Illum previous editions

Illum 21 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/929714

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 21 ta' Jannar 2018 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Peressli missieri kien iħobb ħafna l-futbol, il-ġenituri tiegħi malajr iddeċidew illi ta' erba' snin idaħħluni ma' xi nursery sabiex nibda nipprattika dan l-isport. Fil-fatt missieri kitibni man-nursery tal-Hibs. Hemmhekk bdejt it-triq tiegħi bħala plejer tal- futbol, xi ħaġa li għadha għaddejja sal-lum il-ġurnata. Kif tqisha l-esperjenza li kellek fin- nursery tal-Hibernians? Kont għal qalbi ħafna ma' din l-akkademja. Inzerta li fil-grupp tiegħi konna plejers tajbin ħafna tant illi rbaħna ħafna unuri u kompetizzjonijiet. Il-kowċis kienu jorganizzawlna ħafna attivitajiet u saħansitra kien ikollna anke turnaments barra minn xtutna fejn konna mmorru tajjeb ħafna. Tista' tgħid illi mal-Hibs tgħallimt ħafna u dan it- tagħlim li ħadt bqajt inġorru sal- lum il-ġurnata. Wara Hibs, int ingħaqadt ma' Tarxien Rainbows. Kif tiddeskrivih iż-żmien li qattajt magħhom u kif kont tmur mal-kowċ ta' dak iż-żmien Jacques Scerri? Mar-Rainbows għamilt tliet snin u f 'dan iż-żmien komplejt nitgħallem dejjem aktar tant illi kelli r-responsabbiltà kbira li nkun captain ma' tim tal-Premier. Dan il-pass għenni ħafna fil-karriera tiegħi għax tani ċerti kwalitajiet li mmexxi lit-tim u nara li kollox ikun kif suppost. Ftit tax-xhur ilu ngħaqadt ma' Ħamrun Spartans. Kif qed issibek f 'din l-avventura l-ġdida tiegħek? Nemmen illi dan il-pass ġabli qabża fil-kwalità fil-karriera tiegħi. Ħamrun għandhom professjonalità kbira, il-faċilitajiet tagħhom huma tajbin ħafna. Naf illi issa żdiditli l-pressjoni iżda minkejja kollox din tagħmel tajjeb ukoll. Fil-Ħamrun hemm il-mentalità li trid tirbaħ akkost ta' kollox u dan il-ħsieb jaqbel ħafna ma' kif naħsibha jien. M'hemmx dak il-ħsieb illi titlef jew ġejt dro qisu xejn mhu xejn anzi t-tim dejjem jimmira għal tragwardi għolja. Kemm għenek il-kowċ Jacques Scerri fil-karriera tiegħek? Ma' dan il-kowċ kont diġà qattajt sentejn ma' Tarxien Rainbows u allura nafu lil xulxin sew. Hu kien il- moħħ li llum qiegħed ma' Ħamrun Spartans. Jacques għallimni ħafna kemm ili miegħu. Huwa jemmen ħafna fija u ġieli jtini r-responsabbilità ta' captain jew viċi captain waqt il-logħba. Huwa bniedem illi jisma' l-opinjoni tiegħi u nista' niddeskrivih bħala wieħed mill-aqwa kowċis illi hawn Malta. Taqbel ma' kampjonat b'erbatax-il tim? Biex ngħidlek il-verità fil-bidu ma kontx naqbel għax kont nemmen illi jonqos il-livell iżda meta tikkonsidra kif qed jiżvolġi l-kampjonat, l-ebda tim mhu inferjuri għal ieħor. Meta ftit ilu lgħabna kontra n-Naxxar Lions minkejja li rbaħna, xorta tawna logħba tajba l-istess bħalma għamlu Tarxien, Lija u St Andrews. Nemmen illi hemm ċertu bilanċ f 'dan l-istaġun u fl-ebda mument ma tista' tgħid illi ħa tinżel tilgħab u ħa tirbaħ żgur. Kemm jgħinek il-fatt illi l-mara tiegħek hija involuta fix-xena sportiva? Iva, dan il-fattur qed jgħinna kemm lili kif ukoll lilha. Meta hi gradwat saret taf aktar dwar kif sportiv għandu jagħmel dieta tajba