Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343
10 illum | Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 Aħbarijiet L-Isqfi jiet Maltin b'ħames appelli mqanqlin għas-settur tal-housing f 'pajjiżna FLOKKAŻJONI ta' Jum il-Vitorja li apparti r-rebħa Maltija fl-Assedju l-Kbir tfakkar ukoll fit-twelid ta' Sidtna Marija, l-Arċisċof Charles J Scicluna flimkien mal-Isqof ta' Għawdex Mario Grech għamlu aċċenn qawwi ħafna fuq il-kwistjoni tal- housing. "Is-sitwazzjoni tal-housing f 'pajjiżna titlob risposta ta' għaqda u solidarjetà minn kulħadd, ibda minna l-Insara," sostnew l-isqfijiet. "Marija Bambina, li matul is-sekli dejjem daħlet għall-poplu Malti fis- sitwazzjonijiet iebsa u ta' sfida, tidħol għalina biex insaħħu r-ruħ soċjali ta' pajjiżna" sostnew fil-konklużjoni tal-Ittra Pastorali li nqrat fil-Knejjes kollha fl-okkażjoni ta' Jum il- Vitorja. Ifakkru fl-ittra enċiklika tal- Papa Franġisku, dwar l-għożża tad-dar komuni, Laudato si' (ippubblikata fl-2015), illi fiha jitkellem ukoll dwar il-problema tal-housing: "In-nuqqas ta' djar li jservu ta' saqaf hu kbir f 'ħafna nħawi tad-dinja, kemm fiż-żoni rurali u kemm fl-ibliet il-kbar, anki għax il-baġits statali normalment ikopru biss parti żgħira mid-domanda. Mhux biss il-foqra, imma parti kbira mis-soċjetà tħabbat wiċċha ma' diffikultajiet serji biex ikollha dar tagħha. Il-proprjetà tad-dar hi importanti ħafna għad-dinjità tal-persuna u għall-iżvilupp tal-familja. Qed nitkellmu dwar argument ċentrali tal-ekoloġija umana" Għalhekk l-Isqfijiet appellaw l-ewwel lis-soċjetà kollha Maltija. "Fis-settur tal-housing għandna sitwazzjonijiet ta' emerġenza fejn familji u anzjani ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-għoli fil-kera u qed jiġu mkeċċija barra fit-triq; fejn żgħażagħ, ulied il-ħaddiema, ma jikkwalifikawx għas-self mill-banek għaliex il-pagi tagħhom ma jlaħħqux biex jiżguraw il-pagament ta' kull xahar; fejn persuni li għaddejjin minn xi kriżi fil-ħajja tagħhom bħal separazzjoni, problema ta' saħħa mentali jew vizzju, jiddependu mis-suq tal-kera għax m'għandhomx proprjetà tagħhom jew mhumiex f 'housing soċjali. Dawn is- sitwazzjonijiet ġodda joħolqu tassew emerġenza soċjali li tirrikjedi u titlob soluzzjonijiet u impenn minn kulħadd, hu min hu. Allaħares, li bħala soċjetà, insiru indifferenti għal dawn is-sitwazzjonijiet drammatiċi li qed joħolqu faqar ġdid u qegħdin ixejnu t-tama f 'ħafna nies, speċjalment fiż-żgħażagħ tagħna." It-tieni appell tal-isqfijiet kien għall-politiċi, kemm dawk fil-Gvern u dawk fil-Parlament, u kif ukoll lil dawk fil-kunsilli lokali. "Dan huwa l-mument u din hi l-kwistjoni li għandha ssibkom ilkoll magħqudin biex jinstabu soluzzjonijiet prattiċi u effettivi għall-mument immedjat, għaż-żmien medju u għall-futur. Ir-regolarizzazzjoni tas-suq tal-kera u l-housing sostenibbli jagħtu opportunità lil dawk il-persuni l-aktar milquta sabiex ikollhom id- dinjità ta' saqaf fuq rashom. Ejjew naħdmu flimkien sabiex il-kwistjoni tal-housing, kemm jekk hi disponibbiltà ta' housing soċjali u kemm jekk hi l-ippjanar u l-provvista ta' housing li tiflaħ tħallsu, ma tkunx ballun politiku partiġġjan