Illum previous editions

Illum 2 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 02 ta' Settembru 2018 | illum Filosofija ffokata fuq it-trawwim tat-tfal u ż-żgħażagħ fil-volleyball Minn Cristian Antony Muscat MATUL l-istaġun li għadda, Swieqi Phoenix Volleyball rebħu l-Ewwel Diviżjoni għall-ewwel darba, b'tim pjuttost żagħżugħ u ftit wara li t-tim tal-Under18 tal- istess klabb rebaħ it-titlu ta' din il-kategorija għat- tielet sena konsekuttiva. Swieqi Phoenix Volleyball irnexxielhom jirbħu dan il-kampjonat b'mod tassew impressjonanti, bi 12-il rebħa minn daqstant logħbiet, u b'telfa ta' sett wieħed biss tul il-kampjonat, dak tal-ewwel sett tal-ewwel logħba. Il-president ta' Phoenix Sports Club Orlando Bonnici spjega kif din hija 'ħolma li saret realtà'' għall-klabb, hekk kif Swieqi Phoenix issa ġew promossi biex jilagħbu fis- Super League tal-volleyball. Hu spjega kif ir-riżultati miksuba dan l-istaġun jirriflettu l-implimentazzjoni ta' proġett fit-tul maħsub sabiex timbena bażi soda fil-livell ta' 'nursery'. "Il- filosofija tagħna, hekk kif imwettqa mill-Head Coach Leonard Zammit Munro u t-tim tiegħu, hija li niffokaw l-investiment u l-enerġija tagħna fuq l-iżvilupp tal- plejers żgħażagħ.Għalhekk, aħna kburin ħafna bil-fatt illi prattikament il-plejers kollha li rebħul-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni huma prodott tan-nursery tagħna ta' tul dawn l-aħħar ħames snin." L-ILLUM tkellmet mad- Direttur Tekniku u Head Coach ta' dan il-klabb, Leonard Zammit Munro, dwar il-proġett fit-tul mat-tfal u ż-żgħażagħ li wassal għal dan ir-rizultat. Dak tal-Ewwel Diviżjoni fl- aħħar staġun kien l-għaxar titlu għal Swieqi Phoenix fi ftit snin biss. Spjegali daqsxejn kif wasaltu s'hawn fi żmien daqshekk qasir. Ir-rebħ tal-Ewwel Divizjoni kien tragward importanti għall-Phoenix Sports Club, li tiegħu jagħmel parti Swieqi Phoenix Volleyball. Fil-fatt, il-klabb beda l-avventura tiegħu fil-volleyball sitt snin ilu biss meta twaqqfet in-nursery bi ftit tfal. Dak iż-żmien il-President tal- klabb, Orlando Bonnici, kien staqsieni jekk kontx interessat li nieħu dan il-proġett f 'idejha. Billi l-interess tiegħi dejjem kien fl-iżvilupp tal-plejers u ż-żewġt itfal tiegħi kienu daħlu fin-nursery ukoll, aċċettajt. Ta' min wieħed jgħid li jien u Orlando naħsbuha bl-istess mod fuq ħafna affarijiet, fosthom li t-tfal u n-nursery huma l-bazi tas-suċċess fl-isports, u li bħala 'benchmark' għal 'best practice' għandna dejjem inħarsu lil hinn minn xtutna - u għaliex le, naraw kbir, għax b'hekk biss tista' tħares lejn il-futur u b'mod strateġiku, tikber. It-tnejn li aħna għandna sfond fl-amministrazzjoni anke tal-isport u dan għinna sabiex ikollna d-dixxiplina u l-paċenzja li ninvestu, u li nagħmlu kollox pass pass, imma sew. F'liema sena bdejtu taraw il-frott ta' dan l-investiment? Wara sentejn ta' ħidma intensiva, fl-istaġun 2014/15 irbaħħna il-kampjonati tal-Under14 u Under16. Fis-sentejn ta' wara rbaħna suċċessivament il-kampjonati tal-kategoriji tal-Under14, Under16 u Under 18, sabiex dan l-istaġun s'issa irbaħna l-kampjonat tal-Under 18 u tal-Ewwel Divizjoni (dak tal- Under 14 jidher illi rbaħnieh matematikament, filwaqt li tal-Under 16 għadu sejjer). Pass strateġiku ieħor li wassalna għal fejn ninsabu llum hu li minn kmieni ddeċidejna li ndaħħlu t-tfal