Illum previous editions

illum 26 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Kollox qed jogħla'; tal-pastizzi jiddefendu ż-żieda fil-prezzijiet Il-prezz tal-pastizzi żdied b'10ċ u ħafna ħassew li dan 'serq'. Imma tal-pastizzi xi spejjeż għandhom? Għaliex ħassew li kellhom jgħollu? L-ILLUM titkellem ma' produttur u sid ta' bosta pastizzeriji madwar il-pajjiż... ILPASTIZZI, sħan u tajbin, tliet soldi l-wieħed, erbgħa xelin. Hekk kienet tgħid id-diska żmien ilu. Illum m'għadhomx jiswew la tliet soldi u lanqas xelin, imma €0.40, €0.10 iktar milli kienu sax-xahar li għadda. U kienet din iż-żieda li qajmet xi ftit ta' furur fuq il-midja soċjali u theddid mill- Awtorità tal-Kompetizzjoni dwar allegat qbil bejn il- pastizzara kollha dwar żieda fil-prezzijiet, xi ħaġa li fil-fatt hija kontra l-liġi. Din il-gazzetta tkellmet ma' wieħed mis-sidien ewlenin ta' fabbriki illi jipproduċu l-pastizzi u l-ikel kollu li nsibu għand l-għexieren ta' ħwienet madwar il-pajjiż. Staqsietu; imma għaliex ħassejtu li kellkom tgħollu l-prezzijiet? "Għax kollox qed jogħla," tkun ir-risposta prattikament awtomatika ta' dan is-sid ta' fabbrika. "Jekk il-prodotti li bihom tipproduċi l-ikel jogħlew u jibqgħu jogħlew fl-aħħar ikollok tagħmel dak li ma tantx tixtieq u tgħolli," spjega magħna dan is-sid li għandu diversi ħwienet tal-pastizzi, iżda li pprefera illi jibqa' anonimu. Jekk jgħollilek il-ġobon, biex nagħtu eżampju b'€0.20, aħna nixtru bi kwantitajiet kbar u allura l-prezz jogħla. Dan jgħodd għal kollox, jekk hix irkotta, għaġina.." Is-sid ifakkar illi dan apparti l-akbar spiża li għandu f 'dawl biex jopera l-ħwienet tal- pastizzi. "Għal kull ħanut għandna nefqa ta' €30 kuljum f 'dawl, li jfisser madwar €900 kull xahar jew kważi €11,000 fis-sena." Min-naħa l-oħra għall-fabbrika, jgħid lil din il-gazzetta, jikkalkulaw madwar €70 kuljum f 'dawl, jew madwar €2,100 kull xahar jew €25,200 fis-sena. L-ILLUM tfakkru iżda li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għan-negozji kienu raħħsu fl- 2014. Allura dan ma naqqasx il-piż? Is-sid ma tantx jaqbel u jgħid illi d-dawl xorta għadu "l-akbar spiża u xorta bqajna nħallu bejn u wieħed u ieħor l-istess ammont għad-dawl." Hu staqsa allura x'se jagħmel jekk għandu spiża kbira ta' dawl u spejjeż jiżdiedu dejjem fl-ikel, jekk mhux iżid il- prezzijiet. Biex tgħaxxaq, jgħid lil din il-gazzetta li "llum qed jinfirxu u jiftħu ħafna u allura x-xogħol jonqos xi ftit." L-Awtorità tal- Kompetizzjoni, ġimgħa ilu sostniet illi ftehim dwar prezzijiet huwa projbit u l-produtturi jridu jistabilixxu l-prezz, individwalment u indipendentement minn xulxin. "Jekk l-Uffiċċju għall- Kompetizzjoni jikkunsidra li kien hemm xi ksur tal- Att dwar il-Kompetizzjoni, l-Uffiċċju jipproċedi kontra dawn l-intrapriżi skont il-liġi." F'reazzjoni għal din l-istqarrija s-sid tal-fabbrika qal li lilu ħadd ma kellmu minn meta ddeċieda li jżid il- prezz tal-pastizzi b'€0.10. 'Aħna qed nisirqu n-nies?' Intant bosta akkużaw lil dawn il-pastizzara illi qed 'jisirqu' lin-nies b'żieda bħal din, f 'daqqa. Imma s-sid tal-kumpanija li tipproduċi l-pastizzi, tbissem. "Aħna qed nisirqu n-nies? Għax qed inżidu l-prezz tal-pastizzi b'€0.10? Jisraq lin-nies min iżommlok xi €10 għal popcorn jew mort kafetterija għal tlieta luminata lokali żammli €9. Dak serq żgur!" sostna mal-ILLUM. Aktar minn 90,000 Malti u Għawdxi qattgħu btala f 'pajjiżna stess MUSCAT POOL CONSTRUCTION AND SUPPLIES LTD qed ifittxu li jimpjegaw PLUMBER biex jing•aqdu mat-tim tag•hom fuq ba•i full-time. Il-kandidat g•andu jkun jista' ja•dem b'supervi•joni minima g•andu jkollu 3 snin esperjenza. Applikanti interresati jistg•u