Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343
3 Aħbarijiet Il-Ħadd 09 ta' Settembru2018 | illum Cristiano, it-tarbija abbandunata, f 'idejn l-Appoġġ B'REFERENZA għall-każ tat-tarbija abbandunata f 'Buġibba, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jista' jikkonferma li Aġenzija Appoġġ - permezz tal-professjonisti li jaħdmu fi ħdanha - se tieħu r-responsabbiltà tat-tarbija. Il-Maġistrat inkwerenti informa lill-kap eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall- Ħarsien tas-Servizzi Soċjali li minn issa 'l quddiem l-Aġenżija Appoġġ tista' tibda tmexxi bil-proċeduri biex it-tarbija titpoġġa taħt care order. Is-social workers fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ qed jaħdmu b'kordinazzjoni mal-awtoritajiet konċernati u hekk kif kienu infurmati bil-każ marru l-Isptar Mater Dei u sar l-assessjar tas- sitwazzjoni tat-tarbija. Ħadu ħsieb ukoll li jaraw li t-tarbija jkollha n-neċessitajiet kollha f 'mument tant delikat. Il-Ministeru sostna li l-Aġenzija Appoġġ tinsab ippreparata biex tkompli tintervjeni skont in-neċessità tal-każ b'kollaborazzjoni u b'kawtela mal-maġistrat inkwerenti li qed imexxi l-inkjesta u mal-pulizija li qed jissoktaw bit-tfittxija għal omm it-tarbija. Is-sigurtà u s-saħħa tat-tarbija huma fatturi li jiddeterminaw x'interventi hemm bżonn biex jiġi aċċertat li l-bżonnijiet tat- tarbija huma mħarsa. Intant, it-tarbija qed tinżamm l-Isptar Mater Dei għal aktar osservazzjoni filwaqt li l-Maġistrat inkwerenti ħatar lill- manager taċ-Child Protection Services Steve Libreri biex jgħin fl-inkjesta. Restawr fuq il-monument tal-Assedju...il-fjuri u x-xemgħat se jkollhom jitilqu ILMINISTRU Owen Bonnici għadu kemm ħabbar, permezz tal-paġna tiegħu ta' Facebook, illi se jibda restawr fuq in-naħa ta' isfel tal-monument tal-Assedju l-Kbir li jinsab quddiem il-Qorti. Dan il-monument kien f 'nofs kontroversja minħabba li minn Ottubru tas-sena l-oħra kien sar post fejn jitħallew fjuri u xemgħat kif ukoll ritratti li jfakkru lil Daphne Caruana Galizia. Fil-fatt ħafna mill-protesti kif ukoll mixjiet li saru biex ifakkru l-ħajja u x-xogħol ta' Caruana Galizia laħqu l-qofol quddiem dan il-monument. Dan minħabba li jiġi quddiem il-Qorti, minn fejn mijiet ta' nies esiġu li għandha ssir ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia, li nqatlet f 'karozza bomba nhar is-16 ta' Ottubru 2017. Naturalment, ħafna nies oħrajn ma qablu xejn mat-tqegħid ta' fjuri u saħansitra kienet saret mozzjoni mill-Kunsillier Laburista tal-Belt Valletta Ray Azzopardi biex dawn ix-xemgħat, il-fjuri u r-ritratti jitneħħew. L-argument kien u baqa' illi dan huwa monument nazzjonali ta' għaqda u ma kienx ideoneu li jsir post fejn titfakkar persuna illi ħafna kienu u għadhom jarawha bħala diviżiva. Intant il-grupp Occupy Justice, qabel ma ħabbar ir-restawr il-Ministru, aċċertaw illi kull darba li l-awtoritajiet jneħħu l-fjuri, xemgħat u ritratti se jpoġġuhom lura, sakemm issir il-ġustizzj.