tan-nursery fit-Tieni Diviżjoni. Għalkemm fil-bidu tlifna kull logħba, u kien hemm ħafna li ddubitaw kemm kien mistħoqq dan il-pass, bil- mod il-mod bdejna nirbħu lil timijiet komposti minn plejers adulti. Eventwalment irnexxielna niksbu t-tielet post fl-Ewwel Divizjoni għall-sentejn in fila, filwaqt lis-sena l-oħra ġejna runners-up, u din is-sena irbaħna dan il-league, bid-dritt li nilgħabu fis- Superleague nazzjonali l-istaġun li jmiss. Xi stil ta' kowċing tħaddan? Għandek xi filosofija partikolari li taħseb li għenitek sabiex tilħaq l-għanijiet tiegħek u tal- klabb? Hemm ftit prinċipji illi naħseb li jgħinu lili u lil sħabi Abby u Justin, li huma Assistant Coaches mal-klabb. L-ewwel nett, aħna ffissati fit-teknika, u jien speċjalment fejn jidħlu s-setters, li għandhom irwol fundamentali fil-logħba tal-volleyball, u fejn hemm nuqqas serju fil-logħba f 'Malta bħalissa. Fl-istess ħin, flimkien ma' bażi teknika soda, insibu illi plejers tfal u żgħażagħ għandhom jifhmu sew il-kuntest tattiku ta' dak li qegħdin jitgħallmu. Għalhekk kull skill jiġi mgħallem f ''game situation', minflok b'ħafna repetizzjoniet mekkaniċi. Dan jgħinhom sabiex jiżviluppaw aktar malajr u jrawwmu sens tattitku individwali. Huwa hawnhekk li bħala kowċis, nifmhu liema huma l-plejers li għandhom futur fl-isport, u liema huma dawk li ser ikunul-leaders tat-timijiet tal-futur. Fl-aħħarnett, il-karattru u d-dixxiplina huma l-bażi ta'kollox. Il-volleyball huwa sport tekniku ħafna; il-progress jiġi bil-mod u jirrekjedi ħafna paċenzja u perseveranza minn kulħadd, inkluż kowċis, plejers u anke ġenituri. Iżda bla dubju l-benefiċċji għal dawk li jipprattikaw dan l-isport huma kbar immens. Il- volleyball jgħinek tanalizza sitwazzjonijiet f 'temp ta' sekondi; it-teamwork li hu parti essenzjali mil-logħba, jgħallmek kif int bilfors tiddependi minn ħaddiehor; fl-aħħarnett, il-volleyball jiftaħ il-bibien għall-ħbiberiji ġodda ma' tfal li ġejjin mnn backgrounds u saħansitra pajjiżi differenti, xi ħaġa li nqisu bħala fundamentali għat-trawwim tat-tfal u ż-żagħżagħ. X'futur tara għall-volleyball Malti u għalSwieqi Phoenix fil-ġejjieni? F'dawn l-aħħar sentejn il-volleyball ħa spinta konsiderevoli. Il-Malta Volleyball Association, taħt it-tmexxija ta' Jesmond Saliba, qiegħda twettaq programm li permezz tiegħu, flimkien mal-ħidma tal-klabbs, il-volleyball qed jerga' jsir 'sport of choice' għat-tfal Maltin, filwaqt li t-tim nazzjonali qed jerġa' jingħatalu l-importanza li jixraqlu bl-impjieg tat-Technical Director u Kowċ tat-tim nazzjonali Edvaldo Carvalho da Silva. Jien kburi wkoll li bħala membru tal-Eżekuttiv tal-MVA, tul l-aħħar sentejn, kelli l-opportunità li nikkontribwixxi lejn it-twettieq tal-istrateġija tal-MVA fis-settur tal 'Youth Development'. Fil-każ ta' Swieqi Phoenix, beħsiebna nkomplu fuq it-triq li qbadna. Għalkemm għandna l-isfida tas- Superleague quddiemna għat-tim tal-kbar l-istaġun li ġej, l-iżvilupp tat-tfal u żgħażagħ bħala atleti u t-tkabbir tan-nursery, li llum tħaddan mal-50 tifla, ser jibqa' l-għan ewlieni tal- ħidma tagħna. Għal aktar informazzjoni dwar Swieqi Phoenix Volleyball wieħed jista' jikkuntattja lil Phoenix Sports Club fuq 79449359 jew 99473395, jew iżur il-paġna fuq Facebook Swieqi Phoenix Volleyball Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 2 September 2018