Illum previous editions

Illum 2 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1021973

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

Minn Alex Saliba "KULĦADD huwa ġenju. Iżda jekk tiġġudika ħuta skont il-kapaċità tagħha li titla' ma' siġra, din se tgħix ħajjitha temmen li hi stupida jew diżabbli." L-istess inkunu qed nagħmlu mal- persuni b'diżabilità meta ma noffrulhomx il-possibbiltà li jipparteċipaw u jkunu inklużi bis-sħiħ fis-soċjetà tagħna; Meta madwarhom isibu biss dinja b'ostaklu wara ieħor li jċaħħduhom milli jilħqu l-potenzjal tagħhom. Huwa stmat li fl-Unjoni Ewropea se jkollna xejn inqas minn 120 miljun persuni b'diżabilità sal-2020. Sal-lum il-ġurnata dawn iċ-ċittadini għadhom isibu xkiel kbir biex jgħixu ħajja indipendenti. Meta nħares lejn din l-istatistika ninduna li minkejja l-avvanzi kbar li saru fl-Ewropa, għandna għadd kbir ta' persuni li għadna m'aħniex nilħquhom biżżejjed u hemm bżonn li tittieħed azzjoni biex il-kapaċitajiet ta' dawn il- miljuni ta' persuni ma jintilfux. Kemm-il darba nsibu ostakli li jagħmluha impossibbli għal persuna b'siġġu tar-roti biex tidħol, titla' jew tgħaddi minn ċerti postijiet. Ċerti servizzi mhumiex aċċessibbli għall-konsumaturi ta' kull abilità. Insibu ħafna persuni b'diżabilità li jsibuha diffiċli u kultant impossibbli biex jużaw prodotti u servizzi diġitali bħal kompjuters. L-aċċessibilità, kemm fiżika kif ukoll fl-użu ta' servizzi varji, hija waħda mill- akbar sfidi li tiffaċċja persuna b'diżabilità. Irridu nammettu li teżisti diskriminazzjoni marbuta mad- diżabilità madwar l-Ewropa. Persuni b'ċerti kundizzjonijiet isibu ħajt quddiemhom li jwaqqafhom milli jipparteċipaw f 'attivitajiet li suppost ikunu miftuħin għal kulħadd. Minkejja li nħambqu ħafna dwar l-ugwaljanza, persuna b'diżabilità għad m'għandhiex l-istess opportunitajiet daqs ħaddieħor. Jispikka wkoll in- nuqqas ta' persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol u r-rata ta' impjiegi hija baxxa fir-rigward ta' dawn il-persuni. Meta nara dan kollu, nintebaħ li minkejja l-isforzi kollha li saru, għadna ma konniex kapaċi noħolqu dinja ġusta għal kulħadd. Jekk xejn tispikka d-diżabilità tagħna li noffru soċjetà ġusta għall-persuni b'diżabilità. Il-fatt li persuna jkollha ċerti movimenti jew sensi limitati, m'għandux ifisser awtomatikament li din għandha tiġi mċaħħda minn bżonnijiet bażiċi li jagħmluha indipendenti. Konvint li nistgħu nagħmlu ferm aktar biex il- persuni b'diżabilità ma jibqgħux iħossuhom qegħdin jgħixu f 'dinja aljena li ma tilqax għall- ħtiġijiet tagħhom. Nemmen li jekk isir sforz ġenwin, b'ideat u determinazzjoni, kapaċi ngħinu u nilħqu lil ħafna persuni li sal-lum il-ġurnata jħossuhom minsijin u mwarrbin. Hawnhekk nixtieq nagħmilha ċara li l-Gvern Malti qed jaħdem qatigħ biex jgħin lil dawn iċ-ċittadini tagħna. Fl-aħħar snin ittieħdu diversi miżuri li jippromwovu l-inklużjoni attiva u l-parteċipazzjoni sħiħa tal- persuni b'diżabilità fis-soċjetà. Biex dawn il-persuni jgħixu ħajja ta' kwalità ddaħħlu riformi li jgħinu lill-persuni b'diżabilità li ma jistgħux jipparteċip aw fid-dinja tax-xogħol minħabba d-dipendenza tagħhom. Mill-bidla fl-amministrazzjoni fl-2013 kellna żieda ta' 1,800 persuna b'diżabilità li daħlu jaħdmu sa tmiem is-sena li għaddiet. F'ħames snin irdoppja l-għadd ta' persuni b'diżabilità li daħlu fis-suq tax-xogħol f 'pajjiżna. Qabel l-2013 kien hemm 1,700 persuna b'diżabilità fuq il-post tax-xogħol, biex sa tmiem l-2017 dawn żdiedu għal 3,500. Bdiet tingħata l-pensjoni tad-diżabilità lil persuni li għandhom driegħ u jew riġel nieqsa. Il-karta r-roża saret tiġġedded kull sena flok kull tliet xhur biex titnaqqas l-inkonvenjenza għall-persuni b'diżabilità. Il-Gvern Laburista stabbilixxa fond ta' miljun ewro għall-iskema tal-assistenza personali u qed ikompli jaħdem fuq il-proġett biex jinbnew għaxart idjar fil-komunità għal persuni b'diżabilità. Ftit ġimgħat ilu għadhom kemm ġew inawgurati l-uffiċini l-ġodda tal-Kummissjoni