Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340
14 illum | Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 Aħbarijiet Bħal-lum ġimgħa l-Knisja Universali ċċelebrat il- milied ta' San Ġwann. Jum li jiċċelebrawh ukoll b'solennità kbira l-Kavallieri ta' San Ġwann, għax huwa l-jum tat-twelid tal-qaddis patrun tagħhom. Il-qaddis li lilu ddedikaw l-isbaħ tempju li qatt bnew f '900 mitt sena tal- istorja tagħhom u li ħallewlna bħala ġojjel fil-patrimonju nazzjonali tagħna. Ikkummissjonat fl-1572 mill-Gran Mastru Jean de la Cassiere bħala l-knisja konventwali tal-Ordni tal- Kavallieri Ospitaliera ta' San Ġwann u ddiżinjat mill-bravu perit Malti Girolamo Cassar, il-Konkatidral ta' San Ġwann huwa monument uniku ta' importanza internazzjonali. Il-knisja hija ddedikata lil San Ġwann il-Battista, il-qaddis patrun tal-Ordni. Il-kavallieri kienu nies nobbli ġejjin mill-aktar familji importanti tal-Ewropa, u l-missjoni tagħhom kienet biex jipproteġu l-fidi Nisranija mill-attakki tal-Ottomani. Wara li rnexxielhom jiddefendu l-gżira żgħira ta' Malta kontra l-qawwa tal- Ottomani fl-Assedju l-Kbir tal-1565, dawru lil Malta f 'fortizza li kienet tixraq lill- Ordni militari, u bnew belt kapitali ġdida, li kienet tixraq lil dawn in-nobbli. Wieħed mill-aktar postijiet prestiġjużi fil-Belt Valletta kien riservat għall-knisja tagħhom. Il-bini fuq il-knisja ta' San Ġwann intemm fl-1577. Il-faċċata nieqsa mid- dekorazzjoni, għandha kampnar fuq kull naħa, hija mibnija fuq stil sever u għandha l-karattru ta' fortizza, li tirrifletti il-ħsieb tal-Ordni ftit snin wara l-Assedju l-Kbir. Il-korsija twila 53 metru u wiesgħa 15-il metru, b'kappelli fuq iż-żewġ naħat. Dawn il-kappelli ngħataw lil-lingwi skont is-senjorità tagħhom. Il- Franċiż, l-Aragoniż u t-Taljan tpoġġew viċin l-altar maġġur minħabba l-prominenza tagħhom. Hekk kif fis-seklu sbatax beda dieħel l-istil artistiku tal-barokk, il-Gran Mastru Cotoner ordna biex il-knisja minn ġewwa tkun dekroata mill-ġdid skont l-istil ġdida. Il-kavallieri kienu ħerqana li jikkompetu mal-knejjes il-kbar ta' Ruma u l-karattru dimostrattiv tagħhom jipprovdilhom ħafna materjal u possibilitajiet. Taw rigali ta' livell artistiku għoli u taw kontribuzzjonijiet kbar biex tiżżejjen il-knisja bl-aħjar xogħlijiet mill-aħjar artisti tal- perjodu. L-artist Taljan minn Kalabrija, Mattia Preti, li kien ikkummissjonat biex jaħdem fil-knisja, biddel il-knisja minn ġewwa f 'ċelebrazzjoni tal-arti barokka. Dan huwa l-kuntrast kbir li hemm bejn il-faċċata sempliċi u serja mal-istil aktar ferrieħi u festiv li naraw fil-Konkatidral ta' San Ġwann minn ġewwa, u li jagħmlu dan il-monument uniku. Nhar it-12 ta' Ġunju 1798, il-Kavallieri kellhom iċedu l-gżejjer Maltin lill-Ġeneral Napuljun Bonaparte, u minħabba f 'hekk telqu l-knisja konventwali tagħhom minn idejhom. Kien f 'dan iż-żmien li l-knisja saret Konkatidral. Il-Franċiżi ċedaw fl-1800 u l-Ingliżi ħadu t-treġija tal-gżejjer f 'idejhom. L-istess privileġġi li kellhom il-kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann beda jgawdihom il-Gvernatur Ingliż, u wieħed minn dawn il-privileġġi kien l-użu tal-Konkatidral ta' San Ġwann. Fis-seklu 19, il-kappella ta' Franza spiċċat fil-mira tal-fanatiżmu tan-Nazzareni, moviment ispirat biex jirriforma l-arti Kristjana u jitneħħa l-ispirtu festiv tal-barokk. Il-Konkatidral ta' San Ġwann ġie fdat f 'idejn Giuseppe Hyzler (1787 – 1858) il-mexxej tal-moviment Nazzareni f 'Malta. Fil-ħerqa tiegħu biex jaħdem, huwa beda bil-kappella ta' Franza, u neħħa l-altar, li probabbilment kien wieħed mill-aktar altari dekorati u interessanti li kien hemm fil-Konkatidral ta' San Ġwann. Taħt id-direzzjoni tiegħu, anke l-monumenti funebri fil-kappella kienu se jkunu rranġati u xi ħsara laħqet saret fuq il-monument tal-Gran Mastru de Rohan, meta minħabba protesti qawwija fis-sajf tal-1840, l-awtoritajiet waqqfu dan l-attakk fuq l-arti