Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1000340
illum | Il-Ħadd 01 ta' Lulju 2018 Minn Dun Ang Seychell D aħlet liġi ġdida fl-Awstralja li tobbliga lis-saċerdoti Kattoliċi f 'Canberra jiksru s-sigriet sagru tal-qrar biex jirrappurtaw lil min jabbuża sesswalment bit- tfal. Il-liġi, li kellha oppożizzjoni feroċi mill-Arċisqof Christopher Prowse ta' Canberra, tista' tirriżulta f 'għadd ta' saċerdoti li jirrifjutaw li jobdu l-liġi u għalhekk isibu rwieħhom fil- ħabs. Fis-Sette Ġunju Il-liġi ġiet approvata fis-7 ta' Ġunju mill-Assemblea Leġislattiva tat-territorju tal-belt kapitali Awstraljana (ACT) tobbliga r-rapurtaġġ t'abbużi tat-tfal li jseħħ fi knejjes u attivitajjiet tal-knejjes, anke dawk fil-konfessjonarji Kattoliċi. Il-partiti politiċi li hemm fl- Assemblea kollha approvaw l-liġi. Saċerdot Kattoliku ma jistax jikser is-sigriet tal-qrar, li jfisser li ma jistax imur jgħid dak li jkun intqal lilu minn penitent li jkun mar iqerr dnubietu, bla ma jaqa' awtomatikament taħt il- piena tal-iskomunika. Il-Knisja Kattolika tgħallem li l-qrar huwa sagrament, okkażjoni li fiha sseħħ laqgħa bejn in-Nisrani u Ġesù Kristu. Il-qassis li jisma' l-qrara huwa biss l-għodda tal-maħfra ta' Kristu. Sa issa l-konfessjonarju kien eżenti mil-liġijiet tar-rappurtar tal- ACT. Mill-31 ta' Marzu 2019 is-saċerdoti li ma jirrappurtawx dak li jintqal lilhom fil-qrar dwar l-abbuż tat-tfal lill-Pulizija jissugraw li jittellgħu l-Qorti. L-Arċisqof Prowse L-Arċisqof Prowse ħadha bl- aħrax kontra l-liġi l-ġdida u qal: "Is-saċerdoti huma marbutin b'rabta sagra li jżommu s-sigriet tal-qrar. Mingħajr dak is-sigriet min ikun irid li jiftaħ qalbu dwar dnubietu, ifittex il-parir ta' saċerdot u jirċievi l-maħfra t'Alla" Prowse, l-Arċisqof ta' Canberra u Goulburn, kiteb artiklu fil-gazzetta Canberra Times ġimgħa ilu fejn spjega għaliex liġi kontra s-sigriet tal- qrar se tagħmel ħafna ħsara u l-ebda ġid. "L-ewwel nett liema persuna li tabbuża sesswalment se tmur tqerr għand qassis jekk jaħseb li wara se jisfa rappurtat?" staqsa. Prowse spjega li hija l-esperjenza komuni tar-rgħajja spiritwali li dawk li jabbużaw mit-tfal ma jqerrux d-delitt tagħhom lill-qassis jew lill- Pulizija. Jekk jitneħħa s-sigriet, il-possibiltà teoretika li min jabbuża għandu mnejn iqerr u jingħata l-parir li jagħti lilu nnifsu lill-Pulizija tintilef. "It-tieni nett il-Gvern innifsu ammetta mal-Kunsill tas- Sewwa, Ġustizzja u Fejqan tal-Knisja Kattolika li hi ħaġa tqila biex tilmaħ abbuż sistematiku tas-sigriet tal-qrar" It-tielet iċċara li l-qassisin mhux bilfors ikunu jafu l-identità tan-nies li jmorru jqerru għandhom. Ir-raba' hu qal li liġi bħal din tattakka s-sigriet invjolabbli tal-qrar. Oriġinarjament l-gvern tal-ACT stieden lill-arċisqof biex jiltaqa' mal- Avukat Ġenerali ħalli jiddiskutu l-importanza kemm tal-ħarsien tat-tfal kif ukoll is-sigriet tal- qrar. Iżda l-leġiżlatura bdiet tiddiskuti l-abbozz il-ġdid