Illum previous editions

Illum 2 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

illum | Il-Ħadd 02 ta' Settembru 2018 16 Opinjoni Ħ wienet tal-kafè jew restoranti al fresco f 'numru ta' lokalitajiet ħadulna l-bankina. F'xi każi anke l-ispazju għall-parkeġġ tal- karozzi ħadu, għax dawn jimpurtahom biss minn ħaġa waħda: li jdawru lira. Ovvjament dawn jippretendu li aħna nimxu f 'nofs it-triq għax fuq il-bankina ftit iħallulna spazju minn fejn ngħaddu. Iħalluhom, qisu ma ġara xejn. Lanqas tista' titkellem, għax il- bankina għamluha tagħhom. L-awtoritajiet jiġu jaqgħu u jqumu għax dawn jinteresshom biss li jkunu jidhru 'business friendly': ċioe viċin in-nies tal-flus, ħa jdawru lira. Il-bqija, min jafhom? Is-sindki tal-Gżira u Tas-Sliema, Conrad Borg Manchè u Dominic Chircop, matul dawn l-aħħar ġimgħat għamlu sewwa li emfasizzaw li l-mod kif tal-kafè u r-restoranti Al Fresco qed joperaw fil-lokalitajiet tagħhom mhux aċċettabbli, għax ma jagħtux kas tan-nies. L-inċidenti, kif tafu, jiġru. Biżżejjed inċident wieħed ta' karozza misjuqa ħażin li tista' tispiċċa toqtol jew tweġġa' serjament numru ta' persuni f 'xi wieħed minn dawn il-ħwienet tal-kafè jew ir-restoranti. Imbagħad forsi jkun hemm min jagħti kas. Ftit ġimgħat ilu, f 'Lulju, żgħażugħ Olandiż ta' 25 sena li kien qiegħed jippassiġġa San Ġiljan max-xatt intlaqat minn Subaru Impreza li kienet misjuqa b'veloċità esaġerata minn żgħażugħ ta' 20 sena li kien irrappurtat li qabeż kull limitu raġonevoli ta' alkoħol. L-Olandiż miet l-isptar. Oħrajn weġġgħu. U dan apparti bosta ħsara oħra. Kien pass tajjeb tal-Awtorità tal-Artijiet li rrifjutat applikazzjoni tas-sidien tal-Lukanda Waterfront max-Xatt tal-Gżira biex dawn ikunu jistgħu jieħdu numru ta' spazji għall-parkeġġ biex ikollhom ħanut tal-kafè jew restorant fuq il-bankina quddiem il-lukanda. Meta sidien il-lukanda kkontestaw id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Artijiet, fl-aħħar sabu lil min jagħti kas. Il-Maġistrat Charmaine Galea li ppresjediet l-appell emfasizzat li r-regoli dwar l-imwejjed u s-siġġijiet fl-apert jipprojbixxu li dawn jitqiegħdu biswit toroq arterjali, viċin traffiku li jkun għaddej b'veloċità. Il-Maġistrat Galea emfasizzat li n-nies għandha dritt li tkun imħarsa mit-traffiku, mill- istorbju kif ukoll mid-dħaħen iġġenerati mill-karozzi. Il-Maġistrat Charmaine Galea għandha raġun. Hemm ħtieġa urġenti li l-loġika tagħha tinfetta l-proċess deċiżjonali tal-Awtorità tal-Ippjanar għax hu ċar li prattikament il-ħwienet tal- kafè u r-restoranti kollha fuq il-bankina fix-Xatt tal-Gżira u Tas-Sliema mhumiex skont ir- regoli. Dan jgħodd ukoll għal inħawi oħra. Id-deċiżjoni tal-Maġistrat Galea tagħti piż lill-argumenti tas-sindki tal-Gżira u Tas- Sliema li ilhom żmien jinsistu li l-ħwienet tal-kafè u r-restoranti al fresco biswit ir-rotot ewlenin