u b'hekk id-dar nieklu ikel li huwa tajjeb għas-saħħa. Kemm ili magħha nħoss illi għamilt qabża fil-kwalità mil-lat fiżiku. Fil- fatt meta int tilgħab id-90 minuta, speċjalment jekk ikunu intensivi, din id-dieta tgħinek biex tibqa' għaddej u ma tiqafx anke għax mhux qed tiekol ikel partikolari. Il-fatt illi ġejt imsejjaħ mat-tim nazzjonali bla dubju jimmotivak. Kif ħassejtha din l-esperjenza li tkun fl-iskwadra fil-partita ta' ħbiberija kontra l-Estonja? Bla dubju illi meta plejer jiġi msejjaħ mat-tim nazzjonali, ikun qed iwettaq ħolma kbira u apparti minn hekk huwa tragward importanti fil-karriera tiegħek. Meta l-kowċ nazzjonali jsejjaħlek sinjal illi tkun għaddej minn forma tajba mat-tim illi tkun qed tilgħab miegħu. Jien personali kont kuntent illi ġejt imsejjaħ għax fl-istess ħin ġejt ippremjati tal-isforzi u s-sagrifiċċju li nkun għamilt. Issa biex tintgħażel iktar faċli milli biex tilgħab. Jien issa rrid immur għall-iskaluna li jmiss, dik illi nilgħab u apparti minn hekk inżomm posti fl-iskwadra. Kont tħoss illi kellek tkun imsejjaħ ma' Malta aktar qabel fil-karriera tiegħek? Ħafna kienu jgħiduli hekk però jien tip ta' bniedem illi kapaċi nistenna u fl-istess ħin dak iż-żmien ma kinitx prijorità għalija. Il-konċentrazzjoni tiegħi kont inżommha sabiex nagħti wirjiet tajbin. Jien nemmen illi kollox jiġi f 'ħinu u f 'waqtu u għalhekk li ma ridtx nagħmel pressjoni lili nnifsi dwar dan it-tragward. Issa wasal dan il-mument u xogħli hu li nibża' għalih. Bħala post fejn titrenjaw sodisfatt minnu? Il-grawnd il-ġdid li għamlu fl- Istejdjum taċ-Ċentinarju huwa tajjeb ħafna u anke dak li hemm preżentament ta' Ħamrun Spartans. Nemmen illi kieku l-grawnds jixxarrbu qabel ma jibdew il-logħob jgħin iktar ħalli l-logħob ikun veloċi u jkun hemm inqas ċans illi teħel sieqek. L-MFA kif tħares lejha? Għandek fiduċja fl-amministrazzjoni tal-MFA? Iva, għax nemmen illi kulma jagħmlu hu kollu għall-ġid tal-futbol Malti. Mhux faċli twettaq bidla fil-kultura u l-mentalità tal-plejers, trid iż-żmien u apparti minn hekk fiduċjuż illi 'l quddiem ser isir progress jew ikun hemm it-triq 'il quddiem. Sakemm il-plejers isiru professjonali ser tkun iebsa. Nemmen illi biex isir veru avvanz trid tibda mis-settur taż-żgħażagħ fejn dawn huma l-futur tat-tim nazzjonali. L-MFA qed tagħmel l-almu tagħha sabiex taħdem fl-akkademja tat-tim nazzjonali. Id-diriġenti fi ħdan din l-assoċjazzjoni qed jippromwovu iktar 'Nemmen illi dan il-pass ġabli qabża Cristian Antony Muscat Triston Caruana - Captain ta' Ħamrun Spartans u li għandu esperjenza wiesgħa l-futbol lokali waqt li jippossjedi talent liema bħalu l-futbol "Apparti l-futbol, nemmen illi l-isports kollu huwa importanti ħafna fil-ħajja għax apparti li jżommok f 'saħħtek, jgħinek biex tiżvoga wara ġimgħa jew ġurnata xogħol. L-isport jgħinek ħafna fil-karattru tiegħek għax huwa ta' ġid għal dawk in-nies li ftit jiċċaqalqu fil-post tax-xogħol tiegħek. Il-futbol tani sodisfazzjon kbir speċjalment meta tilgħab u tirbaħ u nemmen illi dawn huma l-iktar affarijiet sbieħ illi jgħaddi minnhom plejer."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 21 January 2018