Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887
10 illum | Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 Aħbarijiet ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio 1. X'kienet l-ewwel reazzjoni tiegħek meta ħarġu l-konklużjonijiet dwar l-inkjesta Egrant? Fl-aħħar! Dik kienet l-ewwel reazzjoni bħalma naħseb kienet ta' kulħadd. Imma meta mbagħad irriżulta li l-poplu qed jitħalla jara biss l-aħħar 50 paġna minn aktar minn 1,400 waħda, tħoss li mhux kollox qed jiġi ċċarat. Mill-ewwel ikollok issaqsi: għaliex ma ġiex ippubblikat ir-rapport kollu? 2. Jinkwetak il-fatt li xorta waħda baqa' mhux magħruf min hu s-sid jew għal min kienet infetħet Egrant? Ħafna! Għaliex din il- kumpanija nfetħet mill-istess accountant li fetaħ Tillgate u Hearnville, li nafu ta' min huma, u allura l-eżistenza misterjuża ta' Egrant għadha sħaba sewda fuq l-ogħla livelli tat-tmexxija tal-Gvern. 3. X'taħseb li għandha tkun it-triq 'il quddiem wara li sar magħruf li d-declaration of trust, li kellha tkun il-prova ewlenija, kienet tinkludi firem iffalsifikati? Naħseb li l-prijorità għandha tkun li jinstab min u għaliex iffalsifika din il-firma. Kull ipoteżi li nista' nimmaġina għaliex saret din il-firma falza għandha konsegwenzi serji, pereżempju: Attentat biex titfa' ħtija b'evidenza falza fuq il-Prim Ministru? Attentat biex tiddaħħal f 'nassa l-Oppożizzjoni u ġurnalist irrispettat? Il-mod normali u mħawwad li kien jaħdem bih l-uffiċċju ta' Mossack Fonseca, speċjalment meta wieħed isir jaf li Jaqueline Alexander kienet qisha firmatarja fantażma għal aktar minn 10,000 kumpanija, ifisser li l-awtentiċità tal-firma tagħha taf ma tfisser xejn? Il-Prim Ministru għandu jagħti prijorità li dan il-misteru jiġi solvut. 4. Jinkwetak il-fatt li l-konklużjonijet dwar Egrant jistgħu jgħattu 'nuqqasijiet' tal-Gvern Laburista li wieħed ma jistax jinnega, fosthom li Konrad Mizzi u Keith Schembri fil-fatt fetħu kumpaniji fil-Panama? Iva, tinkwetani ħafna jekk, wara din l-inkjesta, tintesa l-kwistjoni tal-kontijiet fil- Panama ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri. Il-fatt li huma s-sidien ta' dawn il- kumpaniji aċċettawh huma stess, u l-inkjesta Egrant ma tneħħi xejn minn dak li diġà ilu magħruf. Jekk il- konkluzjonijiet tal-inkjesta Egrant tnessi dawn il-fatti ikun effett negattiv u mhux pożittiv tal-inkjesta. 5. Taħseb li l-konklużjoni tal- inkjesta Egrant tista' titfa' dubju fuq stejjer oħra ppubblikati minn Daphne Caruana Galizia, fosthom l-allegazzjonijiet dwar Adrian Delia? Din il-mistoqsija tkompli ma' dik ta' qabel. Iva, naħseb hemm dan il-periklu u ħazin ħafna jekk isir hekk. Kull storja għandha tiġi ġġudikata fuq il-merti tagħha. U dan mhux biss periklu għal stejjer li ħarġet Daphne Caruana Galizia biss, imma għall-futur tal-ġurnaliżmu investigattiv f 'Malta li huwa element importanti biex iċ-ċittadin ikollu xi forma ta' kontroll fuq abbużi li jista' jagħmel min ikun f 'pożizzjoni ta' poter. 6. X'għandha tkun it-triq tal-Partit Nazzjonalista wara dawn il-konklużjonijiet? Il-Partit Nazzjonalista jrid jibqa' magħqud fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni għaliex din l-inkjesta ma solviet xejn (u lanqas kienet l-intenzjoni tagħha) dwar, pereżempju, il-kumpaniji li semmejna tal-Ministru Mizzi u ċ-Chief of Staff Schembri. U ma tirrisolvix il-mistoqsijiet dwar kull min f 'Malta seta' għamel użu mill-Bank Pilatus għal tranżazzjonijiet illeċiti. Imma l-Partit Nazzjonalista għandu wkoll jifrex id-diskors tiegħu u jitkellem bil-qawwa dwar affarijiet oħra li jista' jkollhom effetti ħżiena fuq Malta tal- futur. 