tat-traffiku jeħtieġu iktar ħsieb qabel ma jingħataw il-permess biex joperaw. Jeħtieġ titjib fl-infrastruttura biex it- traffiku jkollu jnaqqas il-veloċità kif ukoll biex in-nies ikunu protetti minn inċidenti kkawżati minn karozzi misjuqa bl-addoċċ, mill-istorbju kif ukoll mid- dħaħen tal-petrol u d-dijsil. L-Awtorità tal-Ippjanar ma wriet l-ebda sens ta' responsabbilità meta injorat lin-nies u qieset biss il- qies li dawk li jridu jdawru lira, irrispettivament mill- konsegwenzi. Fuq il-bankini ftit qed jitħalla spazju biex jgħaddu n-nies u ma hemm l-ebda protezzjoni la mit-traffiku perikoluż u l-anqas mid- dħaħen. Għall-Awtorità tal- Ippjanar, sfortunatament, dan kollu ma jfisser xejn. It-tħassib tal-Kunsilli Lokali dwar il-ħwienet tal-kafè u r-restoranti al fresco hu għal kollox injorat mill-Awtorità tal-Ippjanar għax ma jidhrilix li huma affarijiet li għandha tikkunsidra qabel ma tieħu d-deċiżjonijiet tagħha. Qabel ma tippjana passiġġata max-xatt ftakar li hemmhekk hu riżervat għal min irid idawwar lira! Mill-bqija, is- sogru hu kollu tiegħek. Kafè al fresco … is-sogru huwa tiegħek carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com CARMEL CACOPARDO Attenzjoni! M eta nisma' li "dak bniedem fqir", jiġuni f 'moħħi diversi faċċati. Pereżempju persuna partikolari li tagħmel ħilitha sabiex taqla' l-għajxien għaliha u għal uliedha imma tagħmel x'tagħmel tibqa' fqira, għax id- dħul finanzjarju tagħha huwa wieħed baxx. M'ilux inzertajtha f ' ħanut twil u dejjaq, u li fih bilfors tinduna kulħadd x'qed jagħmel. Segwejt il-qoffa tagħha, u qajl qajl nara li nefqet €60 f 'erba' doughnuts, bottijiet tal-crisps u ħelu li ma jagħmel ġid lil ħadd. Imma hekk sew? Wieħed mill-forom ta' faqar huwa fil-fatt l-infiq bla sens u bla ħsieb. Jista' jkun li l-qarrej jibqa' jagħti tort lil din l-omm. U allura hawn ninnota faqar akbar, dak tal-ġudizzju fuq il-fqar. Kemm huwa importanti li jiġu organizzati laqgħat u korsijiet, immirati għal dawn il-bnedmin fqar, li qed ikomplu jitfgħu lilhom infushom lura fis-soċjetà, kemm fuq il-livell tal- għajxien, kif ukoll fuq il-livell ta' saħħa, u awtomatikament jiġu esklużi mill-bqija tas-soċjetà! Għax kif tista' tissoċċjalizza meta sħabek jiltaqgħu jieħdu te jew kafè, li saħansitra ma taffordjax? Dawn huma stejjer li kontinwament nisma', u huma reali. Minn fejn se tibda? NSO L-aħħar statistika mill- Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika dwar il-faqar f ' pajjiżna turi b'mod ċar li aktar minn 72,000 persuna jinsabu fil-faqar minħabba dħul baxx. M'għandniex xi ngħidu, ir-raġunijiet u x-xenarji ta' dawn il-bnedmin, jagħmlu x'jagħmlu, ma jistgħu qatt jinkoraġġuhom sabiex jgħixu ħajja diċenti. Uħud minnhom ma ħarġux miċ- ċiklu ta' din il-ħajja, għax meta nsir naf min huma l-ġenituri tagħhom, (jekk ninzerta nagħrafhom jew inkun nafhom) nirrealizza