Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 | illum Charlie Aquilina Champion tad-dinja tat-Table Football CHARLIE Aquilina rebaħ it-titlu ta' Champion tad- dinja fit-Tazza tad-Dinja tat-Table Football li ġiet organizzata ġewwa Ġibiltà. Fl-ewwel jum kien hemm il-kompetizzjonijiet individwali, b'aktar minn 200 atleta minn 18-il pajjiż differenti. Malta pparteċipat fil-kategorija 'Open' bil-plejers Derek Conti, Massimo Cremona, Samuel Bartolo u Joseph Borg Bonaci. Kollha għaddew il-fażi tal-gruppi. Massimo Cremona wasal sal-aħħar 32 meta nqala' mill-Malti Samuel Bartolo bl-iskor ta' 3-0. Derek Conti wkoll inqala' fl-aħħar 32 kontra l-Malti Joseph Borg Bonaci fejn l-iskor kien 3-2. Samuel Bartolo wasal sal-aħħar 16 u nqala' mit-Taljan Saverio Bari bl-iskor ta' 3-2. Joseph Borg Bonaci kien l-aktar wieħed li avvanza f 'din il-kategorija meta wasal sal-kwarti tal-finali, imma sfortunatament ġie mwaqqaf mill-Belġjan Justin Leroy fejntilef bl-iskor ta' 2-1. It- Taljan Matteo Ciccarelli kienir-rebbieħf 'dinil- kategorijab'hekkrebaħ it-titlu ta' Champion tad- dinja. Charlie Aquilina, Joseph Mifsud, Mario Camilleri, Jason Pisani flimkien ma' John Zammit kienu qed jirrapreżentaw lil Malta fil-kategorija tal-veterani. Il-Maltin kollha għaddew il-fażi tal-gruppi. Jason Pisani u John Zammit waslu sal-aħħar 32. Jason Pisani lagħab kontra l-Ispanjol Luis Lopez fejn sal-ħin barrani l-iskor baqa' dak ta' 2-2, b'hekk ingħataw ix-'shots' fejn l-Ispanjol ħareġ rebbieħ (4-3). John Zammit lagħab kontra l-player minn Ġibiltà John Field u tilef bl-iskor ta' 4-3. Joseph Mifsud u Mario Camilleri waslu sal-aħħar 16. Joseph Mifsud tilef il-logħba kontra l-player minn Ġibiltà Patrick Dean (1-0) u Mario Camilleri tilef kontra l-player Taljan Gianfranco Calonico (1- 0). Iżda f 'din il-kategorija ħarġet rebbieħa Malta, meta l-plejer Malti Charlie Aquilina, baqa' għaddej sakemm rebaħ l-unur ta' Champion tad-dinja. Charlie Aquilina rebaħ is- semi-finali kontra t-Taljan Gianfranco Calonico (3- 2). Fil-finali kellu logħba intensiva kontra l-Belġjan Pascal Scheen, imma Aquilina ħareġ rebbieħ bl- iskor ta' 2-1. Dan l-unur jfisser ħafna għall-Maltin għax qatt ma ntrebaħ f 'dinil-kategorija. Jurgen Balzan kien qed jirrapreżenta lil Malta fil- kategorija ta' taħt id-19- ilsena. Huwa wasal sal- kwarti tal-finali fejn lagħab kontra t-Taljan Nicolo Borgo u tilef bl-iskor ta' 5-1. Ir-rebbieħ ta' din il-kategorija kien it-Taljan Marco Di Vito. Riżultati mill-aqwa għal Swieqi Phoenix Handball Club fi Sqallija SWIEQI Phoenix Handball Club, organizza b'suċċess tournament ta' ħbiberija ġewwa Sqallija flimkien mal-klabb ta' HC Mascalucia ġewwa Catania bejn il-31 ta' Awwissu u t-2 ta' Settembru. Il-klabb tela' bit-tim tal-irġiel tiegħu u dak tan-nisa, waqt li Hamrun Handball telgħu bħala t-tielet tim minn Malta. Min-naħa tal-irġiel kienu erba' timijiet li lagħbu kontra xulxin, fejn minn Malta kien hemm Swieqi Yobetit Phoenix u Hamrun Gasan Mamo. Magħhom ingħaqdu ċ-champions Sqallin ta' Mascalucia HC u t-tim li ġie fit-tieni post is-sena l-oħra, Haenna Pallamano. It-tim ta' Swieqi Yobetit Phoenix tilef b'erba' gowls differenza kontra t-tim ta' Mascalucia HC però rebaħ b'seba' goals differenza kontra Haenna Pallamano biex b'hekk spiċċa fit-tieni post wara ċ-champions Mascalucia HC. Min-naħa tagħhom Hamrun tilfu l-logħob kollu imma t-tim kellu prestazzonijiet tajbin kontra kulħadd. Mil-kamp femminili it-tim ta' Swieqi Yobetit Phoenix ħareġ bl-unuri kollha wara li għeleb liċ-Champions Sqallin Messina HC u lit-tim li ġie fit-tieni post Aretusa HC, biex b'hekk rebħu dan it-tournament amikevoli ġewwa Sqallija. L-iskors finali kienu: Siracusa Arteusa HC vs Swieqi Yobetit Phoenix 16- 19; Siracusa Arteusa HC vs Messina HC 15-27; Messina HC vs Swieqi Yobetit Phoenix 15-20. Iż-żewġ timijiet ta' Swieqi kienu mmexxija mill-kowċ ta' esperjenza Ungeriża Andrea Szanto, li kienet plejer professjonali f 'bosta kampjonati madwar l-Ewropa. It-timijiet issa jippreparaw għat-Tazza Indipendenza li se tintlagħab f 'nofs Settembru. Il-klabb ta' Swieqi Yobetit Phoenix ħabbar ukoll li għadu kif fetaħ l-applikazzjonijet għat-tfal u żgħażagħ ta' bejn il-5 u l-15-il sena li jixtiequ jibdew jilagħbu dan l-isport. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jikkuntattjahom fuq l-indirizz elettroniku, info@ psc.com.mt. Charlie Aquilina flimkien mal-kontinġent Malti f'Ġibiltà It-tim tan-nisa tal-handball ta' Swieqi fi Sqallija

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018