Illum previous editions

illum 29 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 | illum Intervista 13 il-parroċċa omm tal-Belt Valletta li laħaq minfloku, ħass ir-responsabilità tal-kura spiritwali tal-ħaddiema li kienu qed jaħdmu f 'dan il-proġett kbir. Dan ġara għax il-lokal kien imtela bit- tined tal-ħaddiema li marru jgħixu fuq il-post biex jaqilgħu aktar flus peressli kienu jitħallsu bl-imqieta. Iżda l-problema tal-kura spiritwali tal-abitanti tal-Belt Valletta baqgħet hemm u minkejja x-xogħol pastorali tal-kappillan ta' Ħal Qormi, il-patrijiet Dumnikani bdew jaħsbu kif setgħu jwaqqfu parroċċa ġdida Dumnikana fil- Belt. Il-kappillan Briffa donnu basar x'kien ser jiġri u pprova jieħu l-passi kollha possibbli biex dan ma jseħħx. Infatti naraw li propju fl-1 ta' Lulju 1571, fir-reġistru tal- magħmudijiet ta' Ħal Qormi nbdiet taqsima ġdida biex fiha jiġu rreġistrati dawk it-trabi li jitwieldu fil-belt il-ġdida. Iżda tarbija waħda biss laħqet ġiet irreġistrata f 'din is-sezzjoni, tifla bl- isem ta' Pawlina. Il-Papa Dumnikan San Piju V, benefattur kbir u patrun tal-Belt il-ġdida, fit-2 ta' Lulju 1571, permezz tal-Motu Proprio Ex Debito Pastorali għolla l-knisja Dumnikana li kienet għadha kif bdiet tinbena, għat-titlu u grad ta' parroċċa ewlenija u matriċi prinċipali tal- belt il-ġdida kollha kemm hi u għal dejjem. B'hekk, minkejja l-oppożizzjoni li kien hemm mhux biss mill- Kappillan Briffa iżda wkoll mill-Isqof ta' Malta ta' dak iż-żmien, twaqqfet l-ewwel parroċċa fil-belt il-ġdida. Din il-ġrajja ma kinitx tfisser biss li naqsu l-konfini tal-Parroċċa San Ġorg ta' Ħal Qormi iżda wkoll li issa kienet twaqqfet il-matrici, jigifieri l-omm tal-parroċċi l-oħra Beltin. Il-Kappillan Briffa ma qatax qalbu li jġibha żewġ u jannulla t-twaqqif tal- parroċċa l-ġdida, sostnut anke bl-għajnuna tal-Kurja tal-Isqof. Iżda fit-23 ta' Settembru 1577, il-Papa Gregorju XIII warrab għalkollox il-pretensjonijiet ta' Briffa, u impona fuqu s-silenzju perpetwu taħt theddida ta' skomunika lilu u lil kull min jipprova jmeri l-fatti tal-Motu Proprio ta' Piju V. Għalkemm b'mod uffiċjali din il-kwistjoni ngħalqet, l-inkwiet kompla sas-sena 1723 meta mill-Vatikan inħarġu l-konfini taż-żewġ parroċċi fejn il-maġġoranza l-kbira tal-art beltija ngħatat kif xieraq lid-Dumnikani filwaqt li l-parroċċa ta' Ħal Qormi ngħatat iż-żona tal- Furjana. Dawn il-ġrajjiet isostnu r-raġuni tat-titlu tal-Knisja tal-Madonna ta' Porto Salvo bħala l-parroċċa omm tal-Belt Valletta. Matul iż-żminijiet id- Dumnikani fil-Belt dejjem għixu r-responsabilità sħiħa tagħhom ta' parroċċa matriċi. Biżżejjed insemmu ż-żewġ flaġelli tal-pesta li laqtu lil Malta u li għal kurraġġ li wrew fihom il-knisja tal-patrijiet Dumnikani tal-Belt, ġiet mgħollija għad-dinjità tal-ewwel bażilika minuri f 'Malta. Importanti li nfakkru wkoll li matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-patrijiet, minkejja l-attakki kontinwi mill-ajru, baqgħu dejjem jgħixu fil-belt kapitali mar-residenti u b'kurraġġ qdew il-ħtiġijiet spiritwali mal-Belt kollha inkluż fil-parroċċa l-oħra fejn kien għad baqa' biss l-arċipriet. Din l-istorja rikka u ħafna iktar inġabret f 'wirja mill- isbaħ bl-isem Il-Belt Valletta u d-Dumnikani: mixja waħda, li qed tittella' fl- okkażżjoni tal-Valletta 2018 – il-Belt Kulturali Ewropea. Heritage Malta flimkien mal-parroċċa ta' Santa Marija tal-Porto Salvo ppreżentaw wirja ta' pittura, inċiżjonijiet, volumi ta' manuskritti, materjal artistiku, vestwarju u oġġetti kurjużi sew mill- kollezzjonijiet nazzjonali kif ukoll minn dawk tal-parroċċa. Dawn jirrakkontaw din ir- relazzjoni speċjali bejn il-Belt Valletta u l-Ordni Dumnikana fi ħdanha. Il-wirja tiffoka fuq l-impatt li l-missjoni Dumnikana ħalliet fuq l-istorja tal-Belt, l-appoġġ spiritwali li l-patrijiet offrew lill-komunità Beltija, speċjalment fil-mumenti iebsa ta' prova, u l-kontribut u l-istorja tal-fratellanzi Dumnikani. Il-wirja titratta wkoll il-wirt artistiku u l-personalitajiet marbuta mal-Parroċċa Dumnikana tal-Belt. Min jixtieq iżur il-wirja jista' jmur jaraha fil-Kunvent tad-Dumnikani fi Triq il- Merkanti l-Belt kuljum sas-7 t'Ottubru 2018 bejn l-10am u l-4pm. Id-dħul huwa mingħajr ħlas. iż-żmien, twaqqfet l-ewwel theddida ta' skomunika lilu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 July 2018