kemm l-istorja tal-ġenituri tagħhom qed terġa' tirrepeti ruħha. U hawn għandu jidħol il-Gvern bis-serjetà. L-edukazzjoni, l-għajnuna individwali, u dik l-attenzjoni partikolari, trid tkun immirata bis-serjetà lejn dawk il-fqar li bis-serjetà jridu joħorġu mis-sitwazzjoni li twieldu u għexu fiha. Forsi wħud minna lesti niġġudikaw. Trid tidħol fiż- żarbun tagħhom u ma tibqax tirraġuna iebes dwarhom; ċert li tibdel il-ħsieb. L-aktar meta tmiss b'idejk il-feriti tagħhom, u tarahom f 'sitwazzjoni ta' disprament, l-aktar meta jkollhom xi tarbija f 'xi pushchair. Bosta minn ħutna Maltin, u anki dawk barranin residenti fostna, qegħdin isofru u jiċċaħħdu minn ħajja diċenti. Id-dħul tagħhom ma jippermettilhomx jixtru ikel nutrittiv, allura jispiċċaw jixtru ikel li jimtlew bih. Iltqajt ma' każ xi ftit tal-jiem ilu, ta' xi ħadd li jinsab bl-influwenza u qed jistenna bil-ħerqa ċ-ċekk tar-relief, sabiex ikun jista' jixtri l-antibijotiċi li ordnalu t-tabib tal-poliklinika. Din is- sitwazzjoni hija komuni għal numru mhux żgħir ta' Maltin, u naf x'qed ngħid. Allura hija weġgħa meta tisma' politiċi jilagħbu bil-figuri sabiex jagħtu l-impressjoni li kważi kważi, dawn il-bnedmin lanqas għadhom jeżistu fuq din il-gżira! Il-messaġġ lil dawn il-familji bi dħul baxx, lil dawk il-ħaddiema bil-paga ta' ftit mijiet, lil dawk l-individwi bi sfidi ta' mard mentali, u l-eluf ta' pensjonanti li bil-ħerqa jistennew iċ-ċekk tal-pensjoni għax jispiċċalhom wara t-tielet ġimgħa, huwa messaġġ ċar; sabiex jagħlqu ħalqhom, għax ma jittwemmnux. Qed inwasslulhom sinjal ċar u messaġġ dirett, li l-problema tinsab fihom u mhux minħabba d-dħul li għandhom. Anzi, skont min jaqbillu, lest jipprietka li llum il-ġurnata, kulħadd igawdi minn dħul diċenti. Dawn il-messaġġi jaqtgħu qlub xi wħud, u mingħajr ma nallarma, iseħħu stejjer li jindifnu mal-individwu. X'inhu l-iskop li qiegħed fil-politika? "Aħna qegħdin hawn sabiex nippromwovu żvilupp fl-umanità u l-ġustizzja soċjali. Aħna qegħdin hawn sabiex innaqqsu l-faqar, u mhux indawru ħarsitna! Aħna qegħdin hawn sabiex innaqqsu l-faqar, u ngħinu liż-żgħir u lill-fqir jikseb lura d-dinjità. L-għajxien ta' sezzjoni mill-popolazzjoni tagħna teħtieġ attenzjoni serja. Teħtieġ protezzjoni soċjali. Dawn jeħtieġu dħul finanzjajru diċenti. U apparti li trid tgħin ruħek biex dan iseħħ, l-irwol tal-gvern ċentrali huwa importanti, u fl-interess tiegħu li jidħol għal din l-isfida, bir-ras! Jeħtieġ li hawn iż-żaqq il-mimlija tifhem liż-żaqq il-vojta." Din il-faxxa ta' bnedmin teħtieġ Attenzjoni. IVAN BARTOLO Fuq il-bankini ftit qed jitħalla spazju biex jgħaddu n-nies u ma hemm l-ebda protezzjoni la mit- traffiku perikoluż u l-anqas mid- dħaħen. Għall-Awtorità tal-Ippjanar, sfortunatament, dan kollu ma jfisser xejn.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 2 September 2018