Illum previous editions

Illum 2 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 02 ta' Settembru 2018 'Kienet kompetizzjoni iebsa ħafna iżda per- mezz t'hekk biss tista' ttejjeb il-livell tiegħek' - Hannah Pace Minn Cristian Antony Muscat RIĊENTAMENT, iċ- Champion Nazzjonali tat- Triathlon Hannah Pace, għal darb'oħra għamlet unur lil Malta meta hija kienet l-iżgħar mara Maltija li tikkompeti f 'tellieqa Ironman (3.8km għawm, 180km bir-rota, ġirja ta'42km). Pace stabilixxiet Rekord Nazzjonali ġdid meta hi spiċċat it-tellieqa f 'ħin ta' għaxar sigħat u 20 minuta. Pace kisbet it- tielet post fuq il-podju fil-grupp tal-età tagħha. Dan ir-riżultat ġie miksub ftit ġimgħat biss wara is-suċċess tagħha fil-Kampjonati Ewropej tal-Triathlon f 'Tartu, l-Estonja meta hi ħadet medalja tal-fidda fid- distanza Standard (1.5km għawm, 40km rota, 10km ġiri). Pace ħadet sehem fit- tellieqa KMD Ironman ġewwa Copenhagen fid- Danimarka u kkompetiet ma' 'l fuq minn 2,000 atleta oħra. Għalkemm Pace bniet snin ta' esperjenza fit- triathlon, din kienet l-ewwel darba li kkompetiet fuq din id-distanza. Ir-riżultat tagħha raha tiggradwa minn distanzi qosra għat-tlielaq fuq distanzi twal. Il-korsa ta' 226km hija magħmula minn rotta li fija tlajja u nżul fuq bażi regolari kemm fuq ir-rotta tar-rota kif ukoll dik tal-maratona. Fit-taqsima tal-għawm, li kienet tikkonsisti fuq distanza ta 3.8kilometri, Pace kisbet riżultat tajjeb ħafna meta kienet it-tieni mara li ħarġet mill-ilma fil- grupp tagħha. Pace kellha battalja kontinwa fuq ir- rota, kif ukoll fil-maratona fejn hi kienet qiegħda kontinwament tiġġieled għat-tielet post. Pace hija appoġġjata minn Garmin Malta, Eurosport Malta, Starbene, Team Barry. Pace irringrazzjat ukoll lil-Kumitat Olimpiku Malti u l-Federazzjoni tat-Triathlon ta' Malta tal-għajnuna mogħtija. L-ILLUM tkellmet ma' din l-atleta nnifisha fejn tatna iktar dettalji. Int ħadt sehem f 'kompetizzjoni internazzjonali tat- triathlon fl-Estonja fejn irbaħt il-midalja tal-fidda. Kemm kienet iebsa din il- kompetizzjoni? Iva nista' ngħid li kienet kompetizzjoni iebsa ħafna speċjalment għax jien bħalissa qed niffoka sabiex nasal għal distanzi twal. Fil-fatt din kienet kompetizzjoni fejn kelli distanza iqsar u għalhekk ma kontx naf x'ser tkun ir- reazzjoni ta' ġismi li mdorri għal iktar tul. Fl-istess ħin f 'dawn il-kampjonati Ewropej dejjem ikun hemm kompetizzjoni kbira anke minħabba l-konkorrenza li jkun hemm. Minkejja kollox jien inkun irrid nieħu sehem f 'dawn l-avveniment għax nemmen li hekk biss tista' ttejjeb il-livell tiegħek. Fil-fatt f 'din il- kompetizzjoni int kellek 1500 metru ta' għawm, 40 kilometru rota u 10 kilometri ġiri. Kif irnexxielek taqsam dawn id-distanzi sabiex in- nifs tiegħek ikun dejjem konsistenti? Biex inkun għedtlek kollox jien inbati ħafna fir-rota speċjalment barra minn xtutna u jekk nieħdu d-distanza proprja Olimpika avolja tidher twila mhux il- fatt f 'dan ir-rigward. B'hekk int trid dejjem iżżid l-isforzi tiegħek ħalli tirbaħ il-ħin li wara kollox huwa l-iktar importanti. Min-naħa l-oħra fl-għawm ippruvajt nibda b'mod veloċi mal-ewwel sabiex naqbad u nżomm mal-ewwel grupp u infatti rnexxieli tant li spiċċajt ngħum waħdi għal ħin twil. Fil-verita' kont viċin ħafna tal-ewwel tlieta li telgħu mill-ilma jiġifieri kont naf li qiegħda f 'pożizzjoni tajba. Meta ġejt biex insuq ir-rota, ippruvajt dejjem inżomm il-pożizzjoni tiegħi tant li spiċċajt ħriġt fit- tieni post u filwaqt li bqajt konsistenti kont it-tielet wara r-rota. B'hekk nemmen li bħalissa qed niġri tajjeb ħafna u għalhekk fil-ġiri ridt nagħti