barokka. Fl-1941, matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Konkatidral ta' San Ġwann sofra diversi ħsarat minħabba l-attakki mill-ajru fuq il-Belt Valletta. L-aktar parti li sofriet ħsara kienet il-loġġa fi Triq il- Merkanti, għalkemm il- Konkatidral salva bi ħniena minn din il-qerda kollha. Fortunatament, l-affarijiet li kien hemm u li setgħu jitneħħew, kienu laħqu ttieħdu f 'post ieħor għal aktar sigurtà. Il-parti ċentrali tal-knisja In-nava rettangolari ta' dan it-tempju hija pjuttost imdaqqsa hija msaqqfa bi ħnejja grandjuża forma ta' bettija mifruda bil-kappelli tal- ġenb fuq kull naħa. Għal bosta snin, kienet mgħammra b'mod sempliċi li jaqbel mal-faċċata li naraw illum. Iżda matul il-qawma tal-Kontro Riforma l-intern kien imsebbaħ bl-istil barokk prevalenti tas-seklu 17. Il-karattru estremament elaborat u dimostrattiv ipprovda biżżejjed materjal għal dan. Proġetti importanti ta' tisbiħ twettqu matul it-tieni nofs tas-seklu matul ir-renju tal-Gran Mastru Nicholas Cotoner li ħeġġeġ it-tisbiħ tal-knisja. Il-kappelli tal- ġnub ġew assenjati lid-diversi Lingwi skont l-anzjanità. L-entużjażmu tal-kavallieri biex isebbħu l-kappelli tagħhom wassal għat- trasformazzjoni tal-kappelli f 'eżempju uniku tal-arti Barokka. Il-programm vast ta' tisbiħ wassal sabiex għadd sinifikanti ta' opri tal-arti ġew miġjuba fil-knisja. Il-Gran Mastri kollha kienu kburin bil-knisja konventwali tagħhom u taw rigali ta' valur għoli lill-knisja. Bosta armi li jappartjenu lill- membri aristokratiċi tal-Ordni ta' San Ġwann jidhru biex juru l-kontribuzzjonijiet tagħhom. Wara d-dekorazzjoni tal-ħnejja, l-aktar bidla importanti li ttrasformat il- knisja f 'sinfonija ta' meravilji Barokki, kienet it-tinqix tal-ħitan. Il-ħitan sempliċi tan-nava u l-kappelli ġew imnaqqxin b'motifi elaborati, karatteristiċi ta' tiżjin barokk, li ttrasformaw il-ħitan f 'wirja impressjonanti u varjata ta' weraq, fjuri, anġli u simboli trijonfali ta' kull tip, indurati b'mod rikk. Il-pilastri li jirfdu n-nava ċentrali ġew miksija b'irħam aħdar mill-ifjen u fil-parti ta' fuq tidher l-arma tal-Gran Mastru Nicholas Cotoner. Is-santwarju tat-tempju huwa l-punt prinċipali tal- knisja peress li hawn jinsab l-altar maġġur. Ġie mogħni b'diversi rigali kemm minn Gran Mastri kif ukoll minn kavallieri. Is-Santwarju kien għadda minn bidliet skont ir-riformi liturġiċi Tridentini, bħal meta l-altar maġġur ġie mgħolli sabiex ikun jidher mill-kongregazzjoni kollha. Fl- 1703 l-apsidi ġiet mgħammra b'figuri kbar tal-irħam li juru l-Magħmudija ta' Kristu minn San Ġwann il-Battista. Dan huwa xogħol tal-iskultur Taljan Giuseppe Mazzuoli. L-altar maġġur fiċ-ċentru tas- santwarju huwa kapulavur ta' rħamijiet rari u kien rigal tal- Gran Mastru Carafa fl-1685. Il-freġju li jaqsam l-altar minn tarf għall-ieħor jikkonsisti fis-simboli tal-erba' Evanġelisti u l-imfietaħ bħala attributi ta' San Pietru u l-kodiċi u x-xabla attributi ta' San Pawl. Il-motif ċentrali juri l-Aħħar Ċena magħmula kollha minn bronż indurat fuq sfond ta' lapis lazzuli. Il-lampier tal-fidda tas- Santwarju huwa oġġett rari u kien rigal ta' Fra Vincenzo Rospigliosi fl-1669. Id-disinn estremament elaborat huwa xempju tal-istil barokk u tal-ġid li kellhom il-kavallieri matul is-seklu 17. Disa' kappelli u oratorju Il-kappella assenjata lil- Lingwa Anglo-Bavarja kienet oriġinarjament il-kappella fejn kienu jinżammu r-relikwi qaddisa tal-Ordni. Ir-relikwi kienu ttieħdu fis-sagristija minħabba l-umdità f 'din il-kappella. Il-kwadru titulari jirrappreżenta l-Kardinal Arċisqof ta' Milan San Carlo Borromeo, ir-riformatur magħruf tal-fidi Kattolika li qed jiġi ppreżentat lill- Verġni Marija. L-altar għandu wkoll kurċifiss tal-bronż indurat li ħareġ mill-atelier ta' Alessandro Algardi, skultur Ruman rinomat. Il-Kappella tal-Lingwa ta' Provence hija ddedikata lil San Il-Konkatidral ta' San Ġwann ... patrimonju CLIFFORD GALEA