7. Simon Busuttil għandu jirreżenja? Għamel sew Adrian Delia li neħħieh mix- Shadow Cabinet? Le, Simon Busuttil ma għandux jirreżenja. X'inhi l-akkuża kontrih? Li hu ffalsifika d-declaration of trust jew li ma ndunax li l-firma kienet falza meta l-Maġistrat kellu darbtejn jikkonsulta esperti forensiċi biex jiddetermina dan u wara ħafna xhur? U naħseb li Adrian Delia għamel żball politiku u starteġiku li neħħa lil Simon Busuttil mix-shadow cabinet u aktar u aktar li talbu jirrizenja mill-Grupp Parlamentari – essenzjalment keċċieh mill-partit. Adrian Delia kellu ċ-ċans li juri li kapaċi jgħaqqad il-Partit Nazzjonalista f 'mument diffiċli, u minflok ħoloq xiżma. Ħalli nagħti raġuni waħda għaliex naħseb li Adrian Delia żbalja, mhux għax l-aktar importanti, imma għax tista' tispjegaha fi ftit kliem u hija verifikabbli billi tqalleb il-gazzetti u l-posts tal-midja soċjali. Meta l-kwistjoni Egrant kienet fl-aqwa tagħha, flimkien ma' Busuttil kien hemm bosta nies fil-Partit Nazzjonalista li llum huma s-sisien tat-tmexxija ta' Delia u li kienu spalla ma' spalla ma' Busuttil dwar il-każ Egrant u kienu akkaniti dwar il-każ daqsu. Allura dawn għandhom jirriżenjaw ukoll u magħhom parti kbira mil- pedament tat-tmexxija ta' Adrian Delia? 8. X'taħseb li dawn l-iżviluppi se jfissru għall-Partit Laburista, għall-Partit Nazzjonalista u għall- politika f 'Malta? Il-Partit Laburista għandu r-riħ fil-qala imma ma jistax jinjora x-xewqa ta' ħafna għal governanza trasperenti. Il-Partit Nazzjonalista qiegħed f 'mument diffiċli u jista' jkun f 'xifer ta' qasma fi ħdanu, ġrajja bħalma ġrat snin ilu liż-żewġ partiti politiċi. Għall-politika Maltija naħseb li għal xi snin, jekk ikun hemm partit qawwi fil-Gvern u Oppożizzjoni li ma tistax issib saqajha, ikun hemm ir-riskju li c-checks and balances li huma essenzjali għal demokrazija f 'saħħitha ma jsirux, b'dettriment kbir għal Malta. 9. L-eżitu tal-inkjesta x'taħseb li se jkun ifisser għall-futur politiku ta' Joseph Muscat? Diffiċli wieħed jgħid jekk ma jkunx jaf x'ambizzjonijiet għandu. Dan il-ħin Joseph Muscat jidher li għandu kollox favur tiegħu u allura nħoss li għandu l-opportunità li jieħu passi anki diffiċli biex ineħħi kull dell ikrah li hemm fuq it-tmexxija ta' dan il-Gvern. Għandu jagħti lura lill-poplu kollu fiduċja fl-istituzzjonijiet li suppost qegħdin hemm biex iħarsu l-governanza tajba. Mill-aspett aktar personali forsi reġgħet infetħitlu l-għażla jekk jerġax ikun Prim Ministru għat-tielet darba jew jekk jippuntax għal xi kariga għolja fl-Unjoni Ewropea META bħal-lum ġimgħa ġew ippubblikati l-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant, ir-reazzjoni fost il-poplu kienet waħda mħallta. Sodisfazzjon, dispjaċir, rabja iżda bħal dejjem ikun hemm min jibqa' xettiku. Dwar dan il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-opinjonisti Josef Lauri u Manuel Micallef. It-tnejn jaqblu li l-inkjesta tagħti palata lil Joseph Muscat u tiftaħlu bibien li forsi kienu nstabtu ma' wiċċu. Madanakollu ma jaqblux fuq diversi punti, fosthom dwar kemm fadlilha kredibbilità Daphne Caruana Galizia, kemm kien korrett Adrian Delia u jekk l-eks Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil għadx fadallu post fix-xena politika. Simon Busuttil: min jibqa' jċapċaplu Adrian Delia, Simon Busuttil, Pierre Portelli u Daphne Caruana Galizia x'għandhom x'jitilfu wara l-inkjesta Egrant? L-ILLUM tistaqsi lil Josef Lauri u lil Manuel Micallef