qabel ma seħħet din il-laqgħa. L-Arċisqof ikkritika t-telfa ta' din l-opportunità għad-djalogu u semma li l-liġi ġdida proposta thedded il-libertà reliġjuża. Il-libertà reliġjuża "Il-libertà reliġjuża hija l-libertà li jkollok twemmin u t-tieni nett il-libertà li turi twemminek fil-komunità u fil-pubbliku, privatament u individwalment fil-qima, fl-osservanza, fil-prattika u fit- tagħlim" huwa spjega. "Il-Gvern qed jhedded il- libertà reliġjuża billi jaħtar lilu nnifsu bħala espert fil-prattiki reliġjużi u billi jipprova jbiddel is-sagrament tal-qrar waqt li ma jtejjibx is-sigurtà tat-tfal" żied jgħid. Il-liġijiet ġodda tar-raportar se jobbligaw lis-saċerdoti jirrapportaw allegazzjonijiet jew offiżi li għandhom rabta mat-tfal lill- Ombudsman fi żmien 30 jum. X'qalu l-membri Żewġ membri tal-Assenblea Leġiżlattiva tal-ACT dehrilhom li tobbliga lis-saċerdoti jiksru s-sigriet tal-qrar kien pass fid-direzzjoni żbaljata. Andrew Wall eks student tal-Kulleġġ Marista, skola notorja fl- Awstralja għal allegazzjonijiet t'abbużi sesswali fuq tfal, qal li waqt li xi miżuri ta' ħarsien tat-tfal fil-liġi l-ġdida messhom ilhom li seħħew, hu oġġezzjona għall-inklużjoni tal-qrar. Skont il-Canberra Times, Wall qal li tobbliga lill- qassisin jiksru s-sigriet tal-qrar "jillimita l-libertà t'assoċjazzjoni, il-libertà ta' espressjoni u l-libertà tal- jeddijiet individwali" Viski Dunne, it-tieni membru, semmiet li qassis li jikser is-sigriet tal-qrar jaqa' fi skomunika li tista' titneħħa biss mill-Papa. U żiedet li jdgħajjef il-fiduċja tal-Kattoliċi fir-rit sagru, sagramentali u sagrosant. "Jeħtiġilna nieqfu u naħsbuha darbtejn qabel ma ngħaddu leġiżlazzjoni li tobbliga qassis Kattoliku jikser is-sigriet tal- qrar" qalet hi. 20 Opinjoni Liġi kontra s-sigriet tal-qrar fl-Awstralja Minn Albert Buttigieg I l-kelma 'rikonċiljazzjoni' mhix kelma ġdida fil- vokabularju tal-Partit Nazzjonalista. Fis-snin 80 ħadem qatigħ biex ikun il-partit tar- rikonċiljazzjoni. Nistqarr b'qalb imtaqqla li din is-sejħa għal rikonċiljazzjoni hija meħtieġa issa fil-PN. Lil hinn minn kull diskors ta' rettorika, preżentement il-Partit għaddej minn esperjenza ta' firda. Għalkemm xi wħud jippreferu bħal donnhom idaħħlu rashom fir-ramel, personalment nippreferi li nħares lejn ir-realtà, anke jekk din hija għafsa ta' qalb. Li wieħed jinjora r-realtà ma jasalx biex isolvi l-problemi li wieħed ikollu! Personalment nemmen li filwaqt li wieħed jista' joqgħod jitkellem biss fuq din il- firda u forsi l-Partit Labusita u oħrajn joqogħdu jorku jdejhom, nemmen li filwaqt li wieħed għandu jagħraf r-realtà fl-istess waqt għandna r-responsabilità li naħdmu għal rikonċiljazzjoni. Rikonċiljazzjoni ma tfissirx li naħa jew oħra tieqaf taħsibha kif taħsibha. Ma tfissirx li wieħed jagħlaq ħalqu biex iżomm il-paċi. Rikonċiljazzjoni lanqas ma tfisser li wieħed jimponi fuq ħaddieħor l-ideat u l-ħsibijiet tiegħu bl-iskuża biex tinżamm l-għaqda. Ir-rikonċiljazzjoni vera u sinċiera tfisser li: 1. Wieħed jaċċetta li hemm mhux biss firda imma weġgħat u verament jixtieq jagħmel xi ħaġa dwar dawn il-weġgħat. Fejn hemm rieda tajba, hemm soluzzjoni. 