kollox. Hekk għamilt u kont ferm kburija li spiċċajt fit- tieni post fit-tiġrija sħiħa. Fl- aħħar tat-tellieqa ħassejtni li mort tajjeb ħafna tant li kienet l-iktar waħda li mort tajjeb fiha matul din is-sena. Fl-aħħar mill-aħħar inħoss li komplejt dejjem intejjeb il- livell tiegħi u dan il-fatt ġara minħabba li qatt ma qtajt qalbi u kelli determinazzjoni li nirnexxi dejjem aktar. Jekk insemmu ismek ngħidu li int mhux wiċċ ġdid f 'dan l-isport minħabba li ilek tirbaħ ċerti unuri. Biss biss jekk insemmilek x'ġara f 'dawn l-aħħar ħames snin għandek numru ta' unuri li ħadt sehem fihom b'suċċess. Iva fil-fatt f 'dawn l-aħħar ħames snin irnexxieli nirbaħ tliet midalji tal-bronż f 'Geneva u Dusseldorffl- isprint, Kitzbuhel fit-tellieqa standard, żewġ midalji tal-fidda f 'Lisbona u midalja tad-deheb fit-Turkija. Dan kollu kien dejjem possibli għax dejjem kelli l-għan li ntejjeb il-wirjiet tiegħi minn dawk tas-sena ta' qabel. Din is-sena biddilt il-kowċ fil-bidu tal-istaġun u issa għandi wieħed barrani. Nista' ngħid li sibtni tajba ħafna u għalkemm ma tantx naraw lil xulxin, inħoss li qiegħed hemm miegħi għax ikun qed jagħti kas x'qed jiġri filwaqt li nitkellem miegħu kuljum. Nemmen li kemm ili nitħarreġ miegħu għamilt qabża kbira 'l quddiem bis-saħħa tiegħu u minn hawn nixtieq nirringrazzjah. Int ma kontx qed tikkompeti waħdek minħabba li tlajtu l-Estonja b'kontinġent kbir. Nimmaġina li intom l-atleti Maltin tajtu kuraġġ lil xulxin waqt din il-mawra. Nista' nikkonfermalek li tlajna grupp kbir u tista' tgħid li kont kuntenta li jien kelli l-aqwa ħbieb tiegħi Suzanne Farrugia u Maria Vella Galea li kienu hemm ukoll jikkompetu miegħi. Barra minn hekk tela' wkoll l-għarus tiegħi u ħassejtni veru kuntenta għax barra li qagħad joħodli xi ritratti u vidjowx tani kuraġġ morali wkoll. Dan il-kontinġent kbir però tana ċ-ċans li soċjalmentniltaqgħu u ngħidu kelma bejnietna. Meta nieħu sehem barra minn xtutna, l-hena tiegħi nsir naf atleti ġodda għax wara kollox dan hu l-isport fejn barra l-aspett fiżiku għandek ukoll dak soċjali. Bħala ħbieb li kkompetejna flimkien stennejna lil xulxin fil-linja tal-aħħar u minkejja kull riżultat, bqajna pożittivi għax l-importanti li tipparteċipa f 'kull avveniment sportiv. M'għamilniex xi ħafna żmien għax kulma għamilna kienu biss erbat ijiem iżda l-esperjenza li ħadna kollha kemm aħna kienet waħda mill-isbaħ. Kif kien it-temp? Tista' tgħid li kellna temp perfett u minkejja li kienet imsemmija li ser tagħmel ix-xita, dan kollu ma seħħx biex b'hekk kellna l-iktar temp ideali. Fl-istess ħin ma kienx hemm riħ, la kienet sħana u lanqas bard u b'hekk nista' ngħid li kkompetejna fl-iktar klima ideali possibli. It-triathlon qiegħed jikber. Ħafna qed jippruvaw jagħmlu l-ironman. Jien qed nosserva li żdiedet ħafna l-popolarità mhux biss maż-żgħażagħ iżda anke mat-tfal... Minn mindu bdew l-MYTA (Malta YouthTriathlon Academy), kellna numru kbir ta' parteċipanti li qed jagħżlu din id-dixxiplina. M'hemmx xi ngħidu żdiedu ferm il-possibiltajiet u l-opportunitajiet u minn dak iż-żmien meta bdejt jien, meta kelli tmintax- il sena kont waħda mill-iżgħar atleti. Illum il-ġurnata anke tfal ta' ħames snin qed jibdew jieħdu sehem u dan huwa sinjal tajjeb ħafna. Illum iż-żgħar qed joffrulhom ħafna opportunitajiet li jien bħala tifla ma kellhiex bħal trainingcamps u anke kompetizzjonijiet barra minn Malta. Naħseb li anke n-numru tat-tlielaq żdied u impossibli li tipparteċipa f 'kull waħda. Dan kollu jfisser li dan l-isport għandu futur sabiħ quddiemu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 2 September 2018