jiksbu s-servizzi tal-midfielder Ġermaniż ta' Arsenal Mesut Ozil iktar u iktar jekk hu ma jirnexxielux jiftiehem ma' Manchester United illi tant issemmew għalih. Din l-aħbar setgħet tinqara fil-Corriere dello Sport bil-plejer li jinsab bla kuntratt fl-aħħar tal-istaġun u li ssemma' illi jista' jinxtara mir-Red Devils għas-somma ta' €40 miljun. Minkejja kollox l-affarijiet għadhom ma ċċaqalqux u kien għalhekk illi l-Bianconeri daħlu fit-taqtiegħa ħalli bla mistenni jiffirmaw lil dan il- plejer. JONNY EVANS - Wara li kif imħabbar minn The Sun, sitt plejers ta' Arsenal ser ifittxu xortihom barra mill- Emirates Stadium, id-diriġenti tal-Gunners qegħdin jaħsbu biex isaħħu l-iskwadra u eventwalment isibu plejers illi jieħdu post dawk li sejrin. Huma qed ifittxu difensur u peress illi għalissa Daniele Rugani ta' Juventus għadu ferm 'il bogħod, għajnejn il-kowċ Arsene Wenger marru fuq il-plejer ta' West Bromwich Albion, Jonny Evans. MATTEO DARMIAN - Id-difensur ta' Manchester United Matteo Darmian mhux qed isib post fl-ewwel ħdax tal-kowċ Jose Mourinho u dan il-fatt qed idejjaq mhux ftit lill-plejer ta' 28 sena. Darmian mhux qed isib spazju fit-tim tar-Red Devils minkejja l-paċenzja u anke d-dedikazzjoni li qed juri. Dan il-fatt ma ħarabx diversi klabbs Taljani tas-Serie A illi qed jisperaw li jakkwistawh ma jdumux. Wieħed minn dawn it-timijiet illi jidher favorit huwa propju Juventus illi qed iħares lejn Darmian bħala element importanti fil- qalba tad-difiża. ROSS MCCORMACK - Il-plejer illi huwa proprjeta' ta' Aston Villa Ross McCormack bħalissa jinsab b'self ma' Melbourne City fl-Awstralja. Wara li lagħab l-ewwel parti tal-kampjonat Awstraljan jidher illi għoġbu x-xogħol u għalhekk qed jitlob lit-tim illi jilgħab fiċ-Championship Ingliża sabiex jibqa' hemmhekk sal-aħħar tal-istaġun. Dan kollu ġie żvelat fil-gazzetta The Sunday Mail hekk kif il-kuntratt ta' self tal-plejer ta' 31 sena ser jiskadi fis-26 ta' Jannar illi ġej. IVAN RAKITIC - Il-plejer ta' nofs il-grawnd ta' Barcelona Ivan Rakitic jista' jiċċaqlaq minn mal-klabb Blaugrana wara l-akkwist riċenti ta' Philippe Coutinho. Dan il-fatt qed jikkonfondi lill-plejer illi jaf li l-ispazju tiegħu jista' jonqos fl-ewwel 11 ta' Ernesto Valverde. Żewġ klabbs Ingliżi qed isegwu dan il-fatt mill-viċin hekk kif is-sit Spanjol sostna illi kemm Arsenal kif ukoll Liverpool lesti li jagħmlu minn kollox sabiex jiksbu l-firma tiegħu sa minn dan ix-xahar. X'qed jinħema mix-xena tal- futbol internazzjonali...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018