Illum previous editions

Illum 2 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Valletta Il-Ħadd 02 ta' Settembru 2018 | illum knisja tal-Belt Valletta ħsarat ukoll iżda b'miraklu u xorti kbira ma waqax jew ikkrolla. 1943 8 ta' Settembru: Il-flotta Taljana ċċedi lill-qawwiet alleati 'l barra minn Malta. Din id-data issa kisbet sinifikat doppju għall-Maltin. Għalhekk minn dakinhar 'il quddiem il-Knisja tan- Natività tal-Madonna fil-Belt Valletta bdiet tissejjaħ tal- Madonna tal-Vittorji. 1965 9 ta' Lulju: Titwaqqaf Din l-Art Ħelwa (trust nazzjonali Maltija) bħala organizzazzjoni volontarja bla skop ta' profitt. Il-missjoni tagħha huwa li tħares il-wirt storiku u naturali tal-Gżejjer Maltin. 2000 Il-Kumitat għar- Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta flimkien ma' Din L-Art Ħelwa jniedu kampanja biex tiġi rrestawrata u msebbħa mill-ġdid il- knisja tal-Vitorja, wara snin ta' traskuraġni u telqa. Huma saħqu li din il-knisja partikolari fil-Belt Valletta għandha sinjifikat spiritwali, storiku u artistiku kbir għal gżiritna. 2002 Il-ġebel estern u s-saqaf tal-knisja ġew irrestawrati mill-Kumitat tar- Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta bl-appoġġ finanzjarju tal-kumpanija PwC Malta u l-koordinazzjoni u l-isforzi ta' Din l-Art Ħelwa. 2004 Jinbeda x-xogħol biex tiġi salvata l-pittura tas-saqaf tal- knisja, xogħol mill-isbaħ ta' Alessio Erardi li tpitter bejn l-1716 u l-1718. Wara snin twal ta' telqa, l-infiltrazzjoni tal-ilma, l-umdità u l-effett tal-blast tal-bomba kienu ħallew sew il-marki tagħhom. 2008 Sal-2008, permezz tal- isforzi tal-Kumitat tar- Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, il-konservazzjonisti mill-Istitut tal-Arti Courtauld f 'Londra, irnexxielom isalvaw tliet partijiet importanti mis-saqaf tal-knisja. 2011 8 ta' Settembru: Il-Gvern ta' Malta fada l-ħarsien tal-Knisja tal-Vitorja fil- Belt Valletta f 'idejn Din l-Art Ħelwa. Dan kien jum storiku ieħor għall-ħarsien tal-patrimonju kulturali tal- gżejjer Maltin. Il-knisja tinfetaħ kuljum bejn id-9am u l-4pm għaż- żjajjar mill-għad kbir ta' turisti li jżuru lill-Belt Kapitali tagħna, filwaqt li fiha jiġu ċċelebrati wkoll funzjonijiet pastorali b'mod regolari. Ir-Reverendu Monsinjur Victor Zammit McKeon huwa ir-Rettur attwali tal-Knisja f 'isem il- Kapitlu tal-Katidral. Kapitlu tal-Katidral. Il-flotta Taljana ċċedi lill-qawwiet alleati 'l barra minn Malta. Din id-data issa kisbet sinifikat doppju għall- Maltin. Għalhekk minn dakinhar 'il quddiem il-Knisja tan-Natività tal-Madonna fil-Belt Valletta bdiet tissejjaħ tal-Madonna tal- Vittorji. L-artal maġġur u l-ikona tal-Madonna L-affreski fis-saqaf tal-knisja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 2 September 2018