jibag•tu l-applikazzjonijiet fuq info@muscatpools.com jew icempel fuq 21582761. MUSCAT POOL CONSTRUCTION AND SUPPLIES LTD. qed ifittxu li jimpjegaw Electricians biex jing•aqdu mat-tim tag•hom fuq ba•i full-time. Il-kandidat g•andu jkun jista' ja•dem b'supervi•joni minima g•andu jkollu 3 snin esperjenza. Applikanti interresati jistg•u jibag•tu l-applikazzjonijiet fuq info@muscatpools.com jew icempel fuq 21582761. MUSCAT POOL CONSTRUCTION AND SUPPLIES LTD qed ifittxu li jimpjegaw IT Consultant biex jing•aqad mat-tim tag•hom fuq ba•i full-time. Il-kandidat g•andu jkun jista' ja•dem b'supervi•joni minima, g•andu jkollu 3 snin esperjenza. Applikanti interresati jistg•u jibag•tu l-applikazzjonijiet fuq info@muscatpools.com jew icempel fuq 21582761. Minn Yendrick Cioffi GĦALKEMM statistiċi qed juru li qed jiżdiedu l-Maltin li jsiefru, statistika ppubblikata din il-ġimgħa turi li wkoll li qed żdiedu l-Maltin u l-Għawdxin li jagħżlu li jqattgħu btala f 'pajjiżna stess. SKONT l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena, 91,144 Malti u Għawdxi għażlu li jqattgħu jiem għall-mistrieħ fid-diversi lukandi u akkomodazzjonijiet oħra mifruxa madwar il-gżejjer. Il-maġġoranza għażlu l-ewwel kwart tas-sena, jiġifieri bejn Jannar u Marzu, biex ħadu btala f 'Malta stess. F'dawn ix- xhur, 55,693 Malti u Għawdxi qattgħu btala f 'pajjiżna, filwaqt li fit-tieni kwart tas-sena, jiġifieri bejn April u Ġunju, l-akkomodazzjonijiet turistiċi laqgħu fihom 35,451 Malti u Għawdxi. Il-lukandi ta' erba' u ħames stilel l-aktar popolari Il-Maltin u l-Għawdxin jippreferu wkoll li jekk se jieħdu btala f 'Malta jqattgħu dawn il-jiem f 'lukanda ta' erba' stilel, forsi għax ħafna minn dawn ikollhom aċċess għall-pixxina u anke xi spa, bi prezzijiet raġonevoli u li jinżlu tajjeb ma' min ikun se jqatta' xi tmiem il-ġimgħa 'l bogħod mill-ħajja ta' kuljum. Fil-fatt, fl-ewwel sitt xhur tas- sena, 40,228 Malti u Għawdxi għażlu dawn il-lukandi ta' erba' stilel filwaqt li numru ieħor mhux ħażin, jiġifieri 26,974 persuna għażlu l-lukandi ta' ħames stilel. Madanakollu f 'Għawdex, jekk bejn Jannar u Marzu kienu aktar popolari l-lukandi ta' erba' u ħames stilel, bejn April u Ġunju dawk ta' tliet stilel kienu l-preferuti, anke jekk dawk ta' ħames stilel kważi attiraw l-istess ammont ta' Maltin u Għawdxin. Fit-tieni kwart tas-sena, żdiedu l-Maltin u l-Għawdxin li għażlu lukandi ta' ħames, erba' u tliet stilel u anke l-guesthouses, il-hostels u l-villaġġi turistiċi u dan meta wieħed iqabbel iċ-ċifri ma' dawk tal-istess xhur tas-sena li għaddiet. Iżda, jekk fl-istess xhur tal- 2017, 1,305 persuni għażlu l-lukandi ta' żewġ stilel, l-ammont niżel għal 988 fit- tieni kwart ta' din is-sena. Jiżdiedu bi 12.5% t-turisti fl- akkomodazzjonijiet Intant, it-turiżmu f 'Malta, mhux biss dak domestiku, jidher li ħa spinta tajba 'l quddiem, hekk kif skont l-istess statistika, fl-ewwel sitt xhur tas-sena, l-akkomodazzjonijiet turistiċi laqgħu fihom 954,759 turist, jiġifieri żieda ta' 12.5% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. L-istatistika tqabbel ukoll it-tieni kwart ta' din is-sena ma' dik tas-sena li għaddiet u jirriżulta li l-akkomodazzjonijiet kemm dawk f 'Malta u anke f 'Għawdex, irreġistraw żieda fl-ammont ta' turisti li laqgħu fihom. It-turisti f 'dawn l-akkomodazzjonijiet żdiedu b'aktar minn 10% f 'Malta u kważi b'7% f 'Għawdex biex b'kollox, fi tliet xhur, dawn laqgħu fihom 528,857. F'dawn it-tliet xhur, it-turisti qattgħu medja ta' ħames iljieli fil-lukandi, guesthouses jew hostels Maltin u medja ta' erba' ljieli fl-istess tip ta' akkomodazzjonijiet Għawdxin.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2018