2. Wieħed jaċċetta li ma għandux raġun jew tort f 'kollox. Kull naħa għandha ftit raġun u ftit tort. Għaldaqstant, wieħed jagħmel tajjeb li jisma' l-istorja ta' ħaddieħor u jaċċetta li seta' kien il-kawża ta' dawn il- weġgħat. Is-suppervja politika, bħal kull suppervja oħra, qatt ma wasslet imkien. 3. Ma għandniex nibżgħu mill-kritika ġenwina. Hija l-kritika ġenwina li tista' tgħinna nħossu l-polz tas- sitwazzjoni. Ikun żball kbir li kull kritika nifhmuha bħala attakk personali jew azzjoni ta' tradiment. Wieħed għandu jikkummenta fuq il-messaġġ u mhux jinfexx f 'dagħdigħa fil-messaġġier! Għaldaqstant ikun żball li persuni validi li lesti joffru kritika ġenwina jitwarrbu sempliċement għaliex ħaddieħor iħossu mhedded! Jekk iseħħ dan allura t-tmexxija tkun imdawra minn nies li jgħidu 'iva' għal kollox. 4. Ir-rikonċiljazzjoni tfisser li weħed jaċċetta li biex nimxu 'l quddiem għandna bżonn lil xulxin. Għaldaqstant għandu jkun hemm tfitxija għal dak li huwa komuni u hemm qbil fuqu. Nistqarr li fil-Partit hemm aktar ħwejjeġ li naqblu dwarhom milli li ma naqblux. 5. Wieħed għandu jitbiegħed minn dawk li huma aġenti ta' firda u jħaddan dawk li huma strumenti ta' għaqda. Sfortunatament, ċerti persuni qegħdin jużaw il-mezzi soċjali jew strutturi tal-Partit biex ikomplu jġibu l-firda. 6. Biex proprju ma jiġrix dan, hemm bżonn li jkun hemm struttura interna fejn persuni li huma mweġġgħin ikollhom post fejn huma jistgħu jesprimu lilhom infushom. Dan huwa meħtieġ u wieħed irid jevita li dawn il- weġgħat jinbidlu f 'rabja. Jekk il-weġgħat jinbidlu f 'rabja, ilkoll nafu fejn ir-rabja tista' twassal! Waħda mir-raġunijiet tat- telfa fl-elezzjoni tal-2013 kienet proprju li ma smajniex biżżejjed lin-nies. Donnu din il-problema għadha fostna! Ejjew nisimgħu issa lil dawk ta' ġewwa nett fil-Partit. Kif nistgħu nerbħu l-fiduċja ta' dawk li ma vvutawx lill-Partit Nazzjonalista meta mhux qegħdin ikunu kapaċi nerbħu l-fiduċja ta' dawk li jistqarru li huma Nazzjonalisti? 7. Fl-aħħar nett biex isseħħ ir-rikonċiljazzjoni wieħed għandu bżonn jaħfer, jaċċetta li jagħmel kompromess u joffri l-id ta' ħbiberija. Meta wieħed jagħmel dan, mhux qiegħed iwassal sinjal ta' dgħufija imma għall-kuntrarju, qiegħed iwassal messaġġ ta' kuraġġ u maturità. L-amministrazzjoni l-ġdida għandha tagħmel kompromess fil-ħidma tagħha billi tinkludi lil kulħadd u toffri spazji u opportunità lil kulħadd. Ħadd ma għandu jħossu barrani jew eżiljat! Jekk mhux se ngħixu din l-esperjenza ta' rikonċiljazzjoni, se ndumu ma nkunu fdati bit-tmexxija ta' pajjiżna! Fil-firda ma hemmx qligħ! Min-naħa l-oħra, fir- rikonċiljazzjoni hemm l-għaqda u fl-għaqda hemm is-saħħa...u fis-saħħa hemm ir-rebħa! Rikonċiljazzjoni meħtieġa