għad- Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità f 'Birkirkara flok dawn f 'Santa Venera. Din il-binja hija aktar aċċessibbli u attrezzata għall- persuni b'diżabilità. Infaħħar il-ħidma tal-Kummissarju tal- Kummissjoni, Oliver Scicluna, li huwa wkoll grazzi għalih li qegħdin isiru dawn l-avvanzi. Fuq kollox, meta nara dawn ir-riżultati eċċellenti bilfors irrid ngħid prosit u grazzi kbira lil Justyne Caruana u Anthony Agius Decelis ta' ħidmiethom. Madankollu tajjeb li nkomplu naħdmu bla rażan, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll Ewropew, għax il-ħidma ma' persuni b'diżabilità ma tieqaf qatt. L-isfidi jibqgħu hemm u huwa xogħolna u dmirna li nkomplu nagħmlu ħilitna biex aktar persuni jkunu inklużi fis-soċjetà u jgawdu mit-tkabbir ekonomiku. Kulħadd, inklużi l-persuni b'diżabilità, kapaċi jagħti kontribut siewi bil-ħiliet tiegħu. Għalhekk ma nistax nagħlaq għajnejja meta nara persuni b'diżabilità żvantaġġjati f 'diversi sitwazzjonijiet. Ma jistax ikollna sezzjoni tas- soċjetà, numru ta' ċittadini, li jiġu mwarrba bil-pulit. Anzi bil-kontra, irridu li s-soċjetà tkun miftuħa għal kulħadd u l-awtoritajiet iridu jaħdmu id f 'id ma' kull ċittadin biex jaraw li kulħadd għandu opportunitajiet indaqs. Inwiegħed li se nagħmel ħilti kollha biex nara li l-interessi ta' kull ċittadin ikunu mħarsin. Illum, minkejja l-ħidma li qed issir fl-UE, għad għandna miljuni ta' ċittadini li mhumiex salvagwardjati biżżejjed, minħabba d-diżabilità tagħna li noffrulhom soċjetà aktar ġusta. Dan mhux aċċettabbli jekk tassew irridu u nemmnu f 'soċjetà moderna u inklussiva għaċ-ċittadini kollha tal-UE. illum | Il-Ħadd 02 ta' Settembru 2018 20 Opinjoni Id-diżabilità li noffru soċjetà ġusta għall-persuni b'diżabilità APPLICATIONS OPEN Monday 3rd September Tuesday 4th September Wednesday 5th September Thursday 6th September Friday 7th September A – C D – L M – Z Any Surname Any Surname WHEN TO APPLY? DATES: SURNAME STARTING WITH: WHERE TO APPLY? MALTA The Students' House MCAST Main Campus Paola GOZO MCAST Gozo Campus Għajnsielem All applicants must fill in the official Application Form (which can be collected from MCAST, Local Councils, or on the same date of application, from the MCAST Student's House) and submit it together with: • Original ID Card • Original Certificates/Result Slips (and photocopies) • School Leaving Certificate/SSC&P as applicable (and photocopy) Applicants aged 15 years on application date, must be accompanied by one of his/her parents/guardians (bearing own ID Card). Applications without all the necessary documents, cannot be accepted. Applicants who would have already submitted an Application during the First Call, and during this Second Call for Applications would like to submit a change in the course they would have initially applied for, are kindly asked to bring with them the Application Receipt together with the GDPR Form receipt, they were given when they submit- ted their application, during the First Call. Applicants who will be sitting for SEC re-sit examinations in September 2018 and at the time of this Second Call for Applications (first week of September) do not satisfy the entry requirements of the course they would like to regis- ter for, can apply in another call for applications towards the end of September / beginning of October 2018. Applicants applying under the Maturity Clause must also present an Employment History Record for any work experience claimed as well as a motivation letter and CV. Applicants who wish to apply for courses held in Malta, and who during the days of Receipt of Applications are residing in Gozo, may submit their application at the MCAST Gozo Campus, Għajnsielem. FURTHER INFORMATION /MCASTmt career.guidance@mcast.edu.mt 2398 7135 / 2398 7136 / 2398 7310 /MCASTmt VISIT HTTP://MCAST.EDU.MT/152 FOR OUR ONLINE PROSPECTUS Applications are received between 8:30am and 12:00pm.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 2 September 2018