li ngaraw lil xulxin. Il-kwistjoni tal-housing għandha tkun okkażjoni biex nuru li kapaċi u rridu naħdmu flimkien għall- ġid komuni." It-tielet appell tal-Isqfijiet kien għas-sidien tal-proprjetà u lill- iżviluppaturi. "Ilkoll għandna d-dritt inħaddmu l-kapital u nużaw il-proprjetà biex jikber il-ġid. Iżda dan m'għandux isir bla rażan ta' xejn." Jekk xi drabi l-liġijiet ekonomiċi huma liġijiet għomja li jaħdmu bla skruplu fuq il-kriterju ta' domanda u l-provvista, aħna l-Insara, li għandna kuxjenza soċjali, għandna wkoll il-moħħ u l-qalb biex inrażżnu l-għoli fil-prezzijiet biex tixtri u tikri l-proprjetà skont kriterju ġust u ekwu, skont kriterju ta' responsabbiltà u ta' solidarjetà. X'jiswa li tkun ksibt id-dinja jekk min ser jiġġudikak fil- ġustizzja u l-verità, meta jasal il-mument tiegħek, jgħidlek: 'Kont f 'darek inħallsek b'mod ġust u int keċċejtni barra t-triq għar-rebgħa ta' qalbek?' X'jiswa li tħaddem il-barranin bi ftit ewro fis-siegħa u mingħajr ma tagħtihom drittijiet? X'jiswa li tkeċċi l-familji Maltin mill- kirjiet tiegħek biex iddaħħal l-eluf fix-xahar u mbagħad tkun benefattur kbir tal-parroċċa tiegħek? Taħseb li Kristu jieħu pjaċir b'offerti bħal dawn? Jew iżjed jogħġbuh il-ħniena u s-solidarjetà ma' min jaħdem u jistinka għall-familja u ma jistax jaffordja li tgħollilu l-kera minn €400 fix-xahar għal €900?" Ir-raba' appell tal-Isqfijiet Maltin kien lill-inkwilini. "Id- dover ta' min qiegħed b'kera fil-proprjetà ta' ħaddieħor huwa li jieħu ħsieb il-proprjetà mill-aħjar li jista'; iħallas il- kera fil-ħin; iħallas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma; u jekk ikollu jitlaq mill-post ma jagħmilx ħsara b'vendikazzjoni. Il- ġustizzja soċjali titlob ukoll li wieħed jirrikorri għall-housing soċjali meta verament għandu bżonn għajnuna soċjali urġenti mingħajr ma jtellef iċ-ċans lill- każijiet li verament għandhom bżonn. Min jabbuża mis- sistema ta' għajnuna soċjali billi jaħbi jew iqarraq, ikun qed jisraq u jitfa' piż inġust fuq is- sistema nazzjonali." U finalment il-ħames u l-aħħar appell lill-komunitajiet ekkleżjali. "Aħna nistednuhom biex jaħdmu id f 'id mas-soċjetà ċivili biex jinstabu risposti għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u jintgħażlu u jitħaddmu policies adegwati għall-ġejjieni. Huwa ta' faraġ tinnota li kemm parroċċi u ordnijiet reliġjużi qegħdin jużaw il-proprjetajiet disponibbli tagħhom biex joffru xelters ta' matul il-lejl u hostels għall-istudenti, u djar għal nies fil-bżonn. Permezz tal-Kummissjoni Emigranti, il- Knisja f 'Malta ilha, għal ħafna snin, toffri akkomodazzjoni lil madwar 400 minn ħutna l-migranti. Caritas Malta qiegħda tikkopera mal-Gvern Malti u mas-settur privat biex esperjenzi bħal Dar Papa Franġisku u Dar Maria Dolores ikomplu, u jiżdiedu fin-numru skont il-ħtieġa. Fost l-għaqdiet soċjali u ta' karità li nsibu fi ħdan il-Knisja f 'Malta hemm ukoll il-Fondazzjoni Suret il-Bniedem u Dar Osanna Pia li joffru akkomodazzjoni lill-persuni fil-bżonn. Huwa wkoll ta' inkoraġġiment li lajċi Nsara qed joffru l-proprjetajiet tagħhom għal dan l-għan soċjali." 'Fil-housing għandna sitwazzjonijiet ta' emerġenza'